Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867
Muscat żgur li għen ħafna hawn f'pajjiżna' minn Konrad Mizzi u Keith Schembri. Valletta kellu jirriżenja mill-Korp wara li kien żvelat kemm kien qrib ta' Yorgen Fenech, filwaqt li kien qed jinvestiga l-qtil ta' Caruana Galizia. Huwa qal li l-Gvern baqa' jirriuta li jagħti l-informazzjoni u allura kien kostrett jitla' quddiem it-Tribunal. "Fit-tribunal iċ-Chairperson kienet l-avukat ta' Yorgen Fenech. Kelli nitlob li tirrikuża ruħha, kif fil-fatt ġara. Biex imbagħad bħala sostitut tagħha intagħżlet persuna li kien wieħed, minn tlieta, li taw premju lil Michelle Muscat u wara seduta li kelli l-Qorti mar fuq Facebook u kiteb eloġju ta' lagħqiżmu lejn Muscat. Kif jista' jkollok fiduċja jekk is-sistema hija ppreġudikata kontrik?" 'Għaliex ma tressqux in-nies li jissemmew fl-Inkjesta Pilatus?' Huwa staqsa wkoll kemm l-istejjer tal- ġurnalisti qed jiġu investigati u jekk ikun jeħtieġ iwasslu għal prosekuzzjoni. "Qabel ma semmietu Daphne lanqas qatt ma konna smajna bil-Bank Pilatus u għamlet allegazzjonijiet li kienu preċiżi. Sena wara li nqatlet bdiet inkjesta fuq l-allegazzjonijiet u sena u nofs ilu kienet konkluża," qal Aquilina. Kompla jispjega li f 'din l-inkjesta l-Maġistrat kien qal li l-pulizija kellhom imexxu kontra l-bank u sitt persuni oħrajn. Minflok jgħid illi l-pulizija ħadet azzjoni konrta l-bank u persuna waħda biss. Mistoqsi jekk hemmx nies li jissemmew fl- inkjesta, li kellhom kariga huwa kkonferma li anke Keith Schembri jissemma' fl-inkjesta u kien hawn illi allega illi jinsab infurmat li Schembri qed ikun investigat għal reat ta' trading in influence. "Kif ma tressqux dawn in-nies? Għaliex? U issa ninsab infurmat li l-Avukat Ġenerali ħarġet ordni (nolle prosequi) biex ċertu nies akkużati fl-Inkjesta ma jitressqux. Mela filwaqt li għandna istituzzjonijiet li qed jippruvaw jaħdmu, hemm istituzzjonijiet oħrajn li qed jiddefendu lill-kriminali." "Tant ma tawx kashom il-mandati tal- arresti maħruġin mill-Maġistrat li tilfuhom," kompla jgħid. 'L-idea li l-politiċi speċjalment dawk li jkunu fil-Gvern l-aħjar ma tmisshomx' L-ILLUM tfakkru li dan fil-fatt mhuwiex l-unika każ ta' persuni b'mandat ta arrest li ma ġewx arrestati. Kien hemm ukoll Maria Efimova li wkoll kellha tkun arrestata iżda ma ġietx. Dan għass? Inkompetenza? Jew jemmen hemm xi ħadd li qed jiġbed l-ispag? Huwa qal li hemm żewġ raġunijiet għal dan. L-ewwel raġuni huwa dak li jsejjaħ il- "ħtif tal-Istat" mill-Gvern, xi ħaġa li jgħid illi seħħet l-aktar taħt il-Gvern ta' Joseph Muscat u Keith Schembri, "li għamlu minn kollox biex jaħtfu l-istituzzjonijiet taħt idejhom. Per eżempju neħħew lill-eks Kummissarju John Rizzo għax kien se jmexxi kontra John Dalli - ċara din," allega l-President ta' Repubblika. Kompla jgħid illi Muscat u Schembri "imlew lill-ġudikatura b'nies tal-fiduċja tagħhom..." Dwar dan l-aħħar punt l-ILLUM tfakkru illi s-sistema dejjem kienet hekk u l-akkuża kienet issir qabel ukoll, taħt Gvern Nazzjonalista. "Veru imma din ma kinitx ir-regola. Wara l-2013 kienet saret ir-regola u l-kriterju ta' kif tintgħażel il-ġudikatura, fil-fatt konna aħna każ barra" kompla jgħid. L-ILLUM terġa' twaqqfu u tfakkru li fuq il- każ li qed isemmi, l-Ewropa ma tatx raġun