Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
11 intervista illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 kbir; Aaron Farrugia tilef il-kontroll mqar għandek 20% tal-ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking, kemm jonqsu karozzi fit- toroq," kompla jispjega. Immaniġjar aħjar tal-ħinijiet tal-iskejjel, tad-deliveries u l-ħwienet... Filwaqt li tenna li fis-sitwazzjoni preżenti, kull ħin sar rush-hour, insista li d-diskors tal-Baġit ma jsemmi xejn ħlief diskussjonijiet biex il-vannijiet tad-delivery jibdew joħorġu wara d-9pm. Iżda Delia qal li dan mhux biżżejjed. Irrefera għall-iskejjel u qal li huwa ċar li meta jibdew l-iskejjel, it-traffiku jiżdied u għalhekk qal li l-ħiniet tal-iskejjel jistgħu jkunu mmaniġġjati aħjar. L-ILLUM minnufih tisħaq miegħu li dan joħloq diffikultajiet anke għall-ġenituri li jaħdmu, iżda hu saħaq li għalhekk kollox irid isir bi pjan u bi ħsieb. "Apparti l-iskejjel u tad-deliveries, nistgħu nħarsu wkoll lejn il-ħinijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern u tal-ħwienet. Qed nitkellmu fuq mases ta' nies. Jekk nagħmlu kollox bi ħsieb nistgħu nsibu soluzzjonijiet. Barra minn Malta nafu bi bliet fejn il-ħwienet jiħu fl- 10am u jagħlqu fit-8pm. Nistgħu nagħmlu ħinijiet differenti bi pjan. Jista' jkun hemm inkonvenjent, imma jista' jkun hemm benefiċċji wkoll. Jekk isir bi pjan u kollox jaħdem katina, din tista' tkun soluzzjoni." 'Ninċentivaw liż-żgħażagħ biex ma jixtrux karozza ... qabel jagħlqu 18 jirranġaw bla karozza' Dwar it-trasport tal-pubbliku b'xejn Delia fakkar li hu kien ilu jitkellem dwarha iżda insista li din waħedha mhijiex biżżejjed biex aktar nies jużaw it-trasport pubbliku. "Trasport b'xejn huwa inċentiv imma mhux biżżejjed. Jekk ikun hemm aktar frekwenzi, anke b'karozzi iżgħar, jaf ikun hemm differenza." Iżda l-ILLUM terġa' twaqqfu u tisħaq miegħu li l-Maltin iħobbuha l-karozza privata u bidla fil-mentalità tieħu ż-żmien. Delia qal li sakemm it-tfal ma jibdewx isuqu ma jkunux dipendenti fuq karozza u jirranġaw ma' sħabhom fuq trasport u car-pooling u jużaw it- trasport pubbliku. "Ibqa' oħloq inċentivi għaż-żgħażagħ biex malli jagħlqu 18 mhux ikollhom ġenn biex jixtru karozza. Din tista' ssir u ż-żgħażagħ tagħna huma aktar konxji tal-ambjent. Tajjeb tagħti inċentivi biex żgħażagħ jixtru karozzi li ma jniġġsux imma aktar aħjar li tagħti inċentivi biex ma jixtrux karozza. Illum iż- żgħażagħ mhux dejjem jifilħu jixtru post. Jikru post b'€700 fix-xahar u ma' dawn ikollhom €200 loan tal-karozza apparti spejjeż oħra. Jekk ma jkollhomx bżonn jixtru karozza, se jkollhom aktar flus fil-but," kompla jisħaq il- Kelliem tal-PN. Apparti dan kollu, Delia saħaq li t-teknoloġija tipprovdi opportunitajiet, inkluż żvilupp ta' Apps speċjalizzati għall-immaniġġjar tat- traffiku li jgħinu lis-sewwieqa jagħżlu l-aħjar rotta. Fi kliem id-Deputat Nazzjonalista, kull ma hemm bżonn huwa it rieda politika. 