Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt E jja nibdew billi ngħidu l-ovvju: Il-Passaport Malti huwa pas- saport Ewropew, li miegħu jiġu elenku ta' drittijiet, libertajiet u anke dmirjiet. Bil-passaport Malti inti għandek il-libertà assoluta li tmur f 'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, taħdem f 'dak il-pajjiż, tibni familja jew tixtri proprjetà f 'dak il-pajjiż u tiċċaqlaq minn post għall- ieħor b'libertà. Mhux hekk biss. Bil-pas- saport Malti inti jkollok id-dritt li tmexxi merkanzija, xogħol jew servizz minn Malta għal barra u viċi versa. Mela dan il-kunċett li l-passaport Malti huwa esklussivament tagħna - tajjeb jew ħażin - ma għadux hemm. Għax il- passaport Malti - u allura ċ-ċittadinanza Maltija, hija Maltija daqs kemm hi Ewropea f 'għajnejn il-liġi u fr-realtà ta' Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea. Issa, Malta u żewġ pajjiżi oħrajn kienu adottaw skema li permezz tagħha min għandu l-flus jista' jixtri dan il-passaport Malti - imma wkoll Ewropew - u allura jista' jixtri d-drittijiet u l-libertajiet kollha ewropej. Dawn l-iskemi ta' bejgħ ta' ċittadinanza qabdu passaport, bigħuh u llum min xtrah għandu kull dritt jgħix, jaħdem u saħansitra jivvota fl-Unjoni Ewropea. Fi it kliem dawn l-iskemi biegħu d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea lil persuni minn pajjiżi terzi - bħad-Dubaj, ir-Russja u oħrajn - illi kieku ma xtrawx dan il-passaport ma kinux ikollhom dawn id-drittijiet. Mela allura, ejja nieqfu naħsbu kif konna naħsbu 30 sena ilu. La l-passaport Malti - bħal dak Ċiprijott u dak Bulgaru (fejn kellhom skemi simili) - huwa passaport ewropew, dan ifisser illi x'jiġri minn dak il-passaport huwa materja ewropea ukoll, mhux lokali biss. Issa wieħed jista' jsib ħafna inkonsistenzi fuq lil min l-UE tagħżel li ddaħħal u kif forsi tagħlaq għajnejha għal illegalitajiet relatati mal-immigrazzjoni. U forsi huwa vera wkoll li hemm nuqqasijiet fl-infurzar u fil-proċess li permezz tiegħu ikun determinat min jista' u min ma jistax jibqa' fl-Ewropa. Imma dan kollu ma jneħħi xejn mill-ovvju. L-ovvju huwa illi minn qed jixtri din l-iskema mhux vera qed jibqa' Malta, mhux vera għandu xi ħeġġa biex jintrabat u jkollu "rabta ġenwina" ma' pajjiżna. Tidħkux bin- nies! Ma hemm bżonn ebda editorjal biex ifakkar li aġenti tal-proprjetà privatament jirriklamaw kirjiet għal dawn it-talin bħala favorevoli għax "iħallsu flus tajba u ma jersqux lejn l-appartament, jew jiġu darba f 'sena." Illum hawn ħafna familji li jikru u li jafu li dan li qed ngħidu huwa ben fatt. Il-passaport Malti qed jinxtara biex jintuża ħalli min huwa miljunarju ikollu mezz biex jidħol fl-Ewropa. Qisu l-ġar ta' ħdejk jagħmel fallakka bejn il-gallarija tiegħu u tiegħek u kull min jidħol għandu, jgħidlu 'meta trid kemm titla' fuq il-fallakka u tista' tidħol liberament għand ta' ħdejja, xħin u meta trid u hemmekk qisha darek ukoll.' Naħseb tibgħatuh jieħu kafè, le? U l-istess l-UE. U issa l-ingassa se tagħfas aktar għax l-uniku salvauomo li kellna bħala pajjiż - u li kellu l-Gvern - jiġifieri li pajjiżi oħrajn qed ibiegħu passaporti ewropej ukoll, sfaxxat fix-xejn. Ċipru waqqfet din l-iskema fl-2020, imma baqgħet tipproċessa applikazzjonijiet li kienu pendenti sa Lulju li għadda. Il-Bulgarija waqqfet din l-iskema b'mod assolut, iktar kmieni din is-sena. U min fadal? Malta. Mela l-argument, li forsi kien politikament ġustifikat li għax ħaddieħor jagħmilha mela aħna għandna nagħmluha wkoll ma għadux ireġi. Pero' lilhinn minn hekk, il-Gvern esprima l-intenzjoni li jiġġilidha din il-biċċa xogħol fil-Qorti Ewropea wara li l-Kummissjoni Ewropea din il-ġimgħa ħabbret li se ttella' lill-Malta f 'din l-istess Qorti. Irridu nistaqsu lilna nfusna iżda: Il- flus li qed naqilgħu minn din l-iskema - jiġġustifikaw kif Malta baqgħet l-unika pajjiż li lesta tieħu r-riskju li tibqa' ddaħħal persuni fl-Ewropa li anke jekk jgħaddu minn due diligence, għada jew pitgħada wieħed minnhom jista' jwettaq att jew reat li jispiċċa jħammar wiċċ dan il-pajjiż? Il-flus li qed naqilgħu minn din l-iskema - li fl-għerf infinit tagħna aħna biss qed nibqgħu niddefendu - tiġġustifika l-ħsara li tista' tkompli ssir lir-reputazzjoni tagħna? M'aħniex naraw illi hekk kif għaddejja l-gwerra l-Gvern kien kostrett jwaqqaf din l-iskema għar-Russi u n-nies mill- Belorussja. U għaliex? Mhux ovvja, għax hija riskju. Għax dejjem jibqa' r-riskju li permezz ta' din l-iskema jidħlu persuni li jkollhom intenzjonijiet malinni, korrotti u kriminali. U ħaġa oħra! Iva possibbli, il-klassi politika ta' Malta ma tistax taħseb f 'mod inqas riskjuż u aktar dinjituż għal pajjiżna ta' kif nagħmlu l-flus? Possibbli, ma hemmx modi aħjar ta' kif niffinanzjaw karitajiet u proġetti ta' dwal mal-knejjes u ma' xi Bażilika? Possibbli, daqstant xotti fl-ideat li bilfors irridu nbiegħu l-passaport, nidħlu f 'riskji u jaf anke nitilfu każ quddiem il- Qorti Ewropea, biex niffinanzjawhom dawn il-proġetti? Din hija l-viżjoni ekonomika? Li nbiegħu ħwejjiġna u ħwejjeġ ħaddieħor? Tħares kif tħares lejha, l-ingassa jidher li qed tagħfas sew fuq din l-iskema. Issa sakemm il-Gvern joqgħod jiġilidha quddiem il-Qorti - kif għandu kull dritt jagħmel - ikun għaqli wkoll li jaħseb f 'modi ġodda ta' kif jagħmel tajjeb għal dawn il-flus, ta' kif jiġġenera l-flus minn mezzi u industriji, aktar sostenibbli, Dawk il-konsulenti kollha u l-persons of trust- uħud minnhom jitħallsu daqs Prim Ministru jew Ambaxxatur - mhux dak xogħolhom suppost? Bejgħ ta' ċittadinanza: L-ingassa qed tagħfas!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022