Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750
16 kotba IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum Eżerċizzji fl-empatija Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Joe Camilleri x'aktarx mhuwiex se jirbaħ ħafna premjijiet jew rikonoxximenti uffiċjali. Anki dis-sena, b'Mużajċi tat-Tafal (Horizons, 2020) m'għamilhiex għal-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, imma jista' jkun għax din l-edizzjoni rat xebgħa żwiemel itellqu għall-kategorija tan-novella, u Camilleri, jekk ma tkunx taf kitbietu, taħsbu xi mohor ġwejjed jew xi inkella xiħ li wasal żmienu u kulma fadallu f 'ħajtu jirgħa. Iżda kien għoġobni u laqatni dal-kittieb li ma kontx naf bih, u kien waħda mill-ftit sorpriżi li kelli kemm ili nikteb dawn l-artikli, biċċa xogħol li dħalt għaliha anki biex niskopri dawk l-awturi li, minħabba mekkaniżmu forsi krudili, dak li jkun diffiċli jsir jaf dwarhom. Ir-reċensjonijiet, bil-qari li jsir xogħol, tawni fil-fatt l-opportunità biex naqra wkoll dak li ħadd jew ftit jgħidulna biex naqraw, jew dak li l-preġudizzju kolt (imma xorta spiss infurmat) iwissina ma naħlux ħin fuqu: dawk il-kotba bil-qoxra daqsxejn antikwata, inkella tleqq u tiddi biex tiġbed qarrej li forsi għandu bżonn dik it-tikka tlellixa żejda biex jaqbad ktieb f 'idu. Jew it-titli standard tal-ġeneru importanti, reali u fittizju fl- istess ħin, tar-'rumanz', il- cocktail jgħaxxek tar-romance ġeneriku zokkri, ir-rumanz tal-kavallieri, il-qassisin u l-Malti qalbieni li jitkellem bil-qwiel, l-istejjer moqrija bil-kampjunarju tal-ilħna ta' Twanny Scalpello jew Charles Arrigo. X'ċuċ hu l-Kinnie: din hi x-xarba tassew Maltija. Imma l-iskoperta pjaċevoli li kont għamilt ta' Camilleri tkompli anki llum b'L-Eku tal- Ħabbata, ġabra oħra ta' novelli fejn l-awtur jagħġen ġrajja wara l-oħra kważi mingħajr sforz imma bl-istess impetu ta' viżjoni stabbilita sew f 'kitbietu. Aktar mill-pjaċir ħati, Camilleri, bħalma għidna, huwa ftit mill- kittieba 'popolari', fis-sens li għandu xogħol li minnu nnifsu ma għandux pretensjonijiet ulterjuri, li llum kważi nfittxu u naqrah bi pjaċir u ħerqa. Napprezza t-test sewwasew għax ma jippretendix li jkun xi ħaġa oħra, u jiġuni f 'moħħi għadd ta' awturi wisq u wisq aktar ikkwotati, mistiedna u ożannati minnu, li ma jersqux lejn il- qalba tas-sinċerità awtentika ta' kitbietu. Ma neżaġerawx, ovvjament. Bħal kull ħaġa fil-ħajja, kollox għandu l-klassifiki tiegħu. Camilleri mhuwiex mal-kbar nett anki għaliex kitbietu hija essenzjalment rakkont li ma jiġbidx neċessarjament l-attenzjoni lejn il-lingwa u l-użu strateġiku tagħha. Imma lanqas ħaqqu jkun minsi fost il-minimi, jew fost il- ħemel tal-kategorija li alludejt għaliha tal-qoxra tleqq imfassla skont manwal grafiku preċiż. Camilleri jżiġġ xi mkien fin- nofs, forsi lejn in-naħa ta' taħt għax mhux magħruf jew meqjus minn ċertu kritika, anki jekk jaf ikun ħaqqu jkun xi mkien fin- naħa ta' fuq. Iżda narah rikonoxximent mistħoqq anki li ismu jkun magħruf, mhux biss għax wieħed mill-ftit kittieb Għawdxin attivi, imma anki għax kapaċi jiġi mqabbel ma' ismijiet aktar ikkwotati jitnikkru fl-istess inħawi. L-Eku tal-Ħabbata huwa ktieb li għal darb'oħra nistħajlu f 'idejn partikolari u preċiżi, fosthom dawk ta' ġenerazzjonijiet akbar jew qarrejja li jaqraw sempliċement għall-gost u l-mogħdija taż-żmien li tħallilhom xi ħaġa ta' fejda, jew inkella l-qarrej li jaqbad ktieb f 'idu darba fil. Imma lil hinn mill- kunsiderazzjonijiet tas-suq (li jibqgħu misteru frustranti għal min irid tassew jara x'qed jinqara u minn min), xogħol Camilleri għandu tradizzjonalità attiva u aġġornata li ma ddejqekx, żvilupp mhux polemiku mit-tradizzjoni rakkontatriċi u novellistika Maltija li xorta żżomm elementi bażiċi u importanti li jqanqlu. Ta' novellier 'tradizzjonali'