Illum previous editions

ILLUM 30 October 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 Baġit2023 illum • IL-ĦADD 30 TA' OTTUBRU 2022 naqsu bin-nofs u dawk fuq il-benefiċċju tajba qegħdin nagħmlu!' fi 22 sena sħaħ dawn lill-pensjonanti ma tawhomx ċenteżmu li hu ċenteżmu wieħed żieda. Il-COLA biss kienu jieħdu u kien hemm żmien li lanqas din ma kienu jieħdu kollha, għax kienu jingħataw żewġ terzi tal-COLA," fakkar Falzon. Kompla billi ammetta li huwa veru illi l-pensjonanti għandhom bżonnijiet differenti għalkemm fakkar ukoll li l-Gvern qed jgħin b'modi differenti billi - fost oħrajn - qed iżid dejjem aktar il- mediċini fil-formularju, filwaqt li jgħid illi llum "ma għadniex nisimgħu bil- pilloli out-of-stock' "Fl-2012 kellna eluf ta' anzjani li lanqas biss setgħu jsaħħnu darhom. Taf kemm naqsu dawn illum? B'65,000. Biżżejjed? Qatt mhu biżżejjed fis-soċjal, imma ejja napprezzaw dak li sar u kemm hemm modi differenti li bihom persuna tista' tingħata l-għajnuna." Għalhekk huwa temm jgħid li jekk hemmx bżonn bidla jew le fir-Retail Price Index għandu jkun suġġett ta' diskussjoni, bħal ma ġara fil-każ tal- paga minima. 'Qalbna mal-persuni b'diżabilità' Għal mument qasir jitkellem ukoll dwar il-Carers Grant li kien daħħal dan il-Gvern u li sa sentejn ilu - meta saret - kienet €300. Illum il-Gvern ħabbar li din issa se titla' minn €500 (kif tħabbar fil-baġit tas-sena l-oħra) għal €4,500. Huwa fakkar li din l-għajnuna se tkun qed tingħata lil dawk il-ġenituri ta' tfal b'diżabilità li ma jistgħux imorru jaħdmu propju biex jieħdu ħsieb lil uliedhom. Huwa fakkar li apparti l-persuna li tkun qed tiddedika ħajjitha għal wild tagħha l-Gvern lil wild b'diżabilità wkoll jagħtih il-paga minima sħiħa. Filwaqt li qal illi din il-miżura taffetwa mijiet ta' nies, qal ukoll illi din turi kemm il-Gvern għandu għal qalbu s-settur ta' diżabilità. COLA: 'Tista' twassal għal aktar inflazzjoni...' Imma fis-soċjetà li ngħixu fiha mhux fqar u sinjuri biss jeżistu. Hemm faxxa kbira u maġġoritarja ta' nies li qegħdin ximkien fin-nofs. Ċifri tal- Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru kif hemm ħafna nies, f 'diversi setturi li jaqbdu bejn wieħed u ieħor €1,200 jew €1,300/€1,400 kull xahar. Nies li ħafna drabi ma jibbenefikawx mill-ħafna benefiċċji soċjali tal-Gvern. Allura għal dawn ħaseb il-Baġit, jew dawn biex iħallsu t-taxxi biss tajbin? Il-Ministru Falzon wieġeb billi staqsa jekk dawn in-nies li qed insemmu humiex qed igawdu minn benefiċċji oħrajn. "Għandna servizz tas-saħħa - fost l-aqwa fid-dinja - b'xejn. Għandna iċ-Childcare b'xejn, għandna trasport għall-iskejjel b'xejn u issa anke trasport pubbliku b'xejn... Dawn kollha mezzi biex tgħin," saħaq mal-ILLUM. Huwa iżda fakkar ukoll illi f 'dan il- baġit il-Gvern daħħal mekkaniżmu ta' għajnuna lil dawk kollha li jaqbdu inqas minn €17,700 (Median Income) - liema għajnuna se tkun qed