Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 kotba illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 Lil Mark Vella jiġih id-dubju jekk huwiex qed jiddefendi 'l underdog bħas-soltu, imma l-kitba ta' Joe Camilleri tiġbdu u tissodisfah kulma jmur. L-Eku tal-Ħabbata (Horizons, 2022) jerġa' jkebbislu dan l-entużjażmu (-ista), Camilleri huwa tat-tip li jħarsu lejn 'id-demm u l-laħam', kunċett mifrux għall-aħħar fil- konċezzjoni letterarja Maltija, donnu l-protesta insistenti ġejja minn żmien is-soċjorealiżmu kontra l-letteratura ħawlija minkejja x-xinxilli u t-taħbit tas-sider. Kunċett li mbagħad ġie żviluppat minn Lino Spiteri, u li reġa' nqabad is-sena li għaddiet minn Steve Borg (żiemel outsider fil-lista l-qasira ta' dis- sena) u llum fil-ħarsetta tal- aħħar xogħol ta' Camilleri. Huma n-nies tad-demm u l-laħam li madankollu għandhom ħajja twila fin-novella Maltija, kif ukoll f 'dik tad-dinja kollha, li tħares sikwit, anki minħabba l-konformazzjoni strutturali tal-ġeneru, lejn l-iċken realtajiet umani, fost l-oħrajn it-tbatijiet universali kif espressi minn karattri nonerojċi u essenzjalment mingħajr kwalitajiet partikolari. Hija anki l-paradossalità tad- destin ta' Camilleri li alludejt għalih fil-bidu: min jaf x'kieku tgħid novella dwar awtur li qatt ma kellu, forsi, is-suċċess li xtaq jew ħaqqu? Imma Camilleri huwa surmast, fiċ-ċokon u fill-qagħda partikolari tiegħu fil-klassifiki, tal-empatija, u hawnhekk jista' anki jingħaqad ma' awturi bħal Antoinette Borg, Rita Saliba, u Stephen Lughermo bħala kittieb b'ħarsa fissa lejn il-mekkaniżmi minuti iżda essenzjali tal-ġlidiet tal-ħajja ta' kuljum. Il-kitbiet f 'din l-aħħar ġabra sikwit joqorbu lejn ir-riflessjoni jew l-esej awturjali, b'leħen in- narratur spiss preżenti jmexxi lill-qarrej u forsi jindikalu t-triq. Iżda mhuwiex qarrej opprimenti u minkejja l-kunsiderazzjonijiet imsejsa fuq l-għarfien popolari, ma jaqax fil-klixè għajjiena jew fl-istqarrija pjetuża li ddejqek, imma jippreżenta kwadrett tant familjari li dak li jkun ma jistax ma jarax lilu nnifsu fih b'xi mod jew ieħor. Ġrajjiet sempliċi u pjuttost lineari li jagħfsu inqas fuq in-nisġa u wisq aktar fuq id-deskrizzjoni dettaljata ta' mumenti li huma prinċipalment Maltin fis-sensi u x-xbihat li jqanqlu, umani fis- sensazzjonijiet li joħolqu u fit- tematiki li jittrattaw, u fl-aħħar, bħallikieku sinteżi ta' dawn it-tnejn, kitba ħajja, siewja u vivaċi li ma taljenax. Nazzjonal- popolari? L-elementi hemm qegħdin: xogħol li jaf x'limiti m'għandux jaqbeż, li jagħraf il-ħamrija li qed jaħdem, u li jsib dinamika effettiva għad-deskrizzjoni tal-isfidi umani minsuġa f 'dimensjoni kulturali preċiża. U fl-aħħar, l-empatija, li naraha l-kostanti f 'xogħol Camilleri. Hija l-ewwel nett imwielda mill- osservazzjoni akuta, li mhijiex biss waħda realistika tal-mossi u l-fattizzi, imma wkoll tal- essenzjalità tal-eżistenza, fejn il-ħajjiet individwali kollha jaqsmu l-istess tiġrib tal-widien tad-dmugħ. Ma teżistix il-kundanna, imma lanqas m'hemm xi bonarjetà ta' kittieb sebgħu f 'ħalqu. L-isfortuni u t-traġedji personali, kif ukoll il-mumenti eħef tal-ħajja, huwa mistħarrġa b'sensittività li m'għandhiex mill- ħasra iżda żżomm id-distanzi neċessarji biex iddawwal dak il-mumenti li tassew jeħtieġ jitħallew jitnikkru biex minnhom tinbet ir-riflessjoni. Ħaġa li Camilleri jafha, u t-titlu ta' din l-aħħar ġabra mhuwiex b'kumbinazzjoni, bħal ma mhijiex id-daħla tal-awtur stess u n-novella li tagħlaq l-antoloġija. Il-ħabbata, artefatt x'aktarx ta' imgħoddi jew antikità li xorta waħda għad għandu valur attwali, speċjalment simboliku, bħala l-ewwel pass fi vjaġġ xi mkien 'il ġewwa, f 'dar u ruħ ħaddieħor, iżda anki simbolu t-tektik insistenti li kontinwament insemmgħu lilna nfusna. SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET Senior Policy Officers u Policy Officers Bħalissa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qiegħed jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Senior Policy Officers u Policy Officers. Permezz ta' din il-pożizzjoni tista' tingħaqad mal-Ministeru u tibda karriera li toffrilek l-opportunità li tassisti fit-twettiq tal-ħidma diplomatika, fejn kull persuna jkollha ċ-ċans li tiżviluppa u tikber professjonalment. Jekk inti lest li tagħmel id-differenza, m'għandekx titlef din l-opportunità, iżjed u iżjed f'dan l-istadju meta Malta se tkun qed tokkupa siġġu fuq il-Kunsill tas-Sigurta' tan-Nazzjonijiet Magħquda, tul is-sentejn li ġejjin. Għal iżjed informazzjoni rreferi għas-sit: https://foreign.gov.mt Data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-Ġimgħa 14 t'Ottubru 2022 sal-17:15 CET www.foreign.gov.mt GVERN TA' MALTA MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U LKUMMERĊ Ritratt: L-awtur Joe Camilleri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022