lil Repubblika. Huwa qal li fir-realtà kien intlaħaq qbil u sostna li għalkemm kien każ diffiċli li jirbħu għax il-ħatra tal-ġudikatura tibqa' fil-poter ta' stat membru tal-UE, huwa qal li permezz ta' dan il-każ ġie stabbilit il-prinċipju tan-non- regression, li jfisser illi Gvern ewropew ma jista' jagħmel xejn li jwassal għal aktar indħil fil-ġudikatura. Robert Aquilina qal iżda li apparti dak li jsejjaħ "ħtif tal-istat" hemm ukoll l-attitudni ta' ċerti istituzzjonijiet - "fl-ewwel post il- Korp tal-Pulizija." Hu jibda jirrakkonta kif meta kien inħatar Kummissarju Angelo Gafa' kellu laqgħa miegħu illi matulha esprima t-tama li jkun hu l-ewwel Kummissarju fl-istorja li jressaq politiku l-Qorti fuq akkużi ta' korruzzjoni. Qal iżda li jidher illi hemm l-idea li l-politiċi "speċjalment dawk li jkunu fil-Gvern" l-aħjar ma tmisshomx u "tħalliehom bi kwiethom." Imma, l-ILLUM tfakkru li kellna l-arrest ta' elenku ta' nies, mhux l-inqas ta' Keith Schembri nnifsu li qed jiffaċċja numru ta' akkużi fosthom frodi. Allura għadu jemmen li l-istat "maħtuf "? Huwa rrikonoxxa dan il-fatt imma qal li ġie arrestat Schembri għax kien il-Maġistrat li ordna dan wara li kkonkluda inkjesta, imbagħad il-pulizija esegwiet dik l-ordni - xi ħaġa li jerġa' jfakkar illi ma ġratx fl- intier tagħha fil-każ tal-Bank Pilatus. "Il- Kummissarju qed ifarfar fuq il-Maġistratura. Aħna meta kien hemm il-każ taż-żewġ imħallfin li kkorrompew ruħhom x'għamel il-Kummissarju John Rizzo? Qgħad jiaħ inkjesta? Mhux ġew arrestati l-Imħallfin?" Aquilina temm jgħid li hawn min huwa determinat jagħmel xogħlu u hawn min le. 'Robert Abela jaqbel magħna għax dawk li kkritikajna aħna, warrabhom' Induru fuq l-inkjesta pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, li ma sabitx illi l-Gvern kien b'xi mod responsabbli għall- assassinju imma li sabet ukoll li l-impunità li l-Gvern ħalla illi tinħoloq wasslet biex tinqatel il-ġurnalista. Muscat irreżenja, bħal ma rreżenjaw Konrad Mizzi, Keith Schembri, Chris Cardona u anke l-eks Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar, fost oħrajn. Allura jkun hemm min jistaqsi, Repubblika xi trid? Kemm trid li jirriżenjaw jew jisparixxu aktar nies biex jemmnu li tkun saret ġustizzja politika u l-Gvern Laburista ħallas il-prezz? Huwa beda billi qal li kull min kien responsabbli b'xi mod għandu jirriżenja għalkemm imbagħad kompla jgħid li f 'Malta hawn persuna, "b'kariga għolja ħafna li taqbel magħna. Qed nirreferi għall-PM Robert Abela għax il-persuni kollha li kkritikajna kollha warrabhom; Carmelo Abela, Rosianne Cutajar, Edward Zammit Lewis u anke Justyne Caruana. Mela kif qed naraw il-Prim Ministru jaf x'inhi l-verità u li kellna raġun għax ħa azzjoni. Sempliċiment mhux jieħu l-azzjoni kollha kemm hi." Mistoqsi jelabora huwa qal illi ladarba r-responsabilità kienet taqa' kollha fuq l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, "kif il-PM Abela warrab lil Konrad Mizzi - li ma għandu ebda akkużi kontrih quddiem il-Qorti - għandu jiddistakka ruħu minn Muscat. Imma din ma jistax jagħmilha u l-ispjegazzjoni tiegħi hija li ma jistax għax Abela u n-nies tiegħu m'għandhomx biżżejjed kontroll fuq il-partit." Ritratt ta' James Bianchi 19 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA

