Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 Baġit2023 illum • IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 u l-prezz tal-proprjetà: tal-Maltin? l-permess xorta jingħata Fuq dan il-baġit ma qal xejn. Il-problema ambjentali wkoll hija dik marbuta mar-rata ta' kostruzzjoni li għaddejja fl-urban u allura t-trabijiet, l-istorbju, it- traffiku li dan ix-xogħol joħloq kif ukoll il-mard respiratorju li tikkawża arja mimlija trab. Dan flimkien mal-fatt li Malta hija fost l-aktar pajjiżi b'densità għolja fid- dinja u ż-żieda fil-popolazzjoni, qed iwasslu wkoll biex aktar nies iħossu sens ta' klawstrofobija u għeluq. Sondaġġ fuq din il-gazzetta nhar il-Ħadd li għadda wera' wkoll kif 64.5% tal-poplu huwa inkwetat ħafna bis- sitwazzjoni tal- bini fil-pajjiż. U finalment l-problemi ambjentali huma wkoll frott in- numru ta' karozzi fit-toroq tagħna, punt li jwassalna għas-sezzjoni li jmiss! Karozzi, traffiku u alternattivi xejn! Jekk il-but u l-ambjent qed jinwkieta lin-nies - mhux wisq inqas it-traffiku, li jvarja: F'xi ġranet tgħaddi riħ u f 'oħrajn tibda tiddispra mal-isteering u qisek ma int se tasal qatt. Dan il-baġit ftit li xejn jgħid u jitkellem dwar din il-problema. Ifakkar li l-Gvern għaddej bi proġetti kbar ta' toroq - bħal Marsa u s-Central Link li tlestew u oħrajn fl- Imrieħel u Ħal Luqa - iżda mbagħad jgħid biss li se tibda diskussjoni biex ċerti servizzi ma jingħatawx qabel id- 9:00 a.m. Filwaqt li din id-diskussjoni wieħed irid jara kif se tiżviluppa, il-problema tat-traffiku tista' tinqasam fi tnejn: L-ewwelnett in-numru ta' karozzi li hawn fil- pajjiż, speċjalment fil-kuntest taċ-ċokon tiegħu u t-tieni sfida hija trasport alternattiv. Il-Gvern (la dan u lanqas ebda wieħed ieħor) fl-ebda ħin qatt ma kellu politika serja u maħsuba li tiskoraġġixxi l-użu tal-karozza. Anzi l-politika hija li jitwessgħu t-toroq, sabiex ikun hemm aktar użu mhux inqas (inti tkabbar it-toroq ħalli joqgħodu aktar!). Imbagħad hemm it- trasport pubbliku. Dan għamel passi ta' ġgant 'il quddiem meta tqabblu mas-sistema l-antika (qabel l-Arriva) u anke meta tqabblu mas- servizz qabel ma bdew j o p e r a w h l-Autobuses De Leon. M i n k e j j a t - t i t j i b ( a n k e jekk il- p u n t w a l i t à ta' ċerti rotot għadha batuta) il-fatt jibqa' li fuq it-toroq ma hemm ebda inċentiv - lanqas wieħed - biex taqbad tal-linja u dan għaliex ma hemmx k a r r e ġ ġ j a t i li huma d d e d i k a t i għat-trasp or t p u b b l i k u , anke fejn hemm post biex dawn isiru. Anke f 'toroq li twessgħu, dan it-twessigħ sar kważi dejjem biex ikunu akkomodati l-karozzi. Dan ifisser li jekk hemm it-traffiku tal-linja se teħel fih, mhux se tibqa' għaddejja minn karreġġjata apposta. B'hekk l-użu tat-trasport pubbliku qatt ma jista' jilħaq il- potenzjal tiegħu kif inhu, għax traffiku bi traffiku ħafna se jippreferu jużaw il-karozza privata tagħhom. Jekk l-użu tat-trasport pubbliku ma jkunx prijoritizzat jew inkella ma jingħatax privileġġ fuq il-karozzi - permezz ta' karreġġjati kull fejn possibbli (fuq toroq eżistenti u karreġġjati ġodda) biex jaqbeż it-traffiku - il-poplu mhux se jmur għat-traaport pubbliku, b'xejn jew le! Minn naħa l-oħra l-Baġit b'mod assolut injora trasport alternattiv tal-massa u trasport alternattiv ieħor, kemm jekk trasport tal- massa bħal metro u anke trasport bil-baħar. Huwa għalhekk Baġit nieqes mill-viżjoni fuq din l-isfida. Il-proprjetà: L-għajnuna qed tingħata imma l-prezz... Tiela', tiela' u tiela' U finalment hemm il-proprjetà, problema li dejjem qed tikber hekk kif dejjem aktar nies qed isibuha diffiċli jekk mhux kompletament impossibbli li jsiru sidien ta' darhom, b'aktar nies kostretti jibqgħu jgħixu għand il- ġenituri. Dan il-Baġit - bħal dawk preċedenti - ikompli jagħti għajnuniet lil dawk li qed jixtru proprjetà permezz ta' skemi bħal First u Second Time Buyers li mhux biss kienu mfaħħra imma li wasslu wkoll biex is-suq tal- proprjetà jieħu imbuttatura tajba ħafna fl-aħħar snin. Permezz tagħha mijiet ta' koppji u individwi ffrankaw eluf ta' ewro minn fuq taxxa tal-boll. Din id-darba l-Gvern nieda wkoll skema oħra li hija dik li permezz tagħha l-Gvern se jħallas sa €10,000 lil persuna jew koppja li tkun First Time Buyer minn fuq is-self li tieħu fuq il-proprjetà. Ġiet estiża d-Deposit Payment Scheme għal proprjetajiet sa massimu ta' €225,000 li permezz tagħha il-Gvern isellef l-10% depożitu fuq il-proprjetà u żdied b'€100 il-Capping tal-benefiċċju tal-kirjiet privati. Dan huwa kollu tajjeb u għajnuna importanti li tagħmel differenza. Naturalment il-Gvern sa hemm jista' jagħmel - apparti l-irwol u d-dover tiegħu li jipprovdi housing soċjali lil vulnerabbli. Ma jistax jiddetta l-prezz ta' proprjetà. Imma fl-aħħar mill-aħħar huwa dan il- prezz li qed jagħmilha dejjem aktar diffiċli biex ħafna nies - speċjalment dawk li jaqilgħu inqas mill-paga medja u dawk li huma single - jixtru proprjetà. Il-valur tal-proprjetà tela' b'eluf u llum dar jew appartament tinbigħ anke sa €50,000 aktar milli kienet tinbigħ ħames snin ilu. Filwaqt li dan huwa tajjeb għal min huwa sid, huwa diffikultuż ħafna għal dawk li jaqilgħu €1,200 fix-xahar, per eżempju, illi jekk jixtru proprjetà waħedhom b'dik il-paga fl-età ta' 30 sena ma għandhomx ċans li jingħataw self mill-bank li bih jixtru proprjetà diċenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022