Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA 'Pajjiż moqżież. Il-fatt li għadna nifirħu bi qtil makabru ta' ġurnalista u omm turi kemm għadna lura' YENDRICK CIOFFI "Il-fatt li għax kienet Daphne, mela allura ngħidu li ħaqqha dak li ġralha, turi kemm għad fadlilna x'nikbru f 'dan il-pajjiż." Hekk qal mal-gazzetta ILLUM l-Editur tat- Times of Malta, Herman Grech meta kien intervistat fil-ħames anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Grech mhux biss huwa Editur imma huwa wkoll awtur ta' produzzjoni teatrali dwar l-assassinju ta' Caruana Galizia u għax għamel dan, mhux l-ewwel darba li rċieva attakki. Fil-fatt, l-ILLUM tistaqsih għaliex jaħseb li ħames snin wara l-assassinju, Caruana Galizia għadha figura difiżiva u saħansitra hemm min jiċċelebra l-qtil tagħha. "Din hija xi ħaġa li taffaxxinani. Mhux talli qatlu ġurnalista talli pprovaw jagħmlu minn kollox biex jaħbu lil min qatilha," beda jisħaq Grech. Qal li hu kien jaf lil Daphne u bħal ħafna ġurnalisti mhux l-ewwel darba li ma qabilx magħha u saħansitra argumenta magħha. "Imma qatt ma nista' naħfer dak li ġara kemm ħames snin ilu u anke l-kummenti li għadhom qed isiru llum. Fid-dramm jiena ppreżentajt lil Daphne għall-persuna li kienet. Kieku tkun taf it-tgħajjir li qed naqilgħu kemm jiena u anke l-atturi," insista Grech. 'Imisshom splodewha qabel...' Fil-fatt, id-dramm jismu: "ey Blew Her Up," jiġifieri "splodewha" u wieħed mill-kummenti jgħid: "ey should have done it before," jiġifieri "Imisshom splodewha qabel." "Daqshekk għadna pajjiż moqżież. Għadna pajjiż li qed nifirħu bil-qtil makabru ta' ġurnalista u omm. Il-fatt li għadek tiċċelebra l-mewt ta' xi ħadd hija xi ħaġa inkredibbli." Irrikonoxxa li Daphne ġieli kienet iebsa fil-kitba tagħha u kien hemm mumenti fejn hu stess qalilha li ma jaqbilx ma' xi ħaġa li tkun kitbet jew il-mod kif kitbitha. Iżda saħaq li dan ma jiġġustifikax il-fatt li hawn min għadu kważi kważi jgħid li Daphne kien ħaqqha dak li ġralha. Fi kliemu, dan juri kemm il-pajjiż għadu lura. 'Mhux talli ma mxejnix 'il quddiem talli f'ħafna affarijiet morna lura' "Wara l-mewt ta' Daphne mhux talli ma mxejnix 'il quddiem talli naħseb li mxejna lura," kompla jinsisti Grech. Fakkar li Daphne Caruana Galizia nqatlet bl-aktar mod barbaru u inkjesta ppubblika kkonkludiet li kienu n-nuqqsijiet tal-Istat li ħolqu din l-atmosfera li wasslet għal dan l-assassinju. Minkejja dan kollu, insista Grech, il-pajjiż baqa' maqsum, ma jistax jingħaqad, kull ħaġa għadha tkun interpretata b'mod partiġġjan u l-ġurnalisti għadhom meqjusa inkonvenjent. "Il-famuża libertà tal-espressjoni qisha xi ħaġa à-la-carte. Din problema. Mhux talli ma mxejnix 'il quddiem talli f 'ħafna affarijiet morna lura." 