Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
11 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA arresti u ġlied intern... Daphne Assi. Ftit jiem wara sirna nafu li anke l-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri kien fetaħ kumpanija fil- Panama - permezz ta' Nexia BT, it xhur wara l-elezzjoni tal-2013. Iżda kellu jkun wara l-assassinju li nsiru nafu illi dawn il-kumpaniji kienu klijenti ta' 17 Black - ta' Yorgen Fenech - u li fihom kellhom jidħlu $2 miljuni fis-sena minn negozju differenti fl-Indja, il-Bangladesh u l-Afrika ta' Isfel - fost oħrajn. Keith Schembri kien ammetta li 17 Black kienet parti mill-business plan tiegħu iżda Mizzi dejjem ċaħad għarfien jew rabta ma' din il- kumpanija. Il-kwistjoni tal-Panama tefgħet lill-Oppożizzjoni, immexxija minn Simon Busuttil, fuq attakk frontali kontra l-Gvern bi protesti "kontra l-korruzzjoni" u dimostrazzjonijiet. Sakemm faqqgħet dik li wieħed jista' jiddeskrivi bħala "bomba atomika politika" meta Caruana Galizia allegat li Egrant Inc. kienet kumpanija fil-Panama ta' Michelle Muscat, li allegatament irċeviet it iktar minn $1 miljun f 'kont fil- Bank Pilatus mingħand it-tifla tad- Dittatur t a l - Ażerbajġan Ilham Aliyev. Dan l-iżvilupp qajjem kjass politiku, bi protesti mill-Oppożizzjoni u appelli minn Busuttil li kienu kważi sejħa għal kolp ta' stat. It- tempertura politika splodiet, Muscat deher irrabjat ħafna dwar din l-allegazzjoni - u eventwalment ma instabu ebda provi li jsostnuha minn Inkjesta Maġisterjali - u f 'għajnejn ħafna mill-eħrex simpatizzanti ta' Muscat u l-Partit Laburista, Caruana Galizia issa kienet saret Għadu Numru Wieħed! Saret l-elezzjoni xahar wara u Muscat u l-Partit Laburista reġa' rebaħ u bil-kbir, l-aktar fuq is- saħħa tal-konvinzjoni tiegħu, fuq ekonomija b'saħħitha ħafna u negozju li kien sejjer tajjeb. Iżda l-inkwiet kien għadu se jibda. Assassinju li għamel ħsara rreperabbli lill- Gvern ta' Muscat u l-legat tiegħu Wiċċ Muscat fl-ewwel konferenza wara li Malta "xegħlet" u fl-istess ħin waqfet tiddiskuti u tara x-xeni tal-isplużjoni fil-Bidnija, kienet waħda li kienet tgħid ħafna - anke jekk espressament u fil- kliem ma ntqal xejn. Muscat kien jaf - għaliex għandu l-intelliġenza politika u għarfien tajjeb ta' strateġija - illi bl-assassinju l-legat politiku tiegħu kien intefa' taħt dell li se jkun kważi impossibbli li jitlaq minn taħtu. U fil-fatt hekk ġara. Sentejn wara u it xhur wara rebħa oħra kbira fl-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew fl-2019, il- Gvern ta' Muscat kien beda jiffaċċja pressjoni qawwija ħafna bi protesti kważi kuljum - uħud żgħar imma oħrajn li għalihom kienu qed jattendu eluf ta' nies irrabjati ferm għall-Gvern. Dan wara li kien arrestat Yorgen Fenech, ħarġu l-istejjer dwar 17 Black u Fenech akkuża lil Keith Schembri illi kien hu l-moħħ wara l-assassinju, li kien qed jagħtih l-ordnijiet għal dan il-qtil u li kien saħansitra għadda karti - li bqajna qatt ma sirna nafu x'kien hemm fihom - lil Fenech permezz tat-tabib tagħhom Dr. Adria Vella (Fenech u Schembri kellhom l-istess tabib). Keith Schembri kien mgħajjat mill- pulizija u