Illum previous editions

ILLUM 2 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1480750

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films IL-ĦADD 02 TA' OTTUBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Camelot - Ir-Renju leġġendarju u mistiku tar-Re Arturu ...Ikompli mill-Ħadd li għadda Fuq Broadway Camelot fetħet fil- Majestic eatre fit-3 ta' Diċembru 1960 u għalqet fil-5 ta' Jannar 1963 wara 873 wirja u żewġ premieres. L-album oriġinali kien l-aktar LP (long play) li nbigħ, għal 60 ġimgħa sħaħ. Fil-West End ta' Londra din il- produzzjoni bdiet f 'Awwissu 1964 fir-Royal eatre ta' Drury Lane bl- Laurence Harvey bħala r-Re Arturu. Saru 518-il wirja waqt li l-verżjoni ċinematografika ħarġet fl-1967. Anki Howard Keel ħadem f 'din il- wirja. Il-produzzjoni Awstraljana fetħet f 'Adelaide f 'Ottubru 1963. Matul is-snin, il-produzzjoni mużikali Camelot baqgħat tintwera hekk: Fis-snin 1980 u 1981 reġgħet irxuxtat fuq Broadway, fl-1982 ġiet trażmessa diretta fuq it-televiżjoni mill-istazzjon HBO, fl-istess sena marret fil-Filippini, reġgħet qamet fuq Broadway fl-1993, sar tour tagħha fl-2007 fl-Istati Uniti u fl-2008 saret minn New York Philarmonica Orchestra. L-ostakoli li ltaqgħu magħhom biex ipproduċew Camelot laqtu ferm ħażin lill-unjoni kreattiva ta' Alan Jay Lerner u Frederick Loewe u din is-sħubija rriżultat l-aħħar waħda fil-kollaborazzjoni tagħhom, għalkemm reġgħu ħadmu flimkien fis-snin 1973 u 1974. Dan kien l-aħħar proġett ta' Moss Hart li miet b'attakk f 'qalbu f 'Palm Springs, California fil-20 ta' Diċembru 1961. Il-leġġenda ta' King Arthur, Re Brittaniku li kien jgħix fis-Seklu ħamsa jew sitta, figura ċentrali ta' tradizzjoni ta' mħabba ġentili u maħsub li hu l-kreatur tad- demokratika Mejda Tonda u tal- belt ideali u l-palazz ta' Camelot, dehret f 'ħafna films, fosthom King Arthur Was A Gentleman (1942), A Connecticutt Yankee In King Arthur's Court (1949), f 'dak animat ta' Walt Disney tal- 1964 e Sword In e Stone u l-avventuruż mimli azzjoni King Arthur (2004). F'Knights Of e Round Table (1954) ħadem il-parti Mel Ferrer. Oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' din il-leġġenda huma e Black Knight (1954), Lancelot And Guinevere (1963), Siege Of e Saxons (1963), Lancelot Du Lac (Lancelot Of e Lake) (1970) u Perceval Le Gallois (1978), żewġ produzzjonijiet Franċiżi, l-verżjoni vjolenti b'atmosfera mistika Excalibur (1984), dwar ix- xabla "maġika" ta' dan ir-Re u First Knight (1995), bl-attur Richard Gere. Monty Phyton And e Holy Grail (1975) kien film umoristiku u f 'ċertu ħin anki sarkastiku. Issa se niffoka fuq il-versjoni mużikali tal-1967, Camelot: Ir-Re Arturu tal-Ingliterra (Richard Harris) li dalwaqt se jingaġġa ruħu fi gwerra ma' Lancelot du Lac (Franco Nero), jistaqsi lis- saħħar Merlin (Laurence Naismith) kif dan l-istat tal-biki ġara. Merlin ifakkar lil Arturu l-ħajja tal-passat tiegħu u jibda biż-żwieġ tiegħu ta' konvenjenza ma' Guinevere (Vanessa Redgrave) li attwalment inzerta jaqbel għat-tnejn. Fil-palazz ta' Camelot, Arturu u Guinevere jippjanaw ordni ġdida u paċifista ta' kavallieri fuq il-bażi li mhux il- qawwa hija tajba, imma s-saħħa għall-ġid. Il-kavallieri bdew ġejjin minn kullimkien biex joqogħdu bilqegħda fuq il-Mejda Tonda fejn kulħadd huwa ugwali. Fix-xena jidħol Lancelot du Lac, kavallier Franċiż invinċibbli għax ruħu hija pura. Biex trażżnu daqsxejn mill-kburija tiegħu, Guinevere tqabbad l-aħjar tliet ġellieda bil- lanza f 'Camelot biex jiċċalinġjawh wieħed wara l-ieħor. Hu jirbħilhom it-tlieta u meta kien jidher li qatel lit-tielet wieħed Sir Lancelot jirnexxilu jerġa' jagħtih il-ħajja u b'hekk jirbaħ il-qalb tar-Reġina wkoll. L-affari bejn Guinevere u Lancelot ma tiskappa l-attenzjoni ta' ħadd, inkluż ir-Re li, b'moħħu mħawwad, jiddeċiedi li jaġixxi ta' wieħed civili u jinjoraha. L-avvenimenti