'Minkejja l-gambetti, ħafna ġurnalisti għadhom jagħmlu xogħolhom' Il-motto magħżul mill-gazzetti kollha f 'dawk il-jiem kien: "Il-Pinna tirbaħ lill-Biża'." Ħames snin wara, din il-pinna għadha tirbaħ? L-Editur insista illi li kieku ma kienx għall-ġurnalisti, fl-aħħar ħames snin, kienu jsiru "aktar ħniżrijiet." "Kieku ma kienx għall-ġurnalisti, kieku qatt ma sirna nafu kif il- klassi politika qed torqod man- negozjanti bl-aktar mod sfaċċat. Indunajna b'dan għax kienu l-ġurnalisti li investigaw. Minkejja l-intoppi u l-gambetti li kienu qed jingħataw minn kulħadd, inkluż mill-Istat, ħafna ġurnalisti għamlu xogħolhom," insista Grech. Madanakollu qal ukoll li lanqas ma jfisser li l-pinna qed tirbaħ fuq kollox għax il-korruzzjoni għadha hemm u għad hemm affarijiet li jseħħu daqslikieku ma kienu xejn, minkejja li f 'pajjiżi demokratiċi jwasslu għar-riżenji. "Naħseb li r-rebħa kienet minima," insista. "Għandna problema oħra. Ma tantx għandna nies li qed jitħajru jidħlu f 'dan is-settur u niem għaliex. Hija professjoni li ma tħallasx ħafna, trid taħdem għaliha sigħat twal, stressanti u llum għandek it-trolls li l-ħin kollu jattakkawk. Irid ikollok ġilda ta' kukkudrill. Għalhekk ħafna qed jgħajjew u jħossuhom demoralizzati anke għax ċertu affarijiet li jiktbu fuqhom, il-poplu jiġi jitmellaħ minnhom." Ma' Grech tkellimna aktar dwar il-fatt li fuq il-midja soċjali għadek tara kummenti li jesprimu mibiegħda lejn ġurnalisti li jaħdmu biex jikxfu każi ta' korruzzjoni li wara kollox qed tagħmel ħsara lill- pajjiż kollu kemm hu. Insista li waħda mill-akbar problemi li għandha Malta hija n-nuqqas ta' ħsieb kritiku. Fi kliemu, numru kbir ta' nies mhumiex ippreparati, jew inkella ma jistgħux jiġġieldu argument b'argument ieħor. "Jiena nemmen li anke l-ġurnalisti għandhom ikunu taħt skrutinju u meta jiżbaljaw, jammettu. Imma donnu ma nistgħux nirrealizzaw li l-irwol tal-ġurnalist huwa li jfittex il-verità u jagħmel id-domandi skomdi, anke lil dak il-politiku jew mexxej li dejjem adurajnih. Dan juri kemm fadlilna x'nikbru. Hija problema ta' edukazzjoni. Fl- iskejjel u fl-universitajiet tagħna mhux nitkellmu fuq il-politika. Jekk mhux kapaċi niddiskuti fuq kwistjonijiet bħal tibdil fil-klima, ambjent u ħniżrijiet li qed isiru fil- bini, x'tama għandu dan il-pajjiż?", staqsa Grech. 'Il-Gvern ma jridx jagħti s-saħħa lill-midja f'Malta' Tkellimna dwar l-abbozz li ħabbar il-Gvern għall-protezzjoni tal-midja u l-ġurnalisti, bl-Editur jisħaq li l-fatt li fl-aħħar qed isiru emendi biex il-liġi tal-midja titjieb hija xi ħaġa pożittiva. Madanakollu insista li meta wieħed jinvestiga d-dettalji, jinduna li ċertu affarijiet li jmisshom ilhom li saru, qed jibqgħu ma jsirux. "Il-Gvern ma jridx jagħti s-saħħa lill-midja f 'Malta. Il-Gvern jittolera lill-midja f 'Malta imma jekk jista', jgħaddi mingħajra. Il-fatt li l-Prim Ministru għadu sal-lum ma jridx jagħti intervista lill-midja indipendenti u Joseph Muscat qablu għamel l-istess hija xi ħaġa tal-biża'. Meta inti ċċempel lill-Armata u tgħidilhom li hemm dgħajsa qed tegħreq bl-immigranti u dawn jgħidulek li ma għandhomx dettalji u inti tkun taf li qed jitmelħu bik, hija xi ħaġa tal-biża," saħaq Grech. Fi kliemu, dan kollu juri li mhuwiex minnu li l-Gvern jemmen u jiem l-importanza tal-ġurnaliżmu u x-xogħol tal- ġurnalisti. Il-fatt li l-Prim Ministru għadu sal-lum ma jridx jagħti intervista lill-midja indipendenti u Joseph Muscat qablu għamel l-istess, hija xi ħaġa tal-biża' Herman Grech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022