Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 analiżi Bnadi mitluqa, abbandunati IL-PJANIJIET FANTAŻMA TAL-MISTRA Malta hi gżira żgħira, u ma tridx tkun bozza tal-għerf biex tinduna li l-ispazju hu wieħed pjuttost limitat. Allura bi sfida bħal din, tiflaħ Malta tkompli tħalli l-artijiet u binjiet abbandunati bħal donnhom monumenti ta' telqa, abandun u apatija? Illum inħarsu lejn il-Mistra Village Holiday Complex. MARIANNA CALLEJJA Magħruf għad-divertiment li kien joffri lil viżitaturi tiegħu, il-Mistra Village jibqa' f 'qalb bosta. Tant hu hekk illi fuq Facebook għandu saħansitra grupp iddedikat għalih. Iżda l-istorja tal-Mistra Village Holiday Complex ma tiqafx mal- memorji tal-ħaddiema, turisti u Maltin li frekwentawh maż- żmien. L-oħt tewmija tal-Jerma... bi stejjer simili, sidien l-istess u tmiem ta' apatija għat-tnejn, din hi l-istorja tal-Mistra Village Holiday Complex. Lukanda unika mibnija fuq stil ta' villaġġ tipiku Malti... L-ewwel strutturi tal-Villaġġ tal- Mistra bdew jinbnew fl-aħħar tas- sittinijiet u l-bidu tas-sebgħinijiet minn kumpanija bl-isem ta' Malta Villas. L-intenzjoni kienet illi jinbiegħu bħala appartamenti individwali lil numru ta' koppji Ingliżi li kienu rtiraw. L-idea pero' baqgħet qatt ma mmaterjalizzat u l-kumpanija minflok bdiet topera bħala kumpless tal-vaganzi. Madwar l-1974, il-Corinthia Group xtraw iż-żona kollha u malli sabu jdejhom fuq l-art pjanaw ir- rinovazzjoni tal-post. Taħsbux li din kienet xi tibdila fil-purtieri jew laqa żebgħa anzi x-xogħol kien jirrikjedi l-estensjoni tal-istruttura eżistenti u fil-fatt dan seħħ fit-tmeninijiet. Minkejja l-estensjoni u r-rinovazzjoni, l-idea baqgħet li jkun hemm grupp ta' blokkok ta' appartamenti ta' bejn żewġ u erba' sulari mifruxa fiż-żona u bitħa fin-nofs. Fl-1989 infetaħ ukoll kumpless tal-isports f 'wieħed mill- ispazji miuħa li kien hemm fiż- żona. Il-Corinthia bidlet dawn l-istrutturi kollha f 'waħda mill-iktar lukandi prestiġjużi ta' dak iż-żmien; il-Mistra Village Club Hotel. Ħadd ma jista' jgħid li din il-lukanda ma kinitx popolari, u dan mhux biss mat-turisti li kienu jibqgħu jerġgħu jiġu sajf wara sajf iżda wkoll mal- Maltin. Mill-istrutturi l-ġodda tal-Mistra Village kienu jispikkaw l-aktar iż- żewġ pixxini, waħda fuq ġewwa u oħra ikbar fuq barra, il-gym, it- teatru fuq barra, it-tennis court u l-ħafna palm u siġar imdawwra mal-binjiet. Jekk qatt kien hemm eżempju ħaj ta' negozju aħdar u sostenibbli bi spazji miuħa, siġar u ħdura, kien propju dan. Minfloku illum hemm ħofra: monument ta' inazzjoni ta' snin sħaħ. Il-bini tal-appartamenti li kienu jservu bħala l-kmamar tal-lukanda kienu eżempju eċċelenti tal- arkitetura Maltija tan-nofs is-seklu għoxrin. Fil-fatt minħabba li kien mibni bil-ħsieb li jidher bħal villaġġ tipiku Malti, id-djar kienu mibnija mill- ġebla tal-franka, gallariji tal-injam, ħnejjiet u bitħa fin-nofs. Il-pixxina kienet mibnija fuq stil li dak iż- żmien kien meqjus bħala wieħed modern u lussuż. Madwar il-kumpless kien hemm ukoll numru ta' ristoranti u fl-aħħar tal-ġimgħa kienu jiġu organizzati numru ta' produzzjonijiet u attivitajiet għall-familja. Sfortunatament il-kumpless għalaq fl-2004 għal raġunijiet li l-poplu qatt ma sar jaf. Kastelli fl-arja inbnew kemm trid imma l-Mistra village baqa' biss tifrik Gemxija Crown ħadet il-Mistra Village minn taħt it-tmexxija tal-Corinthia. Din il-kumpanija kienet magħmula mill-JPM brothers, Jeffrey u Peter Montebello u l-kumpanija Al Massaleh immexxija minn Najeeb Al Saleh. Fl-2005 xtraw din l-art, bl-aħwa