Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1482980
sostenibilità MALTA ĊERTEZZA U STABBILTÀ budget2023 ĊERTEZZA U STABBILTÀ GĦALL-INTRAPRIŻI, GĦALL-AMBJENT, GĦALIK L-impenn ta' dan il-Gvern għal Malta u Għawdex huwa li nkomplu mexjin lejn ekonomija dekarbonizzata. Permezz tal-implimentazzjoni tal-Low Carbon Development Strategy, qed nimmiraw lejn pajjiż li jżid il-persentaġġ tal-enerġija rinnovabbli għal-22% sal-2050. Irridu nkomplu mexjin f'din id-direzzjoni u nkunu aktar ambizzjużi. Il-Ministeru għall-Ambjent l-Enerġija u l-Intrapriża se jkompli jinċentiva l-investiment f'enerġija nadifa, fl-infrastruttura tal-ilma, it-tħaddir ta' spazji urbani, l-intrapriżi sostenibbli, l-immaniġjar aħjar ta' skart u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Kulħadd konxju mir-realta' ta' madwarna, mill-piżijiet li qed iġorru l-familji u n-negozji fl-Ewropa minħabba l-kontijiet eżorbitanti tal-enerġija li qed jiffaċċjaw: kontijiet għolja tad-dawl; kontijiet eċċessivi tal-gass; u prezzijiet tal-fjuwil għall-karozzi li qatt ma rajna bħalhom. Saħansitra, f'ċerti pajjiżi teżisti sitwazzjoni fejn in-nies iridu jagħżlu jekk jixtrux l-ikel jew isaħħnux darhom din ix-xitwa. Kienet sena ta' ħidma intensiva biex, kemm nifilħu u b'saħħitna kollha, bħala Gvern nipproteġu lill-familji u n-negozji tagħna minn din ir-realta' li qed iġġib ħafna pajjiżi għarkubbtejhom. Quddiem din il-kriżi internazzjonali, qed naraw li noffru sostenn lill-familji għax nafu kemm l-enerġija hija servizz essenzjali għal kulħadd. Il-Gvern investa aktar minn €400 miljun biex nassistu fil-prezzijiet tal-enerġija, fil-prezz tal-ġwież, fil-fjuwils. Dan l-investiment se jitla' għal €600 miljun oħra s-sena d-dieħla. Dan l-impenn qed issarraf ruħu direttamment fil-bwiet tan-nies. Din is-sena familja ta' tlieta se tiffranka minn tal-anqas mal-€1,700 filwaqt li familja ta' erbgħa tiffranka minn tal-anqas mal-€2,000. Permezz ta' diversi derogi li dan il-Gvern innegozja, evitajna sitwazzjoni fejn l-intrapriżi kien ikollhom jikkompetu bejniethom: mhux biex jipproduċu iktar, imma biex jikkonsmaw inqas enerġija. B'dawn id-derogi, evitajna li nimminaw il-kompetittivita' u jintilfu l-impjiegi. Se nkomplu nħeġġu lin-nies jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jagħmlu użu minn enerġija rinnovabbli. Lin-negozji, qed inkomplu ninċentivawhom biex jinvestu f'operat sostenibbli, f'makkinarju li huwa effiċjenti u f'sistemi ta' enerġija rinnovabbli. Inwieżnu lin-negozji u ngħinu lill-ħaddiema Mingħajr l-intervent tal-Gvern, iż-żieda fil-kontijiet tal-elettriku kienet tkun tali li għal kull €100 li wieħed iħallas, kieku jrid jibda joħroġ mal-€230. Għal negozju żgħir, li bħalissa jħallas €500 kull tliet xhur, jibda' jkollu jħallas mal-€1,200. Bil-kriżi internazzjonali, l-għajnuna kienet kruċjali biex il-kontijiet ma jogħlewx. Jekk fl-2008, in-nies ħallsu €100 miljun aktar biex jagħmlu tajjeb għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, illum il-Gvern qed jagħmel tajjeb għal €600 miljun – sitt darbiet aktar ta' dak li l-familji u n-negozji kellhom iġorru 14-il sena ilu; spiża ta' €70,000 fis-siegħa u kważi 10% tan-nefqa totali annwali tal-Gvern. Ewro minn kull 10. Dan kien ukoll possibbli għall-politika dejjem aġġornata fis-settur tal-enerġija. It-taħlita fis-sorsi tal-enerġija tatna l-flessibbiltà li nimminimizzaw ix-xiri mill- interconnector fiż-żmien opportun. Dan il-piż ħalla lill-Gvern f'pożizzjoni li jassorbi din l-ispiża kollha bħala pajjiż, anke jekk il-kont ta' dan huwa stmat li jlaħħaq l-elf miljun fuq sentejn. Ekonomija li tibqa' tikber Iffukati li nissalvagwardjaw dawk l-industriji li qed irendu tkabbir filwaqt li nikkultivaw kultura ta' innovazzjoni għal niċeċ u setturi ekonomiċi ġodda li jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli. Matul is-sena li għaddiet Malta Enterprise assistiet f'35 proġett ta' Start-ups, b'investiment totali ta' €22 miljun. Is-sena d-dieħla ser inhiedu one-stop-shop, taħt il-kappa ta' Start in Malta biex joffri servizzi ta' assistenza. Inħarsu lejn l-EU Start-ups Summit, konferenza internazzjonali għall-aqwa start-ups Ewropej. Permezz tal-Malta Enteprise: • Niżviluppaw Business Incubation Centre ġdid sabiex ikun touch down facility tal-aqwa kwalità għal Start-ups innovattivi • Cash grants ta' madwar €40 miljun għall-intrapriżi żgħar u medji • Malta Enterprise ser tkun qed tirdoppja l-assistenza finanzjarja f'forma ta' cash grants għal min jinvesti fi proġetti diġitali u sostenibbli • In-negozji Għawdxin kif ukoll start-ups ser jibqgħu jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja addizzjonali ta' 10% f'forma ta' kreditu ta' taxxa, liema għotja tista' tirdoppja għal 20% jekk il-kumpaniji jinvestu fi proġetti li jnaqqsu l-carbon footprint tal-operat