l-istess Konrad Mizzi u l-eks Ministru Chris Cardona. Dan wassal għall- avvenimenti tas- 26 ta' Novembru 2019 - ġurnata illi fiha ssejħu għand il-pulizija u rreżenjaw Keith Schembri u Konrad Mizzi filwaqt li Cardona ssospenda lilu nnifsu. Schembri kien inżamm taħt arrest - interrogat dwar l-assassinju - għal jumejn. Filgħaxija eluf ta' nies niżlu quddiem il-Parlament f 'waħda mill-aktar protesti jaħarqu li saru fl-aħħar snin, b'folla li f 'dagħdiha daret għall-karozza tal-Ministru Owen Bonnici li ma tħallietx issuq, filwaqt li d-Deputati ma tħallewx joħorġu mill-Parlament u meta eventwalment ħarġu kienu milqugħin minn tgħajjir ta' "korrotti" u "Shame on you!". Fost l-għajjat, l-istorbju, tfigħ ta' bajd u rabja kien ċar li s-sitwazzjoni politika tal-pajjiż kienet ser taqbad triq perikoluża u li l-pożizzjoni politika tal-Gvern - minkejja maġġoranza qawwija - kienet qed tiddgħajjef u ssir instabbli. Il-protesti komplew kuljum, sakemm eluf ta' Laburisti ugwalment irrabjati ħafna ddeċidew - minkejja appelli l-kontra - li jmorru quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn infexxew f 'għajjat ta' appoġġ kontinwu għal Muscat u f 'punt minnhom ibbuwjar u offiżi lejn il- ġurnalisti preżenti. It-tmiem ta' Muscat fil-kariga bdiet it wara li Fenech kien akkużat quddiem il-Qorti u wkoll wara li kien allega illi Keith Schembri kien fil-fatt il-moħħ wara l-assassinju. Ftit ġranet qabel il-Kabinett li kien sema' dwar ittra anonima li tefgħet il-ħtija tal-assassinju fuq l-eks Ministru Chris Cardona, ittra li ġiet diskussa matul il-famuża laqgħa tal-Kabinett li damet għaddejja sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. Bosta kienu qed iwaħħlu f 'Keith Schembri għal din l-ittra, tant li għamlu konnessjoni mal-ittra li kien bagħat mat-Tabib Vella lil Yorgen Fenech, iżda huwa ċaħad. Rapporti diversi - inkluż fuq l-illum.com.mt - ippruvaw iwasslu it informazzjoni dwar dak li kien qed jiġri wara l-bibien ta' Kastilja, fosthom kif diversi membri tal-Kabinett kienu qed juru għadab kbir għal Muscat u anke għas-sitwazzjoni li fiha kien jinsab il-Gvern. Jidher li bosta bdew iwaħħlu f 'Keith Schembri - ħabib kbir tal- eks Prim Ministru Laburista u issa jirriżulta li kien ukoll kruċjali għall-eżistenza tal-istess Muscat fil-poter. Għaliex eżatt, għadna ma nafux, imma Muscat baqa' u għadu jiddefendi lil Schembri sal-lum! Mill-Girgenti għal fuq it-TV... Intant kien nhar l-1 ta' Diċembru 2019, permezz ta' laqgħa tal- Kabinett fil-Girgenti, li bdiet tikteb l-aħħar kapitlu ta' Joseph Muscat bħala Prim Ministru. Wara l-laqgħa, Muscat f 'indirizz televiżiv ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru u tiġrija għal Mexxej Laburista ġdid f 'Jannar tas- sena ta' wara. Għall-Partit Laburista u għal ħafna uffiċjali fi ħdanu dan kien mument iebes ħafna, uħud jgħidu li fil-fatt kien wieħed mill-agħar mumenti tal-PL fl-eżistenza tiegħu hekk kif l-aktar Mexxej li kiseb l-akbar suċċessi elettorali u li għamel bidliet daqstant kbar lil- Labour kellu jċedi l-armi ħafna qabel id-data ta' skadenza politika tiegħu u taħt tant dubji, mistoqsijiet u implikazzjonijiet koroh. Tkompli f 'paġna 12...