Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
15 analiżi illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 abbandunati jew moħlija: TAL-MISTRA VILLAGE Lawrence Gonzi ġie preżentat bi pjanijiet minn Gasan u Fenech għal lukanda ta' Marsaskala. Fl-2010, l-aħwa Montebello affaċjaw sejħa sabiex iħallsu lura lil Bawag Bank il-flus kollha li użaw biex jixtru l-Mistra. Huma biegħu jew ħelsu minn numru ta' proġetti u żammew il-Mistra village. It-tieni applikazzjoni kienet approvata mill-MEPA fil-31 ta' Ottubru tal-2013. Ftit żmien wara Din l-Art Ħelwa talbet investigazzjoni mill-Ombudsman wara li, skont l-organizzazzjoni, l-applikazzjoni invokat Artiklu 77 tal-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Ir-rapport finali mill- Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fl-Uffiċċju tal- Ombudsman dwar l-investigazzjoni dwar l-għoti ta' permessi għall- iżvilupp mill-MEPA għal kumpless tal-Mistra Village sab li r-revoka tal- permessi kienet ġustifikata. Ir-rapport insista illi "l-fallimenti mit-Taqsima tal-Proġetti Kbar tad-Direttorat u l-Bordijiet huma biżżejjed biex jiġġustifikaw ir- revoka tal-permessi". F'isem Gemxija, Charles Camilleri jerġa' japplika għal permessi tal-Mistra Għalkemm il-MEPA baqgħet tinjora r-riżultati tal- evalwazzjoni u l-kontroversji, il- pjanijiet xorta spiċċaw sfaxxaw fix-xejn minħabba n-nuqqas ta' fondi. Fl-2016, il-MEPA stess ordnat lill-aħwa Montebello sabiex iwaqqgħu u jnaddfu ż-żoni tal-Jerma f 'Marsaskala u l-Mistra Village fix-Xemxija. Hawn fejn jidħol Charles Camilleri. F'isem il-kumpanija Porto Noso huwa kien qed jipproponi pjanti ġodda għall- iżvilupp tal-Jerma bħala "l-Portomaso tas-South". Dan filwaqt li beda' jerġa' jġedded il-permessi tal-Mistra f 'isem Gemxija Crown Limited. Il-permessi oriġinali kellhom jiskadu ħames snin wara id- deċiżjoni tal-approvazzjoni u fil- fatt kellhom jiskadu f 'Jannar tal- 2018. L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp tas-744 post residenzjali f 'Jannar, bl-eżatt. L-approvazzjoni l-ġdida kienet tinkludi sitt binjiet rettangolari b'għoli massimu ta' 12-il sular mill-livell tat-triq. Il-proġett kien jinkludi 744 post residenzjali, flimkien ma ħwienet inkluż supermarket u ristoranti, uffiċini, spa, pixxina u clubhouse flimkien ma' 1,600 spazzju tal-parkeġġ. Il-proposta reġgħet ġiet milqugħa minn kritika ħarxa, b'iktar għaqdiet jingħaqdu fl- oppożizzjoni għall-proġett. Fl- 2019, ir-residenti tax-Xemxija bdew crowdfunding kontra l-proġett ukoll. Sheik minn Dubai juri interess fil-Mistra Fl-2019 Sheik minn Dubaj applika mal-Ministru għall- Finanzi, Edward Scicluna, sabiex jingħata permess speċjali li jaħtih id-dritt biex jieħu l-proġett tal-Mistra f 'idejh. Huwa kien se jżomm l-istess pjan tal- 744 residenza mifruxa fuq madwar 135,000 metru kwadru ta' art, ekwivilenti għal 19-il ground tal-futbol. F'Settembru tal-2019, il- kumpless kollu tal-Mistra Village ġie ddikjarat "żona speċjali". Meta eżenzjoni bħal din tingħata, tiġi evitata liġi Maltija li tippermetti biss liċ-ċittadini tal- UE mhux Maltin jixtru t-tieni dar fil-gżira sakemm jużawha għal skopijiet residenzjali u ma jikruhiex. Dan kollu, permezz ta' avviż legali ppubblikat mill-Ministeru tal-Finanzi, fetaħ il-bibien biex barranin inkluż ngħidu aħna Sheik minn Dubaj, ikun jista' jixtri l-art. Siti oħra b'titlu simili jinkludu Portomaso, f 'San Ġiljan, Tigné Point, f 'Tas-Sliema u Fort Chambray, f 'Għawdex. Fl-2019 faqqgħet il-Covid u minn dakinhar ma smajna xejn aktar. Dak li kien xi darba pixxina fuq ġewwa tal-Mistra Village Il-blokka magħrufa bħala "d-dura". Waħda mill-ewwel binjiet li nbniet u waqfet tintuża fl-1995. Minflok fih kienu jgħixu xi membri tal-istaff. (Ritratt meħud minn fuq Facebook)