Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 illum • IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 nefqu inqas. Tal-Enerġija, tas-Saħħa l-baġit fl-2021… Għaliex? Isptar Mater Dei. Apparti minn hekk dan il-Ministeru rrimarka li tul il-perjodu tal-pandemija, uħud mill-fondi allokati, intużaw għall- bżonnijiet relatati mal-Covid-19. Skont ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika (NSO), għas- sena 2020, l-ispiża totali tal-Gvern għall- isptarijiet ammontat għal madwar nofs biljun ewro. L-aħħar parti ta' din in-nefqa kienet attribwita għall-konċessjonijiet tal- Isptar San Luqa, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech, jiġifieri dawk mogħtija f 'kuntratt mill- aktar kontroversjali mal-Vitals Global Healthcare (VGH) liema konċessjoni l-VGH kienet għaddiet lil Steward Health Care (SHC). Għal dawn l-aħħar snin dan il-kuntratt kien jinsab fil-qalba ta' diversi kontroversji u dan għaliex minkejja ammonti sostanzjali ta' fondi allokati ħafna mix-xogħol baqa' ma sarx, inkluż ta' San Luqa, liema binja enormi għadha fi stat ta' abbandun. Fl-2021, Steward Health Care ingħata baġit ta' €50.4 miljun. Madankollu, minkejja n-nuqqas ta' xogħol ta' manutenzjoni u titjib f 'dawn l-isptarijiet, din il-kumpanija din is-sena reġgħet ingħatat €20 miljun oħra mit-taxxi tal- poplu; €9.3 miljun għal Karin Grech u €10.4 miljun għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Ir-raġuni wara dawn il-fondi addizzjonali huwa biex l-isptarijiet ikunu mgħammra b'aktar apparat adegwat. Tajjeb li nfakkru li apparti l-miljuni allokati fil-baġit, l-Gvern qed jibqa' iħallas il-pagi tal-ħaddiema ta' dawn it-tliet sptarijiet u anke jixtri xi makkinarju. Fi żmien sitt snin il-Gvern kważi nefaq €100 miljun għal ċentri ta' childcare b'xejn It-tielet l-aktar Ministeru li nefaq aktar minn dak allokat kien il-Ministeru għall- Finanzi u x-Xogħol, immexxi mill-Ministru Clyde Caruana li minn estimu ta' madwar €304.6 miljun nefaq €370.7 miljun, jiġifieri differenza ta' madwar €66 miljun. Uħud mill-inizjattivi ta' dan il-Ministeru jinkludu ċ-childcare b'xejn, maħsub biex jimmotiva lin-nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fil-fatt fil-Baġit tal-2022 l-Ministru Caruana ħabbar li l-iskema ta' childcare b'xejn ġiet estiża għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu ħinijiet "diffiċli" u għaldaqstant dan ġie estiż għal filgħaxijiet, fi tmiem il-ġimgħa u għal dawk li jaħdmu b'xis. F'perjodu ta' sitt snin, jiġifieri mill-2014 sal-2020, il-Gvern nefaq madwar €95 miljun għal childcare b'xejn madwar Malta u Għawdex. Intant għadu mhux ċar kemm nefaq il-Gvern f 'childcare b'xejn fl-2021. Intant fil-manifest elettorali għall- elezzjoni ġenerali tal-2022, il-Partit Laburista wiegħed li taħt it-tmexxija tiegħu se jintroduċi learning support educators (LSEs) fiċ-ċentri tac-childcare. Apparti minn hekk wiegħed li l-Gvern se jassisti negozji oħra li jissussidjaw l-ispiża ta' childcare għall-impjegati tagħhom, permezz ta' tnaqqis fit-taxxa sa' massimu ta' €35,000. Min-naħa l-oħra dan il-Ministeru jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu lejn l-EU Own Funds. Dan ifisser li l-kontribuzzjoni ta' pajjiżna lejn il-baġit tal-Unjoni Ewropea (UE) toħroġ minn dan il-Ministeru. Fil-fatt l-EU Own Funds huwa wieħed mis-sorsi ewlieni għall-baġit tal-UE. Din tinqasam f 'erba' kategoriji. L-ewwel waħda hija dik li permezz tagħha l-UE tiġbor 25% fi dwana, taxxa fuq affarjiet importati mill-istati membri tagħha. It-tieni kategorija hija ġbir ta' VAT. Hawn l-Unjoni Ewropea tiġbor 0.3% f 'VAT mingħand kull membru, sa' massimu ta' 50% tal-Dħul Nazzjonali Gross (GNI). Simili għal dan l-EU Own Funds jiġbor persentaġġ tal- GNI, fil-fatt dan huwa l-ikbar dħul tal-UE. L-aħħar kategorija hija l-aktar waħda ġdida u kif jgħid il-Malti, b'ġebla waħda tolqot żewġt għasafar. Din tiġbor persentaġġ minn kull pajjiż, skont l-ammont ta' skart iġġenerat mill-ippakkeġjar tal-plastik. Fejn qed imorru flusek? L-aktar Ministeri li nefqu... 1. L-aktar Ministeru li nefaq flus fl-2021 kien dak tal-Politika Soċjali. Apparti n-nefqa tal-Politika Soċjali, jiġifieri dik ta' €390 miljun, dan il-Ministeru jinkludi fih il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali, bi spiża totali ta' €1.1 biljun, kif ukoll il-pensjonijiet, li l-ispiża ta' dawn kienet ta' €103.4 miljun. U b'helkk l-ispiża totali ta' dan il-Ministeru għall-2021 kienet ta' €1.6 biljun. 2. Dan ġie segwit mill-Ministeru għas- Saħħa li b'kollox, in-nefqa totali tiegħu kien €896.2 miljun. Ir-raġuni għal din l-ispiża, kif elenkat aktar qabel, huma varji iżda l-ikbar impatt għal dan il- Ministeru kienet il-pandemija. 3. It-tielet Ministeru bl-akbar spiża kien dak tal-Edukazjoni. B'nefqa totali ta' €665.6 miljun, il-Gvern attribwixxa din l-ispiża għall-pagi u għal programmi u inizjattivi fosthom li jingħata trasport b'xejn. Għal din is-sena, l-Ministeru nefaq aktar għall-estensjoni ta' din l-iskema minħabba domanda kbira li kellu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022