Montebello jisselfu €42 miljun mill- Bawag Bank biex jagħmlu dan. L-ewwel proposta għall- iżvilupp mill-ġdid tal-villaġġ fil-Mistra saret fil-5 ta' Ġunju tal-2008. Kienet tinkludi bini ta' kumpless residenzjali magħmul minn appartamenti, townhouses, ħwienet, faċilitajiet u parkeġġ taħt l-art. Bl-eċċezzjoni tat-townhouses, kollox ġie maqsum f 'erba' binjiet: tliet binjiet li jvarjaw bejn 5 sulari u 14-il sular u torri ta' 19-il sular mimli appartamenti b'tali mod li jkollhom veduta taż-żewġ naħat tal- villaġġ. Iż-żona kollha meħudha għal dan il-pjan kienet se tkun ta' madwar 42,500 metru kwadru. L-iżvilupp ġie approvat f 'Mejju tal-2009 u kellu jitlesta sal-2010. Iżda evalwazzjoni taż-żona saret it wara u dan biddel il-pjanijiet kollha. Id-Dikjarazzjoni tal-Ippjanar Ambjentali identifikat li l-iżvilupp kien se jikkawża ammonti sinifikanti ta' skart tal-kostruzzjoni, iżid il-livelli tat-trab fiż-żoni ta- madwar, filwaqt li l-istorbju u l-vibrazzjoni x'aktarx ikunu wisq inkonvenjenti. Ġie msemmi wkoll kif il-veloċità tar-riħ qrib uħud mill-binjiet fi ħdan il-proġett kienu jżiedu l-possibilità ta' riskju għas- sikurezza f 'ċerti ċirkostanzi. Evalwazzjoni tal-impatt tat- traffiku indika li l-iżvilupp, kemm f 'waqtu u anke wara li jitlesta, kien se jħalli impatt enormi fuq ir-roundabout tat-telgħa tax- Xemxija li bażikament tgħaqqad lit-Tramuntana ta' Malta man- Nofsinhar. Kif kien mistenni, il-proposta affaċċjat kritika liema bħala fosthom mill-organizzazzjoni 'Din l-Art Ħelwa" li filwaqt li kritikaw skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni, għamlu nota wkoll tal-għoli tal-bini b'aċċenn fuq it-torri ta' 19-il sular. Immaġinaw torri, fuq quċċatta ta' għolja! Ir-rabta bejn il-Jerma, il-Mistra u l-Arsenal... Intant, l-aħwa Montebello ma qadux b'idhom fuq żaqqhom u sakemm din il-kontroversja kienet għaddejja, laħqu xtraw il-Jerma Palace Hotel, e Galaxy ta' Triq Depiro Tas-Sliema u anke art ġirien taċ-Ċimiterju tal-Addolorata li kellha tinbena "fl-itwal torri ta' Malta." Il-proġett tal-Mistra baqa' jirċievi iktar kritika, il-kontroversja kibret u spiċċat daħlet fiha il-Kummisjoni Ewropea li għamlet evalwazzjoni oħra tal-proġett propost. It-torri ta' 19-il sular kien l-iktar li qala' inkwiet u fil-fatt ġie propost illi dan jibidel f 'binja oħra simili bħat-tliet binjiet l-oħra, b'għoli ta' bejn sitt u 11 il-sular. Najeeb Al Saleh, id-direttur tal- kumpanija Al Massaleh, offra li jħallas madwar €750,000 f 'permessi lil MEPA imma fis-sena 2009 il- proġett reġa' waqa' koppi. F'Novembru tal-2009, il-ġurnal tal-MaltaToday żvela illi l-aħwa Montebello kienu qegħdin jaħdmu fuq il-villa tal-Ministru għall- Finanzi Tonio Fenech. Dan ix- xogħol kien qed iseħħ flimkien ma' kumpanija oħra bl-isem ta' Rainbow Turnkey Projects. L-aħwa Montebello u din il- kumpanija sfaw f 'argument wara li Montebello ma baqgħux iħallsu. Id-direttur ta' Rainbow Turnkey Projects kien qal lill-MaltaToday illi Peter Montebello qal illi "x-xogħol sar bi pjaċir" wara li Fenech għinhom ibiegħu l-Jerma Palace Hotel. Għaldaqstant, il-Ministru Nazzjonalista ċaħad kollox u farfar it-tort fuq l-aħwa Montebello. Minkejja dan, it wara ġie żvelat kif f 'Mejju tal-2009 il-Ministru aċċetta titjira b'xejn mingħand George Fenech, wieħed mill- persuni li kien qed jippjana li jixtri l-Jerma. Din it-titjiera waslitu biex flimkien ma' Fenech stess u Joe Gasan, tal-Gasan Group, jara lit-tim tal-futbol Arsenal jilgħabu. Fis-sajf tal-2009, il-Prim Ministru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022