Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
12 illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 intervista 'Biex tinvesti fit-turiżmu ma hemmx ... hemm ħafna opportunitajiet YENDRICK CIOFFI Wara sentejn restrizzjonijiet, dan kien l-ewwel sajf li fih reġgħet żdiedet il-fiduċja fl-ivjaġġar. Anke f 'Malta, it-turisti żdiedu u l-lukandi u l-akkomodazzjonijiet reġgħu bdew jieħdu r-ruħ. Dwar dan u diversi suġġetti oħra, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo. "Kellna sajf tajjeb ħafna. Kieku sitt xhur ilu xi ħadd kien jgħidilna li se jkollna sajf tajjeb bħalma kellna, ħadd ma kien jemmnu," beda jgħid il-Ministru u dan kemm għax ħafna nies ħallew għall-aħħar imma anke għax kien hemm hemm inċertezza fost linji tal-ajru u ajruporti. Fil-fatt, linji tal-ajru u ajruporti ħallew għall-aħħar biex ħadu ċertu deċiżjoniijet imma l-Ministru insista li Malta rnexxielha tattira ammont tajjeb ta' turisti li anke jekk ma kienx previst, l-awtoritajiet xorta waħda ħadmu għalih. "Anke fix-xitwa mistennija riżultati pożittivi. Diġà għalaqna 91% tar-rotot li kellna fix-xitwa ta' qabel il-pandemija," kompla Bartolo. "Sal-aħħar ta' din is-sena qed naraw li jkunu ġew Malta 2.1 miljun turist. Il- mira oriġinali kienet ta' 1.8 miljun." Il-Ministru qal li waħda mill-akbar kritika fl-aħħar xhur kienet li ma kienx hawn biżżejjed titjiriet minn u lejn Malta imma insista li l-awtoritajiet ħadmu biex dawk it- titjiriet ikkonfermati jkunu mimlija kemm jista' jkun. "Is-seat load factor kien għola minn dak li kellna fl-2019. Fil-każ tal-Air Malta, is-seat load factor, kien jaqbeż il-95%. Qatt qabel ma kellha dawn in-numri. Dan kien riżultat ta' pjan ta' reklamar li ħadmet fuqu l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-flus investejnihom bil-għaqal, biex ir-reklamar jolqot lin-nies li rridu." 'Fejn ma tasalx l-Air Malta, se nħarsu lejn linji oħra' Is-suq Ingliż huwa l-akbar suq turistiku għal Malta. Minkejja l-importanza tiegħu, l-Air Malta ttir biss lejn żewġ ajruporti fl- Ingilterra. Għaliex ma ninvestux aktar f 'dan is-suq? Il-Ministru kkonferma li għaddejja ħidma biex jiżdiedu r-rotot u l-frekwenzi lejn ir- Renju Unit u l-Ġermanja. "Fejn l-Air Malta ma tasalx, l-MTA se tħares lejn linji tal-ajru oħra biex naqdu s-suq turistiku Malti. L-Air Malta hija importanti u bilfors irid ikollna linja nazzjonali tal-ajru. Madanakollu jekk l-Air Malta mhux se ttir, bilfors irridu nħarsu lejn linji tal-ajru oħra." Spjega kif is-suq Ingliż huwa importanti għax dejjem kien l-akbar suq għal Malta u s-suq Ġermaniż huwa importanti ħafna għall-attivitajiet u l-konferenzi. 'Kellna ilmenti dwar il-kwalità u ħriġna l-multi' Tkellimna dwar il-kwalità li offrew matul dan is-sajf l-akkomodazzjonijiet turisti. Kien hemm ilmenti u anke nies li jaħdmu mat- turisti qalu li kien hemm min ilmenta. Kemm hu kuntent il-Ministru bil-kwalità offruta? Hemm biżżejjed infurzar? Il-Ministru insista li l-kwalità tista' tinżamm biss jekk ikun hemm infurzar serju. Beda jitkellem dwar il-lukandi u insista li fejn mhux qed ikun hemm kwalità, qed jinħarġu l-multi. Ikkonferma li kien hemm ilmenti, b'mod partikolari dwar erba' lukandi partikolari. "Mhux naċċettaw nuqqas ta' kwalità. Jekk hemm kriterji, trid iżżomm magħhom. Fejn lukanda tonqos, qed ikun hemm multi sinifikanti. Wara li jkun hemm il-multi, qed ninnutaw li jkun hemm titjib sostanzjali fil- prodott," insista. Rigward l-appartamenti, li qed isiru dejjem iżjed moda, Bartolo spjega kif l-MTA qed tagħmel eżerċizzju sempliċi, anke fuq siti tal- bookings, biex issib dawn l-appartamenti. Qed isiru spezzjonijiet biex ikun assigurat li jkollhom il-liċenzja. "Kien hemm bla liċenzji, waħħalna l-multi u rajna li jkunu liċenzjati. L-infurzar huwa importanti ħafna," insista l-Ministru. "Jekk mhux se jkunu liċenzjati, ma nistgħux nassiguraw il-kwalità." 