Illum previous editions

ILLUM 16 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1481867

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 16 TA' OTTUBRU 2022 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Editur: Albert Gauci Cunningham Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt R aymond Caruana u Daphne Caruana Galizia "tan-Nazzjonal- isti" u Karin Grech "tal-Laburis- ti." Kif l-Indipendenza hija tal- blu u l-labour sempliċiment jittolleraha, filwaqt li l-Ħelsien hija tal-aħmar u għal blu, tista' lanqas biss titfakkar. Tad-daħk! Imma fil-verità tal-biki. Il-ħames anniversarju mill-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia qed jintlaqa' b'diskussjoni u rabja minn uħud u minn oħrajn jintlaqa' bil-kliem "U Karin Grech ma niakruhiex?" U l-istess viċi versa. U dan huwa proprju dak li huwa ħażin f 'dan il-pajjiż. Il-mentalità mill-aktar dannuża li twassalna biex inġelldu l-aktar mumenti importanti fl-istorja ta' pajjiżna, li twassalna biex lanqas biss napprezzaw id-diffikultajiet, il-biżgħat, it-tbatija u anke s-sagrifiċċju li għamel dan l-istess poplu biex ħa l-Indipendenza fl-1964 u biex ħeles mill-ħakkiem barrani fl-1979. Twassalna biex ngħixu fl-injoranza dwar dawn il-mumenti hekk importanti mmarkati minn poplu li kien jgħix fil-ġuħ, fil-faqar u fl-eżaltazzjoni lejn il-ħakkiem li forsi f 'ġurnata ta' ħniena jitfgħalu it loqom. Il-protesti kollha li saru u l-irvellijiet ta' April 1958 meta l-Gvern ta' Mintoff irriżenja hekk kif l-Ingliżi bdew jagħtu s-sensji minn mas-servizzi u n-negozjar politiku li kien sar biex Malta saret indipendenti u allura kellha l-ewwel Prim Ministru u ingħatat il-vuċi sovrana politika, jinġabru f 'żewġ espressjonijiet "dik tal-Labour" u "dik tan-nazzjonalisti." X'faqar. X'disservizz kbir lejn l-istorja ta' pajjiżna u lejn id-demokrazija u lejn l-għerf u l-ħsieb kritiku qed tagħmel is-sistema edukattiva tagħna li żżomm 'il bogħod milli tħalli lil ulied dan il-poplu jixtarru u jimu l-ġrajjiet ta' pajjiżna u dak kollu li wassal biex għamilna tant kisbiet soċjali, ekonomiċi u politiċi. Minflok, ġenerazzjoni wara oħra qed titla' b'diżiniteress assolut lejn dak li jiffurmana bħala nazzjon, fejn Mintoff huwa sinonimu biss "maċ-ċikkulata u d-diżerta" - mhux mal-fatt li ħareġ l-eluf mill-faqar u n-Nazzjonalisti huma biss sinonimi mal- konservattiviżmu politiku u mhux mal-fatt li l-PN għal tant snin ggverna dan il-pajjiż u kellu viżjoni li llum tpoġġina bilqegħda mal- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. U allura x'ma jkollniex poplu indifferenti lejn mara, omm u ġurnalista li splodewha f 'elf biċċa? X'ma jkollniex poplu (jew nofsu) li jkemmex xuejh meta jisma' "Daphne". Għax "Daphne mhux tagħna imma tagħhom." X'ma jkollniex poplu, speċjalment il-ġenerazzjonijiet ta' taħt it-30 sena, li probabbilment lanqas biss jafu min hi Karin Grech u f 'liema ċirkostanzi inqatlet - aħseb u ara kemm se jkomplu l-ġlieda għall-ġustizzja favur din it-tfajla maqtula innoċentement? Kif jista' qatt dan il-pajjiż jikseb verament ġustizzja għal dawn in-nies jekk nofs il- poplu lanqas biss jaf minn huma u n-nofs l-ieħor li jaf, iħares biss lejn "jekk hux tagħna jew tagħhom." Huwa tajjeb u pass ferm 'il quddiem li l-aħwa Degiorgio issa jinsabu l-ħabs b'piena ta' 40 sena, biex ikunu tlieta sa issa li nstabu ħatja bil-qtil ta' Caruana Galizia. Huwa ħafna aħjar mill-każi ta' Karin Grech u Raymond Caruana li magħhom u ma' familthom baqgħet qatt ma saret ġustizzja. Dan kollu tajjeb. Imma l-għajta tal- ġustizzja ma tista' qatt tkun b'saħħitha biżżejjed jekk ma tiġix mill-poplu kollu, jekk ma jkunx il-poplu kollu, ta' kull età, ta' kull klassi u ta' kull kulur politiku li mhux biss jaċċetta b'nofs qalb u jittollera l-bżonn tal-ġustizzja ma' Daphne, Karin, Raymond u oħrajn imma li jkun iridha. U dan jista' jseħħ biss jekk nitgħallmu mill-iżbalji tagħna, jekk nirrikonoxxu li l-ħażin ma jsirx tajjeb għax fil-Gvern hemm "aħna". Meta nitgħallmu illi l-qtil ta' ġurnalista li kienet qed tikxef tant għawar - u li iva kienet ukoll xi drabi kattiva u klassista fi kliemha - mhux aċċettabbli, huwa ħażin, jitfa' dell ikrah ħafna fuq pajjiżna u għandu jkun ikkundannat b'qawwa u ssir ġustizzja sħiħa. Hemmhekk nibdew nassiguraw li assassinju bħal dan ma jerġax iseħħ. Meta nirrikonoxxu li Karin mhux tal-Laburisti u Raymond mhux tan- Nazzjonalisti - anke jekk it-tnejn inqdew bihom għal fini politiċi tagħhom - hemmhekk nibdew nikbru u ssir il-vera ġustizzja. Meta nitgħallmu li iva - jista' jkollok preferenza politika. Tista' tkun Nazzjonalist jew Laburist imma li ħadd, fuq li ħadd mhu Alla. Hemmhekk forsi nibdew naraw aħjar, inkunu aktar kritiċi fil-ħsieb tagħna u dak li huwa sew infaħħruh, u dak li huwa kundanabbli nikkundannawh, anke jekk fil-proċess il-kundanna timbarazza lill- partit "tagħna." Il-fatt li snin wara bqajna maqsumin, anke fuq il-mejtin, anke fuq il-vittmi politiċi, anke fuq dawk il-martri innoċenti li nqatlu għax kienu qed jagħmlu xogħolhom jew jieħdu te ġo każin, juri kemm għadna politikament immaturi. Kemm għadna nħarsu lejn il-politiku qisu l-ħakkiem u aħna li noqgħodu għal kollox. Meta ma nibqgħux marbutin ma' din il-mentalità u ma' dan il-ħsieb li żammna tant lura, tibda ssir il-ġustizzja vera lejn Daphne, Karin u Raymond - għax ikun aċċertat li dan il-poplu tgħallem, fetaħ għajnejh, ma' baqax bl-għamad jew indifferenti u ħalef li ma jkunx hemm Daphne oħra, Karin oħra u Raymond ieħor. Sa dakinhar... Karin, Raymond u Daphne: Il-ġustizzja vera li trid issir!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 October 2022