tingħata qabel il-Milied. "Dan qed nagħmluh biex intejbu l-kwalità tal-ħajja u nerġa' nfakkar li naqsu bin-nofs dawk li jiddependu fuq il-benefiċċji filwaqt li rajna tnaqqis ta' 81% f 'dawk li qegħdin fuq il-benefiċċju tal-qgħad. Xi ħaġa tajba qed nagħmlu." Jibża' imma li ż-żieda fil-COLA - anke jekk hija parti minn mekkaniżmu - tista' twassal għat-tieni mewġa inflazzjonarja? Kumpanija ta' 30 ħaddiem se tara spiża ta' €15,500 aktar b'din il-miżura. Ma jibżax li dawn l-ispejjeż addizzjonali jaf jispiċċaw għand il-konsumatur fi prezzijiet ogħla? Deħlin f 'ċirku vizzjuż? Huwa qal illi fl-ekonomija din tissejjaħ Spiral of Inflation. Meta tieħu miżuri biex jilqgħu għall-inflazzjoni li jwasslu biex proprju tiżdied l-inflazzjoni. "Profeta m'inix imma jista' jkun li jiġri hekk," qal Falzon li saħaq illi dak li wieħed jista' jkun ċert minnu llum huwa li l-idea ta' ċikli ekonomiċi ta' 10 snin ma għadhiex tgħodd. "F'Jannar li għadda ħadd ma kien qed jaħseb jew jimmaġina li se nkunu qed nitkellmu dwar kriżijiet ta' ikel u prezzijiet ħafna ogħla ta' gass. Issa jiena naf li kulħadd jara butu, imma aħna bħala Gvern ilqajna billi ssussidjajna l-enerġija u anke l-qmugħ u ċ-ċereali li minnhom jkollna l-ħobż, l-għaġin u anke l-ġwież tal-annimali u allura l-laħam," kompla jgħid. Il-gazzetta tistaqsi imma kemm il- Gvern qed jaħdem biex Mata ssir aktar self sufficient fl-ikel. Huwa jgħid li ħidma qed issir u jagħmel referenza għal-liġi tal- qbiela. Jgħid ukoll li hemm fejn kapaċi l-pajjiż iżid fil-produzzjoni ta' ikel, iżda jgħid ukoll illi hija diffiċli li bħala pajjiż inkunu totalment self sufficient. 'Is-soċjaliżmu jara li jkunu mgħejjuna dawk li l-aktar għandhom bżonn.. Hekk nemmen jiena' U finalment ngħalqu l-intervista bis-soċjaliżmu. Il-Ministru Caruana tkellem ħafna dwar is-soċjaliżmu, imma mbagħad tiaħ il-gazzetti u tara kif nies tal-qalba jingħataw il-kuntratti tal- eluf ta' ewro, l-istess erba' minn nies jgħaddu minn xogħol ta' eluf għal ieħor ta' eluf, negozjanti ta' ċerta saħħa enormi jingħataw l-arja u allegatament anke commissions. Dan x'soċjaliżmu hu? Falzon jibda billi jfakkar li l-ebda sistema ma hi perfetta, lanqas is- soċjaliżmu. Ifakkar iżda li dan huwa twemmin ta' struttura li "tara kif tinkludi lil kulħadd u tara li tgħin lil dawk li huma l-aktar fil- bżonn. U dak huwa li nemmen jiena mija fil-mija. Jiena kull tarġa li tlajt fil-politika iġġilidt għaliha u dan jagħmel differenza għal mod ta' kif persuna taħseb u tara l-politika," itemm din l-intervista l-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon. 'L-iskop ewlieni tal- Baġit hu li jispjega l-miri tal-infieq u d-dħul tal-Gvern għas-sena li ġejja. Sfortunatament f'Malta, dan id-diskors huwa mezz ta' propaganda fejn diskors li ma għandux jieħu aktar min-nofs siegħa, jiġi mkaxkar għal aktar minn sagħtejn!'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 October 2022