'Ix-xogħlijiet iridu jsiru bi pjan ... ma aħniex perfetti' Tkellimna fuq il-perċezzjoni tat-turisti. Mhux l-ewwel darba li naraw xi vox-pop jew naqraw kummenti ta' turisti jilmentaw dwar it-traffiku jew il-kostruzzjoni li għaddejja. Malli jaslu l-Ajruport, it-turisti qed isibu mill- ewwel toroq maqlugħa u x'aktarx li fejn se jkunu qed joqogħdu, hemm bini biss. Il-Ministru insista li xogħlijiet infrastrutturali bilfors iridu jsiru u waqt li għamel referenza għax-xogħlijiet li għaddejin biswit l-Ajruport, qal li dawn imisshom ilhom snin li saru anke għax l-ammont tat-turisti dejjem kien qed jikber. "Li jrid isir huwa li dawn ix-xogħlijiet isiru bi pjan. Ċertu affarijiet setgħu saru aħjar u niżbaljaw jekk nagħtu l-impressjoni li aħna perfetti. Importanti li x-xogħlijiet isiru imma importanti li jsiru skont il-pjan." Rigward il-kostruzzjoni, filwaqt li rrikonoxxa li hija importanti, fakkar li dan mhuwiex l-aktar settur ekonomiku importanti. Insista li l-kostruzzjoni ma għandhiex issir għad-dettriment ta' setturi oħra bħat-turiżmu u l-ambjent. "L-ambjent huwa parti integrali mill- istrateġija tat-turiżmu. Irridu li dan ikun fuq nett tal-prijorità tagħna. Huwa importanti mhux biss għat-turisti imma anke għar- residenti." 'Irid ikollna estetika aħjar ... importanti li ma nitilfux il-karatteristiċi Maltin' Insista li jiem li residenti li jgħixu f 'lokalitajiet turisti iħossu li l-ambjent li fih jgħixu jinkludi ħafna sfidi u propju għalhekk li fi kliemu għaddejja ħidma, fosthom fejn tidħol l-indafa. "Naħseb li jista' jkun hemm metodi aħjar ta' kif isiru ċertu xogħlijiet. Fadlilna ħafna x'nitgħallmu anke minn kuntratturi barranin. Ġieli tkun f 'pajjiżi li lanqas tinduna li jkun għaddej xogħol ta' kostruzzjoni," qal Bartolo. "Aktar minn hekk irid ikollna estetika aħjar u importanti li ma nitilfux il-karatteristiċi Maltin. Irridu naħdmu id f 'id. Inkella se nfallu u fit-turiżmu mhux se niksbu r-riżultati li nixtiequ." Irrefera għal Għawdex u qal li l-bini li tiela' Għawdex qed jirrifletti aktar il-karatteristiċi Maltin waqt li saħaq li huwa importanti li dan isir biex il-gzira Għawdxija ma titlifx dak li jagħmilha unika. "Ħares lejn il-boutique hotels fil-qalba tal- lokalitajiet. Binja abbandunata terġa' tingħata l-ħajja imma żżomm il-karatteristiċi Maltin. Jekk inżewġu dawn iż-żewġ fatturi, ikollna suċċess." Studju għar-riġenerazzjoni ta' Buġibba... Bqajna nitkellmu dwar il-Boutique Hotels, bl-ILLUM tfakkar lill-Ministru li l-akbar investiment fir-riġenerazzjoni tal-ibliet u l-irħula Maltin, qed jagħmlu l-privat. Ma jaħsibx li l-Gvern jista' jagħmel aktar, b'mod partikolari f 'postijiet turisti? Beda jitkellem dwar Buġibba u insista li minkejja l-isfidi li toffri, il-potenzjal ta' din il- lokalità (inkluż il-Qawra u San Pawl il-Baħar) huwa kbir u għadu mhux sfruttat biżżejjed. "L-aħħar investiment bis-serjetà li sar f 'Buġibba għamlu Gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998. Fil-ġimgħat li ġejjin se noħroġ tender biex isir studju għar-riġenerazzjoni ta' Buġibba. Dan se jittratta fatturi differenti, mill-ispazju, għall-infrastruttura tat-trasport, attivitajiet ekonomiċi, l-iżvilupp soċjali u anke turiżmu sostenibbli. Minn dan se noħorġu proposti li wħud minnhom isiru mill-Gvern u oħrajn mill-privat," spjega l-Minisitru. 'Purple flag għal Paceville u mbagħad għall-Belt' Dwar Paceville, Bartolo qal li qed jaħdmu fuq "town center managment" li se jinkorpora fih l-aspetti kollha li jikkaraterizzaw din iż-żona, inkluż il-Gvern, il-Kunsill, il- Pulizija u l-privat. Il-mira hija li din iż-żona tilħaq "il-bandiera vjola," li huwa standard internazzjonali li jimmarka żona bħala waħda sigura imma fl-istess ħin vibranti. "Hekk l-ekonomija tal-lokalità tkun qed trendi imma mhux għad-dettriment tar- residenti. Jekk dan ikun suċċess, l-istess proġett se nirrepplikawh fil-Belt Valletta u mbagħad f 'lokalitajiet oħrajn." X'se nagħmlu biex intejbu l-indafa? Tkellimna aktar dwar l-indafa. Wara l-ħidma li saret f 'San Pawl il-Baħar u l-madwar kien innutat progress. Imma issa jgħaddi s-sajf u jieqaf kollox? X'se jsir f 'lokalitajiet oħra turistiċi? Il-Ministru mill-ewwel saħaq li din ma kinitx inizjattiva faċli. Fakkar li f 'din il-lokalità twaqqfet taqsima, li qed tassisti lill-Kunsill Lokali hu hija inkarigata biex tieħu ħsieb it- tindif 24 siegħa kuljum. Din se tibqa' topera anke wara s-sajf. Mistoqsi għaliex ma ġiex irrepplikat f 'lokalitajiet differenti, Bartolo saħaq li kull lokalità hija differenti. Madanakollu fakkar li se jibda proġett pilota f 'lokalitajiet oħra, inkluż il-Belt, Birżebbuġa u Birkirkara. Mingħajr ma jitlef il-kontroll il-Kunsill Lokali, id-Dipartiment tat-Tindif se jkun It-turiżmu wara l-pandemija, l-indafa, il-permessi bl-addoċċ għal-lukandi u l-bini, il-kwalità, l-Air Malta, il-Belt Valletta u Kemmuna. L-ILLUM tintervista lill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo