Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni Ivan Bartolo I l-poplu Malti u Għawdxi huwa magħruf għal kemm huwa solidali u ġeneruż ma' min hu fil-bżonn. Dan jixh- duh il-maratoni ta' ġbir ta' fondi li jsiru minn żmien għal żmien li matulhom jinġabru fondi li jgħinu persuni b'kundizzjonijiet diversi jew anke għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam soċjali. Kemm hu ta' qalb tajba l-poplu Malti li wera solidarjetà waqt il-pan- demija meta mhux biss segwa l-ordnijiet biex wieħed jaħseb fl-ieħor imma wkoll il-prinċipju tas-solidarjetà, il-poplu wettaqha fil-prattika. Dan is-sens ta' altruwiżmu, fejn persuna taħseb f 'ħaddieħor, narawh ukoll fost persuni ta' età żgħira. Dan juri li l-ġenerazzjoni żagħżugħa mhijiex kif ipenġuha ħafna – ma jinteressaha u ma jimpurtaha minn xejn. Anzi bil- maqlub. Bosta huma dawk li jaffaċjaw tbatija u eventwalment il-mewt, minkejja li ilhom is-snin fil- lista ta' stennija biex jistennew organu. Ta' min ifaħħar il- ħidma kontinwa li ssir mill- ħaddiema fil-qasam mediku u fl-isptarijiet tagħna, bħar-Renal Unit fost oħrajn, li jagħmlu ħilithom kollha biex il-pazjenti jgħixu ħajja itwal bl-inqas tbatija possibbli. Ta' min ifaħħar il-vokazzjoni tal-ħaddiema fl-isptarijiet tagħna, bi sfidi kontinwi l-aktar fil-wards bħal tar-Renal Unit fost oħrajn, fejn ta' kuljum s-swali huma mifqugħa bil-pazjenti. Għalhekk appellajt u tkellimt kemm il-darba sabiex nikkunsidraw it-tibdil tad- donazzjoni tal-organi minn 'opt- in' għal 'opt-out'. Bħal f 'kull ħaġa oħra hemm min jargumenta favur jew kontra. Is-sitwazzjoni fil-pajjiżi li jużaw il-mudell 'opt-out' jinsabu ferm aħjar minn dawk il-pajjiżi li jużaw il-mudell 'opt-in'. U s-sitwazzjoni f 'pajjiżi li jaqilbu minn 'opt-in' għal 'opt-out' jitjiebu kemm fis-sens ta' l-għoti ta' l-organi biex isalvaw aktar ħajjiet u anki fis-sens ta' mentalità solidali. Li huwa żgur li bis-sistema 'opt-out' issalva iktar ħajjiet. B' hekk naqbel li b'din is-sistema, aktar ser nirrespettaw l-awtonomija umana. Jiena ċert ukoll li l-awtoritajiet jixtiequ li aktar bnedmin jiddeċiedu xi jridu li jiġri bl-organi tagħhom meta jmutu u l-mudell 'opt-out' jiffaċilita l-proċess. Jien naħseb ukoll li jekk nibdlu s-sistema, aħna lkoll nibdlu l-fehma fil-mentalità. Jekk id- donazzjoni tal-organi ssir il-punt tat-tluq, is-solidarjetà umana ssir in-norma. Sistema fejn kulħadd huwa donatur tal-organi mill-bidu tkun qed taċċerta li aktar bnedmin jieħdu deċiżjoni u jirreġistraw l-għażla tagħhom fuq jekk iridu jkunu donaturi tal- organi jew le. B' din il-bidla fis-sistema li qed nipproponu se tiġġenera iktar attenzjoni fuq id-donazzjoni tal-organi, u dan se jwassal għal diskussjonijiet kemm fil-privat kif ukoll madwar is-soċjeta'. Il-messaġġ 'opt-out' taċċerta illi l-umanità tieħu deċiżjoni favur id-donazzjoni tal-organi, kemm billi tagħmel għażla attiva, billi awtomatikament issir donatur tal-organi. Niem ukoll li mhux kulħadd jaqbel li għandu jirreġistra lilu nnifsu bħala donatur. Taħt is-sistema kurrenti ta' "opt in', jista jkun hemm il-possibilità li l-mejjet ma jkunx irid li jkun donatur, imma l-familja tagħżel li tagħti l-organi f 'isem il-mejjet. Jew jista jiġri l-oppost fejn il-mejjet dejjem kellu xewqa li jkun donatur imma hu qatt ma kien jaf x' għandu jagħmel, u għalhekk qatt ma rreġistra fir-reġistru tad-donaturi. Din hi deċiżjoni sabiħa mmens li qatt ma ngħatat attenzjoni. Din hi solidarjetà fl-aqwa tagħha li għadha qatt ma seħħet. Dawn iż-żewġ eżempji jagħtu stampa ċara tal-kwadru sħiħ jismu "Soċjeta' Solidali". Is-soċjetà tkun qed tonqos meta ma tirrispettax ix-xewqa tal-bnedmin tagħha. U aħna missna nkunu konxji minn dawn in-nuqqasijiet jekk qed naħsbu li l-organi jridu jkunu użati skont ix-xewqat tal- bnedmin. Għalhekk bis-sistema "Opt Out" inkunu qegħdin ninkoraġġixxu liċ-ċittadini f 'liema direzzjoni jridu jmorru. Sistema 'opt-out' tikkategorizza b'mod korrett perċentaġġ kbir tal-populazzjoni skont l-għażla tagħhom rigward id-donazzjoni tal-organi. Studji juru li tmenin fil-mija huma favur id-donazzjoni tal- organi. Ejja nkunu kuraġġjużi u ningħaqdu ma' dawk il-pajjiżi li biddlu t-tifsira ta'passivita' sabiex is-soċjetà tagħna tmur għal sistema li tkompli tagħmilna poplu ta' qalb tajba, tkompli taħmilna poplu ġeneruż, tkompli ssaħħaħna bejnietna bit-timbru ta' poplu solidali. Malta solidali! Ivan Bartolo huwa l-Kelliem tal-PN għall-Faqar u l-Akkomodazzjoni Soċjali Ta' min ifaħħar il-ħidma kontinwa li ssir mill-ħaddiema fil-qasam mediku u fl- isptarijiet tagħna, bħar-Renal Unit fost oħrajn, li jagħmlu ħilithom kollha biex il- pazjenti jgħixu ħajja itwal bl-inqas tbatija possibbli IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022