ta' wara jagħmlu din il-ħaġa impossibbli, speċjalment meta t-tifel illeġittimu ta' Arturu, Mordred (David Hemmings) jiġi biex jisfratta l-armonija tal-palazz. Mordred jirnexxilu jġib evidenza ġdida dwar ir-relazzjoni ntima ta' bejn Lancelot u Guinevere u hi tkun ikkundannata li tinħaraq fuq munzell ħatab. Lancelot, li ħarab minn Camelot, għalkemm għadu jħobb lir-Re, jirritorna biex jeħlisha u jikkawża ħafna dmija. Ir-renju tal-Mejda t-Tonda jintemm ħesrem. Meta mqabbel mal-materjal tal-leġġenda ta' King Arthur, il- film jidher bla ħajja minkejja xeni lussużi, kkuluriti u elaborati u dwelli bil-lanez tassew stupendi. Forsi, l-interpretazzjoni tal-kattiv Mordred hi kemmxejn aħjar minn tal-oħrajn. Dan il-film tal-Warner Bros. dirett minn Joshua Logan kellu ħin ta' tliet sigħat u minuta. Kużità tal-aħħar – Fir-realtà Franco Nero (Lancelot) u Vanessa Redgrave (Guinevere), waqt il-ġbid ta' din il-produzzjoni verament kellhom relazzjoni ntima flimkien li minnha hi ħarġet tqila. Din il- koppja, wara ħafna snin iżżewwġu tassew fis-sena 2006. Il-kanzunetti/ballati ta' Camelot jinkludu: I Wonder What the King Is Doing Tonight. e Simple Joys Of Maidenhood. Camelot. C'Est Moi. e Lusty Month Of May. en You Can Take Me To e Fair. How To Handle A Woman. If Ever I Would Leave You. What Do e Simple Folk Do. I Loved You Once In Silence. The Jazz Singer: L-Ewwel Film Talkies VINCE WILLIAMS Kien nhar il-Ħamis, 6 ta' Ottubru 1927 meta fil-Warn- er Theatre ta' New York, l-Istati Uniti tal-Amerika, in- twera għall-ewwel darba film fejn attur instema' jitkel- lem u jkanta. Il-Film kien jismu "The Jazz Singer" fejn l-attur prinċipali kien ir-Re ta' Broadway, Al Jolson. L-Ewwel film mitkellem kien maħdum mill-Warn- er Brothers Vitaphone Corporation. Is-sistema tal- ħoss, li ingħatat l-isem ta' Vitaphone, kienet maħluqa mill-kumpanija tal-films, Warner Brothers flimkien mal-Western Electric. "The Jazz Singer" ma kienx film li fih l-atturi tkellmu l-ħin kollu. Iżda kien film mutu li fih f'diversi waqti- et, wara ħafna snin, attur instema' jitkellem. Meta f'daqqa waħda Al Jolson tkellem b'aggressività u kanta b'dinamiżmu qawwi il-kanzunetta Toot, Toot Toot- sie Goodbye. Waqt li beda jiżfen, ixejjer idejħ, ifaqqa' subgħajħ u jsaffar fuq il-liżar taċ-ċinema. L-udjenza fit-teatru infexxet f'applaws qawwi u storbjuż għal ħin twil. Al Jolson kanta wkoll il-kanzunetti, Dirty Hands, Dirty Face, Blue Skies, Mother Of Mine I Still Have You, Kol Nidre u My Mammy. L-Ewwel film talkies kien dirett min Alan Crosland, l-iskritt kien miktub min Alfred A. Cohn mill-play ta' Samson Raphaelson. The Jazz Singer għamel qliegħ rekord u kien rebaħ premju speċjali mogħti mill-Mo- tion Picture Academy għax ħoloq xi ħaġa ġdida fil- films....il-ħoss. Kien hemm diversi kantanti Amerikani fil-qasam tad-divertiment li għal raġuni jew oħra irrifjutaw li jaħdmu l-parti prinċipali, għax beżgħu mid-diffetti mhux magħrufa li din l-invenzjoni ġdida seta' jkollha fuq il-karriera tagħhom. Kien Al Jolson wara li kien avviċinat mill-aħwa Warner Brothers li daħal għas-sogru ta' din l-inven- zjoni ġdida. U kien bis-saħħa tal-interpretazzjoni u l-kant li kanta Al Jolson li l-ewwel film mitkellem, The Jazz Singer għamel suċċess enormi mondjali. Tant li twieled it-talkies u miet il-film mutu. Biex ikun ċelebrat il-95 sena anniversarju mil-ewwel film talkies, il-fergħa Maltija tal-International Al Jol- son Society ser itella' wirja dwar l-ewwel film mtkellem bejn il-Ħadd 2 u t-Tlieta 11 ta' Ottubru 2022. Din ser tkun murija fil-Galleria Cinema Fgura, li tinsab fi Triq Ħaż-Żabbar il-Fgura. Il-wirja li fiha diversi ritratti u informazzjoni tkun miftuħa mid-9:00 a.m sal-10:00 p.m u tinsab fl-aħħar sular faċċata tal-kjosk tal-biljetti. Għal aktar tagħrif ċempel 99880489 jew 21896936

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2022