Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
13 intervista illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 hemmx bżonn tibni lukanda opportunitajiet li mhux nisfruttaw' qed jgħin biex tittejjeb l-indafa fil-lokalità. Fi kliem il-Ministru, l-operaturi privati ma tawx ir-riżultati mixtieqa u għalhekk, ġaladarba għalaq il-kuntratt, dawn il-Kunsilli Lokali daħlu fi ehim mad-Dipartiment tat-Tindif li se jkun qed jipprovdi hu l-ħaddiema u t-tagħmir. "Jekk triq suppost tinkines kuljum, trid tinkines darba kuljum. Nibdew mill-aktar affarijiet sempliċi. Permezz tal-proġett f 'San Pawl il-Baħar u anke dan il-proġett pilota, sas-sajf li ġej inkunu f 'pożizzjoni aħjar biex naraw kif se nimxu 'l quddiem. Diġà hemm kunsilli oħra li huma interessati." 'Ma nifilħux u mhux se nipprovaw inġibu 5 miljun turist' Ma setax jonqos li nitkellmu dwar l-aħħar studju tal-MHRA. Dan wera li biex is-sodod kollha fl-akkomodazzjonijiet jimtlew (kemm dawk li għandhom permess u dawk li għad għandhom il-permess pendenti), hemm bżonn iżuru Malta 4.7 miljun turist fis-sena. Dawn it-turisti għandhom iqattgħu medja ta' sebat iljieli biex b'hekk tintlaħaq okkupanza ta' 80%. Il-Ministru ħatafna fil-kelma u insista li Malta ma tiflaħx għal dan l-ammont ta' turisti u bl-ebda mod "mhu se nipprovaw li nġibu dan l-ammont ta' turisti f 'Malta." Kien għalhekk li l-ILLUM twaqqfu u tistaqsih għaliex se jibqgħu jinħarġu l-permessi bl- addoċċ għall-bini ta' lukandi u appartamenti. Dan mhux nuqqas ta' ippjanar? "Il-Gvern huwa demokratiku u għandek ekonomija ħielsa u l-privat irid jaħdem u jmexxi 'l quddiem l-interessi tiegħu. Jekk il- Gvern se jagħmel xi intervent mhux se jkun qed jaffettwa biss lit-turiżmu. L-ekonomija hija katina. Intervent mill-Gvern jaf ikollu effett negattiv fuq setturi oħra," insista Bartolo. 'Għad fadal oqsma li nistgħu ninvestu fihom' Madanakollu qal li l-investituri privati jeħtieġ jimu li investiment fit-turiżmu, ma jfissirx biss il-bini ta' lukandi. "Jiena meta jiġu jgħiduli li jridu jibnu lukanda, ngħidilhom biex jagħmlu l-istudji tagħhom stess. Għad baqa' oqsma oħra ta' investiment fit-turiżmu li nistgħu nisfruttaw." Semma pereżempju n-niċċa tat-turiżmu tal-familja. Insista li Malta hija b'saħħitha ħafna f 'din in-niċċa imma fl-istess ħin neqsin mill-attrazzjonijiet. Qal li hawn il-privat jista' jilgħab rwol importanti. "Sfortunatament, sal-lum, ħafna mill- investiment dejjem sar fil-bini ta' lukandi. Aktar milli intervent dirett, għandu jkun hemm direzzjoni aħjar tal-investiment u aktar għarfien tal-innovazzjoni li hemm fit- turiżmu." 'Inqas dechchairs u mmaniġjar aħjar għal Kemmuna...' Kemmuna. Saru diversi protesti matul dan is-sajf għax l-operaturi ma ħallewx fejn toqgħod labra. Il-Ministru qal li sas-sajf li ġej is-sitwazzjoni se tinbidel. X'se jsir? Għaliex issa? Jaqbel li jkun hemm limitu ta' kemm għandhom jinżlu nies fuq Kemmuna? "Il-problema ta' Kemmuna ilha hemm diversi snin. Diġà naqqasna d-deckchairs fi Blue Lagoon u kien taħt Gvern Laburista li naqqasna d-deckchairs fuq Kemmunett. Sas- sajf li ġej se nerġgħu nnaqqsu d-deckchairs. Naħseb li se jkun biżżejjed. Jiena rrid iżjed spazju liberu." Qal ukoll li għaddejja ħidma bil-għan li jkun hemm bidla fil-mod kif jitwasslu n-nies fuq Kemmuna u anke biex ikun hemm immaniġġjar aħjar tal-post, inkluż fejn jidħlu l-gabbani u l-moviment tan-nies. "Mhux kuntent bil-livell ta' ndafa li kien hemm! Irrid iżjed kumdità għal min iżur Blue Lagoon. Dak li ġara fis-sajf li għadda, żgur mhux se jerġa' jseħħ. Aktar milli capacity, aktar nara mmaniġġjar aħjar." 