Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

Carmel Cacopardo huwa ċ-Chairperson tal-ADPD Carmel Cacopardo Daphne: Ħames snin stennija għall-ġustizzja B osta minna jiakru x'kienu qed jagħmlu ħames snin ilu, it wara it-3 ta' wara nofsinhar, nhar it-Tnejn 16 ta' Ottubru 2017 meta ħarġet l-aħbar li splodiet karozza fil-Bidnija. Il-konness- joni possibli ma' Daphne kienet waħda immedjata, avolja, f 'dak il-mument kritiku xejn ma kien magħruf. Imma bil-mod il-mod bdejna insiru nafu x'ġara. L-ewwel reazzjonijiet dakinhar, ħames snin ilu, kienu sinifikanti. Għadhom hekk sal-lum. Kulħadd inħasad, meta, ħames snin ilu, tfaċċat il-Bidnija l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri-Herrera. Ma setgħetx tiem li hemm ma kienx postha! Dakinhar jiena kont ikkummentajt li l-fatt illi Scerri-Herrera damet biex irrealizzat li kellha tastjeni milli tmexxi l-investigazzjoni maġisterjali hu minnu innifsu xhieda li xi membri tal- ġudikatura għad għandhom ħafna x'jitgħallmu. Għaddew ħames snin, u ma nbidel xejn, kif jidher ċar mill- imġieba ta' Maġistrat oħra, Nadine Lia. Din mhiex taċċetta li f 'każ li għandha quddiemha għandha kunflitt ta' interess ovvju, u allura anke hi għandha tastjeni milli tkompli tisma' l-każ. Uħud ma jitgħallmu qatt! L-imġieba xierqa tal-ġudikatura hi dejjem indispensabbli: Kif tista' l-ġudikatura tistenna r-rispett jekk l-anqas ma hi kapaċi tirrispetta lilha innifisha? Ħames snin ilu kellna surgent tal-Pulizija li permezz tal-medja soċjali ħabbar kemm kien qed jieħu pjaċir b'dak li ġara fil- Bidnija. Sfortunatament kienu qed jinħmew affarijiet agħar minn hekk fil-Pulizija. Dak li dakinnhar kien Deputat Kummissarju tal-Pulizija, Silvio Valletta, ingħata l-inkargu li jissorvelja l-investigazzjoni tal-Pulizija fuq l-assassinju. Wara xi żmien sirna nafu li dan Silvio Valletta kien fil-but ta' Yorgen Fenech, li hu akkużat illi kien hu li ikkummissjona l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia. Tiakruh liz-ziju Silvio? Kif jistgħu l-Pulizija jagħmlu xogħolhom sewwa b'Silvio Valletta, dakinhar deputat Kummissarju tal- Pulizija, imexxi l-investigazzjoni minn ġol-but tal-kriminali? Is-smiegħ tax-xhieda f 'numru mhux żgħir ta' każi marbuta mal- assassinju ta' Daphne Caruana Galizia kien qisu dokumentarju dwar il-falliment tal-istat. Dan kien anke konfermat mill-inkjesta pubblika li saret dwar l-assassinju. L-istituzzjonijiet fallew u spiċċaw jaqdu lill-kriminalità. Il-ġurnaliżmu investigattiv ta' Daphne, kif żviluppa tul is-snin, kien ta' theddida għal dan kollu. Kienet kritika ta' istituzzjonijiet li ma jaħdmux. Iffukat ukoll fuq irġiel u nisa ta' karattru dgħajjef li mingħalihom qed imexxu meta fil-fatt kienu jiġbdulhom l-ispaga diversi minn ta' madwarhom, inkluż il-kriminali. Dak li ippubblikat l-aħħar kien sinifikanti għax kien jixhed il-biżgħat tagħha. "Kull fejn tħares ħlief imbruljuni ma tarax. Hi sitwazzjoni ta' disprament." Kienet qed tikkummenta dwar Keith Schembri, Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat u dan b'referenza għall-proċeduri ta' libell kontra Simon Busuttil, għax Schembri ħa għalih meta kien deskritt bħala imbruljun u korrott. Fl-aħħar artiklu tagħha, ippubblikat minuti qabel kienet vittma tal-isplużjoni kitbet bi kliem ċar li: "Dak l-imbruljun ta' Schembri illum kien il-Qorti, jargumenta li hu mhux imbruljun." L-iżviluppi ta' dawn l-aħħar sittin xahar huma l-ikbar prova li imdawrin bl-imbruljuni. Irriżulta li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien immexxi minn imbruljuni: Riżultat ta' hekk Joseph Muscat ma kellux triq oħra għajr li jirreżenja. Kien ilu wisq żmien jipproteġi lill-imbruljuni ta' madwaru! B'dawn l-ostakli kollha ħadd ma għandu għalfejn jiskanta li wara ħames snin l-investigazzjonijiet dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia għadhom għaddejjin. Ħadd mhu ċert jekk kienx hemm moħħ wieħed jew iktar li fasslu, iffinanzjaw u ħejjew l-implimentazzjoni ta' dan l-assassinju. Għadna ukoll bla ħjiel dwar jekk kienx hemm nies tal-politika li kienu jafu b'dak li kien għaddej, inkella, agħar minn hekk, jekk kellhomx sehem f 'dak li ġara. Dan minkejja li f 'dan il-kuntest issemma diversi drabi l-eks Ministru Laburista Chris Cardona. Rajna tinkixef it it, quddiem għajnejna, xibka ta' kriminalità li nfiltrat u niġġset kull settur tas-soċjetà tagħna. L-investigazzjonijiet qed jixfu xibka li fiha jidher li nqabdu l-istituzzjonijiet kollha. Bħall- qarnita li bit-tmient'iswaba twal tagħha tikkontrolla kollox mill- bogħod. Mhux ta' b'xejn li għaddew sittin xahar u għad ma nafux meta ser joqrob it-tmiem. Il-kontroll qiegħed għand il-qarnita. 20 ĦAMES SNIN DAPHNE CARUANA GALIZIA L-iżviluppi ta' dawn l-aħħar sittin xahar huma l-ikbar prova li imdawrin bl-imbruljuni. Irriżulta li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien immexxi minn imbruljuni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022