Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
04 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 • illum Il-President ta' Team Start u Membru tal- Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Jordan Galea Pace dalgħodu rreżenja mill-Partit Nazzjonalista u indirizza lil Daphne Caruana Galizia f 'għeluq il-ħames anniversarju mill-qtil tagħha u qallha li "s-sitwazzjoni kienet ta' disprament u issa hija aktar." Galea Pace sostna f 'messaġġ fuq Facebook dalgħodu illi l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech mhux qed jitħalla jaħdem "meta għandu deputati u membri fit-tim tiegħu stess li qed joħolqu tfixkil sabiex jakkwistaw il-poter. Issa nista' ngħid li verament nimu," qal Galea Pace. Huwa faħħar lil Grech u qal illi dan dejjem kien jilqa' lin-nies - inkluż lilu - minkejja ritratti ta' membri tal-familja tiegħu iqattgħu t-tessera. "Ħares lilhinn minn dan u tani spazju fejn naħdem u inkludieni fit-tim tiegħu wkoll." Huwa sostna li "Bernard Grech għandu intenzjonijiet tajbin, imma kulħadd qed jipprova jkissru." Huwa temm billi għamilha ċara li dan huwa kapitlu magħluq għalih u li dan qed jagħmlu filwaqt li hu se jżomm sod mal-prinċipji tiegħu u mhux għax ingħata xi direct order jew position of trust. Jirreżenja minn Membru tal-Eżekuttiv u mill-PN: 'Deputati u membri tat- tim ta' Grech qed ifixklu biex jieħdu l-poter' Jordan Galea Pace Il-proġett tal-ġnien tal-Mall fil-Furjana b'investiment ta' €4 miljun, li twettaq b'ħidma mill- Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC), tlesta wara ħidma intensiva fuqu fl- aħħar xhur. Il-proġett jinkludi: Bini mill-ġdid tas-servizzi kollha meħtieġa li ġew mgħoddija taħt l-art, bħal dawl, ilma u internet, Tranġar ta' żewġ ġwiebi taħt il- ġnien, 7,500 metru kwadru ta' pavimentar ġdid tal-ġnien kollu u madwar 2,000 metru kwadru ta' pavimentar ġdid tal-bankina mad-dawra tal-ġnien; Sar ukoll restawr tal-arkati fid-daħla tal-ġnien, restawr tal- monumenti kollha fil-ġnien u bini mill-ġdid tal-funtana inkluż l-iskultura li kollha kemm hi saret mill-ġdid, fost oħrajn. Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal- GHRC Gino Cauchi, fil-preżenza tas-Sindku tal-Furjana Vince Borg. "Dan mhux ġnien komuni. Il- ġnien tal-Mall huwa ġnien storiku. Ġnien li ilu jeżisti mijiet ta' snin, li minn żmien il-Kavallieri u tul is-snin dejjem kien fiċ-ċentru tal- attivitajiet u avvenimenti storiċi li seħħew f 'din iż-żona tal-pajjiż. Huwa għalhekk li l-Gvern deherlu li kellu jinvesti f 'dan il-proġett li permezz tiegħu l-Ġnien tal-Mall qed jingħata mill-ġdid id-dinjità li jistħoqqlu," qal il-Ministru Farrugia. "Smajna wkoll lill-Kunsill Lokali u lill-Furjaniżi, li għalihom dan il-ġnien huwa ikona tal- lokalità. Fost oħrajn irrimarkaw in-nuqqas ta' sigurtà għalihom f 'dan il-ġnien, b'mod partikolari matul il-lejl. Smajna lil dawk esperti fir-restawr, li rrimarkaw il- ħtieġa li l-funtani, l-monumenti u l-ħitan jiġu restawrati. Fuq kollox ridna nkomplu nwettqu proġetti ta' żoni maħsuba u miuħa għall- pubbliku. Fuq kollox inħarsu 'l quddiem biex naraw dan il-ġnien jitgawda minn kulħadd filwaqt li jinżamm fi stat li jixraqlu," qal il- Ministru. Żied jgħid li mill-lum il-proġett se jgħaddi għand Ambjent Malta għaż-żamma tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi qal li bħala entità qed tħares 'l quddiem biex tkomplu żżid proġetti oħra f 'diversi lokalitajiet li l-GHRC qed twettaq b'konformità mal-linja tal-gvern: Dik li jiżdiedu żoni pubbliċi. Irrestawrat u rranġat 'minn fuq sa isfel': Lest il-Proġett tal-Ġnien tal-Mall Il-Ġnien tal-Mall