'Il-Belt mhux Paceville u ma għandhiex issir' Il-Belt Valletta wkoll kienet fiċ-ċentru ta' kontroversja wara li l-Gvern, bla konsultazzjoni, daħħal Avviżi Legali bil-għan li l-istabbilimenti jkunu jistgħu jibqgħu bil- mużika "f 'livell moderat" sas-1am. L-MHRA ikkritikat dan u qalet li t-turisti fil-boutique hotels u akkomodazzjoni oħra fil-Belt qed jilmentaw. X'jaħseb il-Ministru? Ma jaħsibx li seta' ntlaħaq bilanċ aħjar? Clayton Bartolo rrikonoxxa li l-privat wettaq investiment importanti fil-Belt Valletta u hawn ma kienx qed jirreferi biss għas-sidien tal-Buotique Hotels u l-lukandi imma anke dawn tar-ristoranti u l-bars. Dawn taw ħajja ġdida lill-Belt. "Biex jinħoloq bilanċ, kulħadd irid iħares lejn l-interess komuni tal-Belt bħala ambjent u ekosistema ekonomika li kapaċi timxi id f 'id mar-residenti. Aktar ma għaddew il- ġimgħat, aktar sibna s-soluzzjonijiet. Hemm differenza kbira bejn il-bidu tas-sajf u llum." Hawn tkellem fuq l-importanza tal- infurzar u d-djalogu u semma laqgħa li kellu din il-ġimgħa stess mas-sidien tal-bars tal- Belt. "Għidtilhom ċar li l-Belt mhux Paceville u li jeħtieġ jikkoperaw. Xi wieħed jew tnejn mhux jikkopera. Dawn qed jimu li l-klijentela tal-Belt hija differenti minn dik ta' Paceville u li jeħtieġ jibżgħu wkoll għar-residenti tal- lukandi għax iridu minnhom. Hemm qbil li mużika moderata tfisser li żewġ persuni fuq mejda jistgħu jitkellmu. " Insista li l-infurzar se jkun b'saħħtu, kemm fejn tidħol il-mużika u anke fuq l-imwejjed u s-siġġijiet. Kien hawn li saħaq li se ssir ħidma anke għal aktar uniformità fil-Belt. "Irridu lill-Belt tkun destinazzjoni ta' kwalità. Hemm bżonn iżjed infurzar," kompla l-Ministru. 'Air Malta jew le, importanti li jibqa' jkollna linja nazzjonali tal-ajru' Ma stajnix ma nitkellmux dwar l-Air Malta. X'se jiġri jekk niġu f 'punt li l-Air Malta ma tkunx tista' tiffunzjona? Hemm pjan? X'se jkun impatt? Il-Ministru qal li qed jaħdmu id f 'id mat-tmexxija tal-Air Malta biex il-pjan ta' ristruttar, li hu jaqbel miegħu, ma jkollux impatt fuq is-settur. "Pajjiżi oħrajn jinvestu fil-highways u l-pontijiet biex jingħaqdu ma' pajjiżi oħra. Aħna għandna biss l-Air Malta. Ikun xi jkun l-eżitu tar-ristrutturar, huwa importanti li jibqa' jkollna linja nazzjonali tal-ajru. Jekk jimxi kollox kif suppost, din tibqa' l-Air Malta. Ċert li b'ħidma konġunta, nistgħu nkomplu nħeġġu lill-passiġġieri biex jużaw l-Air Malta," qal Bartolo. L-ILLUM tistaqsih jekk hux ippreparati jekk jiġri l-agħar. "Preparati," qal Bartolo. 'Irridu niddiversifikaw is-suq tagħna u nġibu turist li kapaċi jonfoq' Fl-aħħarnett l-ILLUM tistaqsi lill-Ministru jekk Malta hux taħdem biżżejjed biex tattira swieq differenti, inkluż pereżempju turisti Amerikani li fis-sajf jinżlu jduru diversi pajjiżi l-Ewropej. X'qed nagħmlu biex inħajru lil dawn jiġu Malta? Il-Ministru kkonferma li s-suq Amerikan huwa wieħed mill-aktar affluwenti fid-dinja u għalhekk "Malta qed tħares lejh bis-serjetà", kemm permezz ta' riklamar tradizzjonali u anke dak diġitali, fl-Amerika stess u f 'dawk il-pajjiżi li jżuru l-Amerikani. "Aktar tard din is-sena se niħu uffiċċju tal- MTA fil-Polonja u fi żmien sentejn, se niħu wkoll uffiċċju ieħor fi Spanja biex nolqtu wkoll l-Amerika Latina. Qed inħarsu lejn swieq sekondarji, inkluż is-suq Ażjatiku. Hawn, bis- saħħa tal-ehim li għandna mal-Manchester United qed jirnexxilna nirreklamaw tajjeb ħafna lil Malta f 'dan il-kontinent." Temm jisħaq li dan kollu huwa parti mill- pjan fit-tul biex Malta ġġib lejn Malta turist li kapaċi jonfoq aktar flus.