Illum previous editions

ILLUM 23 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482384

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 storja IL-ĦADD 23 TA' OTTUBRU 2022 • illum MARIANNA CALLEJA Fl-aħħar it ġimgħat, il-gazzetta ILLUM ħarset lejn bnadi li minkejja l-potenzjal enormi li fihom, jinstabu mitluqa, abbandunati jew moħlija. L-Isptar San Luqa, il-Kumpless tal-White Rocks, il-Forti Sant Iermu, il-Lukanda tal-Jerma u l-Mistra Village... Kollha jistennew illi jirritornaw għal glorja li qatt kellhom jew almenu li xi ħadd iħenn għalihom u jaqtalhom rashom. Għall-aħħar artiklu mis-serje 'bnadi mitluqa, abbandunati jew moħlija' il-gazzetta iLLUM tagħti ħarsa lejn żona illi minkejja kienet mitluqa għal żmien twil, issa qed tiġbor ġieha... Il-Villa Frere. John Hookham Frere u martu jsibu posthom fuq il-gżira ċkejkna ta' Malta 1820, il-politikant, akademiku u poeta Ingliż John Hookham Frere jirtira u minħabba li martu hi marida bi tukerkolożi, jagħżel lill-Malta sabiex jgħix il-kumplament ta' ħajtu fiha. Il-klima sħuna tal-gżira tgħinu jieħu din id-deċiżjoni iktar malajr. Jmur jgħix ma' martu u oħtu ġewwa l-Belt Valletta sakemm jakkwista 15-il tomna art max-xatt tal-Pietà, bi it bini fiha u kollox bil-kiri. Kemm hu u anke martu jħossu li għandhom jgħinu iktar lis-soċjetà u fil-ġonna tagħhom jiħu kċina biex iqassmu l-ikel lil min għandu bżonn. Fl-1831, il-mara ta' Hookham Frere tmut u hu jispiċċa jiżvoga fil-ġonna ta' madwar il-villa li issa kien ħa b'ċens għal 99 sena. Jqabbad l-aqwa tliet periti taż-żmien biex flimkien jaqilbu biċċa art xagħri fuq wara tal-villa għal serje ta' ġonna mtarrġa. Giorgio Pullicino, George Grognet de Vasse (l-arkitett tal-koppla tal-Mosta) u l-Inġinier Rjali Kap Ġenerali Sir George Whitmore John Hookham Frere jibda' jgħożż il- memorja ta' martu permezz tal-ġonna il- ġodda li kienu jħarrsu iċ-ċimiterju tal-Msida fejn martu kienet tinsab mitfuna. Mill-istess ġnien, kien jista' jgawdi l-veduta kollha mill- Belt sal-Imdina. Meqjusa bħala ġawhra tal-arkitettura neo-klassika, maż-żmien inbniet il-Gazebo Doriku li fiha jistrieħu rħamiet li jfakkru żjarat irjali. Hookham Frere kien il-persuna li ħadem kemm felah biex jiġi lura f 'Malta Mikien Anton Vassallo. Dak iż-żmien huwa kien ġie eżiljat mill-Kaptan Alexander Ball, l-ewwel f 'Korsika u wara Franza. Fil-ġonna tal-Villa Frere huma qatgħu ħin twil jiddiskutu. Huwa għalhekk li bosta jargumentaw li dawn il- ġonna raw il-bidu tal-ilsien Malti miktub. Il-villa u l-art madwarha għamlu żmien twil isservu bħala speċi ta' università fejn poetiċi, kittieba u diplomatiċi kienu jmorru jqalbu l-verjetà kbira ta' kotba li kellu Hookham Frere u jiddiskutu dak kollu li jsibu. Fis-17 ta' Jannar tal-1846 John Hookham Frere imut fl-età ta' 76 sena wara li soffra tip ta' puplesija. Huwa ndifen maġenb martu u oħtu fil-Ġnien tal-Mistrieħ bħal ma kien magħruf dak iż-żmien, jew inkella ċ-Ċimiterju tas- Swar tal-Imsida. Il-Konti Rosario Messina jagħti l-Villa Frere lil bintu Ġużeppina bħala rigal taż-żwieġ Wara l-mewt ta' Hookham Frere, il-Villa tibqa' vojta għal 10 snin sħaħ sakemm bdiet tinkera lil xi nies għal perjodi qosra. Nimxu 'l quddiem għal 1876, il-Konti Rosario Messina jixtri l-kumplament taċ- ċens tal-villa, 55 sena. 10 snin wara bintu Ġużeppina tiżżewweġ lill-Kaptan Edward Price, fizzjal tal-qawwa navali Ingliża. B'ċelebrazzjoni ta' din ir-rabta, il-Konti jagħtihom il-Villa Frere. Il-Kaptan Price mill-ewwel isaħħar bil- ġonna ta' din il-Villa, li dak iż-żmien kienu pjuttost mitluqa u bidilhom f 'dawk li baqgħu magħrufa bħala ġonna botaniċi. Minn ġnien imħawwel fuq stil Ġappuniż għal ieħor mimli sukkulenti u kaktus, il- ġonna spiċċaw fuq fomm kulħadd. Kienu bosta persuni distinti li żaruhom fosthom ir-Reġina Marija tal-Ingilterra fl-1912, ir- Reġina Marie tar-Rumanija fl-1924 u l-armla tar-Re William IV, ir-Reġina Adelaine, fl- 1924. Meta għalaq iċ-ċens, 45 sena wara, il- familja Price telqu mill-Villa iżda mhux qabel mar-Royal Malta Horticultural Society sabet ruħha hemm ukoll għal diversi snin. L-awtoritajiet Ingliżi mal-ewwel bdew ifasslu pjanijiet biex jibnu sptar ġdid fin-naħa ta' fuq tal-ġonna. It-Tieni Gwerra Dinjija waslet biex partijiet mill-art issofru ħsara kbira u minflok irranġaw kollox l-ingliżi bnew l-iskola primarja tal-Pietà. Fl-1952, il-villa ġiet imwellija lil familja privata illi baqgħet tużaha bħala ħanut. Bejn il-bini tal-Isptar San Luqa u bejn il-bini tal-iskola primarja minflok il-ġnien Ġappuniż, id-daqs tal-ġnien baqa' jitnaqqar. 30 sena wara, inbniet il-helipad fi ħdan l-isptar f 'biċċa mill-ġonna tal-Villa Frere wkoll. Sintendi, jaqla' minn hemm u jaqla' minn hawn, il-ġonna tal-Villa Frere sfaw abbandunati u mitluqa għal bosta snin. Renovate Animos... Minn żona mitluqa, il-Villa Malta hi gżira żgħira, u ma tridx tkun bozza tal- għerf biex tinduna li l-ispazju hu wieħed pjuttost limitat. Allura bi sfida bħal din, tiflaħ Malta tkompli tħalli l-artijiet u binjiet abbandunati bħal donnhom monumenti ta' telqa, abandun u apatija?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2022