Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384
16 kotba IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum Barra minn fuqna Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inqas minn xahar ilu, mitilna Pluto, kelb ġibnieh sentejn ilu minn santwarju, għadma u ġilda mimli mard, u li raddejnielu lura saħħtu biex gawdejnieh għal sentejn qosra wisq. Din razza għomorha twil, kulħadd kien jgħidilna. Kelb b'saħħtu dan, jidher li tieħdu ħsiebu. U rasna mimlija li se jixjieħ magħna, fassalna ħajjitna skont ir-rieda tiegħu, sakemm kont ħassejtlu żewġ nefħiet strambi u tawna l-verdett tal- linfoma, kanċer mill-ħafna li kieku jolqot lilna, mill-ottika neċessarjament antropoċentrika tagħna, tkun traġedja mill-kbar. e 'Big C', il-marda tħuf madwarna u li ħadd ma jrid isemmiha, ma jmurx iġibha lejh. Fittex waħda Google u jitlagħlek verdett skjett inixxfek: persuna minn tnejn se tiżviluppa xi forma ta' kanċer tul għomorha. Il-klieb x'aktarx aktar prevedibbli mill- bnedmin, għax rari jaqbadhom fl- età tenera ta' Pluto. Il-veterinarja għandha l-limiti tagħha, imbagħad, anatomija komparata li qisha qed ittella' t-tombla hija u tiżen il-mard, u li, għax tittratta ħajjiet meqjusa aktar dispensabbli u inqas prezzjużi, x'aktarx mhix daqshekk mgħammra biex tindaga fil-fond il-kawżi u l-kuri l-kbar. Pluto miet qasir il-għomor, bilkemm ħames snin, qisek qed tgħid raġel li għadu kemm qabeż it-tletin. Inbaram xahar wara l-bijopsija, u l-mument tad-deċiżjoni biex inraqqduh ġiena ċar daqs il- kristall. Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa (Merlin, 2022) huwa l-aħħar xogħol ta' Sergio Grech, li juża forma ta' awtofinzjoni biex jifli mument traġiku ta' ħajtu — il-mewt ta' missieru meħud mill- marda qerrieda — u b'xi mod jaqleb ta' taħt fuq il-perspettiva ferrieħa ta' U tisbaħ missier... (Merlin, 2021) li ċċelebra t-tlugħ u l-inżul tal-paternità. Ktieb li bħalu qed naraw aktar, xhieda ta' maturità letterarja ġdida, li jittrattaw il-wirt li jibqgħalna mit-trobbija, kif anki naraw f 'xi Immanuel Mifsud jew Nadia Mifsud. L-ommijiet u l-missirijiet, li naqsmu l-ġenetika magħhom, u li tagħhom inġorru timbri li jew nixtiequ nħassruhom jew nirrivalutawhom, jew inkella nagħmlu minn kollox biex inħalluhom bla mittiefsa. It-timbru ta' missier Grech (fis-sens ukoll tal-missier tan- narratur) huwa wieħed indelibbli, li r-rakkont jagħmel minn kollox biex iżommu ħaj, u hawnhekk jiniehem it-titlu li jindika tluq ħesrem u mhux mistenni, jitbandal bejn l-inkredulità tal- mument li lkoll nistennewh imma li jaħsadna xorta meta jasal, imma wkoll l-għadab għal tluq mhux ippjanat li xorta jħalli bosta ħjut imdendla. Ħjut li b'xi mod jintrabtu u nsibulhom xi forma ta' rkaptu bir-riflessjoni, anki dik tal-kitba letterarja: biex nagħmlu sens minnhom, biex niġbru album ta' sensazzjonijet li nerġgħu nġanntuhom f 'narrattiva ġdida li forsi tibda trodd is-sens għall-misteru ineffabbli. Iżda l-missier ta' Grech huwa missier li x'aktarx it li xejn se jiġi ddubitat jew sfidat, b'differenza, kif għandna kemm semmejna fuq, mill-missier ta' xi Mifsud fi Fl-Isem tal-Missier...u tal- Iben. Huwa l-figura patrijarkali tipika, anki jekk bonarja, li wkoll isawwar u jsejjes il-familja Maltija immaġinarja ta' ħafna mil- letteratura tagħna: dominanti, maħbub u rrispettat għal dik il- ħlewwa li tixref xorta minkejja s-severità drabi qalila. L-analiżi ta' Grech hawnhekk toħroġ bħala waħda x'aktarx akritika, kważi għadha xxukkjata minn dil-mewt, minkejja li mistennija u imminenti, u dal-ktieb jispiċċa iktar lament quddiem l-impossibbiltà tal-fehim u tentattiv individwali ta' xi forma ta' rinegozjar u aċċettazzjoni finali, kors aċċellerat fil-famużi ħames stadji tal-luttu. Fl-istess ħin, hija eloġju sinċier għal figura tant importanti, li lkoll nagħmluha b'dan il-mod meta jolqotna fatt simili. Jekk din l-adulazzjoni tal-figura tal-missier hijiex limitu għall- ktieb taf tkun diskussa u anki diskutibbli. Fil-fehma tiegħi, jaf xekklet il-medda potenzjali tal-espressjoni dwar esperjenza bħal din imma, min-naħa l-oħra, it-trattament tipiku ta' Grech, anki fil-ktieb ta' qablu, għandu appell universali għal kull qarrej, anki dak li jaf ikun tikka aktar fitt minn oħrajn. Xogħol