'Jekk se nibqgħu nżidu l-popolazzjoni se jiżdiedu l-karozzi' Iżda Delia fil-Parlament ilmenta għax qed jiżdiedu 65 karozza fit-triq kuljum. Dan li ppropona biżżejjed biex jonqsu? Kieku hu l-Ministru, kif se jnaqqas il-karozzi? "Li hu żgur huwa li ma jistax jiġi l-Ministru u jgħid li jrid aktar karozzi fit-toroq. Jekk se nżidu l-popolazzjoni, se jiżdiedu l-karozzi," qal Delia. "Jiena ilni ngħid li l-mudell ekonomiku li nibbażaw it-tkabbir tal- ekonomija fuq l-importazzjoni tal-ħaddiema, mhuwiex tajjeb għal Malta. L-ewwel il-Gvern irribatini. Il-Ministru tal-Finanzi, li dak iż- żmien kien imexxi l-jobsplus u kien jixpruna din iż-żieda fil-barranin, issa qed jirrikonoxxi li għandna problema." 'Naqblu fuq grupp ta' esperti u jiddeċiedu huma fuq it-trasport tal- massa' Lilhinn minn dan kollu, Adrian Delia insista li ċ-ċavetta ta' kollox jibqa' t-trasport tal-massa li l-Baġit ma semma xejn dwaru. Iżda l-ILLUM tfakkar lil Delia li fil-programm elettorali, il-PN wiegħed trackless tram li issa lanqas biss qed isemmiha. Għaliex? La kienu jemmnu li hija aktar vijabbli, għaliex mhux jinsistu dwarha? Delia beda jwieġeb li wara l-pompa li biha kien ħabbar l-istudji, kien jistenna li l-Baġit isemmi dan il-proġett, aktar u aktar meta l-problema tat-traffiku żdiedet u mhux naqqset. Insista li kienet għażla tiegħu li ma jsemmix it-trackless tram. Fi kliemu, il-prijorità tiegħu bħalissa hija li l-Gvern jerġa' jtella' fuq l-aġenda tiegħu l-proġett tat-trasport tal-massa. Qal li meta dan iseħħ, imbagħad jidħol fit-teknika u jitkellem fuq liema proġett ikun aktar vijabbli. Magħfus jgħid jekk għadux jaħseb li t-trackless tram hija aħjar, Delia qal li jemmen li hija aħjar mill-metro kif proposta mill-Gvern, iżda qal li xorta waħda lest jisma' u jiddiskuti biex il-pajjiż jinvesti fl-aħjar sistema possibbli, anke għax it-teknoloġija dejjem tiżviluppa. "Hemm bżonn b'urġenza npoġġu dan il-proġett fuq l-aġenda nazzjonali. Jiena nipproponi li l-Gvern u l-Oppożizzjoni jaqblu fuq grupp ta' esperti li jistudjaw sistema serja ta' trasport tal-massa u jkunu huma li jiddeċiedu." 'Flok isolvi l-problemi, il-Gvern qed joħloqhom' Qal li l-Gvern mhux talli mhux jipprova jsolvi l-problemi talli qed ikompli jżidhom u hawn akkuża lill-Gvern li għadu ffukat biex iġib lejn Malta turiżmu tal-massa minflok turist ta' kwalità. "Il-Gvern irid jagħti d-direzzjoni anke lill-iżviluppaturi. Xi rridu? Elf turist li jġib ewro kuljum jew 500 turist li jġibu €10 kuljum. Hawn il-Gvern għamel għażla." L-istess fejn jidħlu l-parkeġġi. Delia qal li għandu jkun hemm direzzjoni u ppjanar biex meta jsir żvilupp ġdid, anke jekk spazju miftuħ mill-Gvern f 'ċentru ta' lokal, taħtu jkun hemm parkeġġ. "Parti mill-problema huwa l-parkeġġ. Tmur tas-Sliema, tagħmel 20 minuta ddur u tgħaqqad bil-karozza. Dik karozza oħra ddur u tgħaqqad fit-triq." 'Il-mina ma naqbilx magħha imma d-deċiżjoni għandha tkun tal-Għawdxin' Jekk Delia jrid il-metro fuq l-aġenda, fid-diskors tiegħu qal li l-mina bejn Malta u Għawdex ma jridhiex. Għaliex ma kienx aktar ċar meta kien Kap tal-PN? Il-PN ma għadux jemmen f 'referendum fost l-Għawdxin? Wieġeb li l-PN qatt ma qal iva imma dejjem insista li jsiru l-istudji, jiġu ppubblikati, issir konsultazzjoni pubblika u fl-aħħar jivvotaw l-Għawdxin. Qal li l-pożizzjoni tiegħu hija li mina bejn il-gżejjer, se teqred lil Għawdex imma qal li fl-aħħar mill-aħħar jibqa' jemmen li huma l-Għawdxin li għandhom jiddeċiedu għax lilhom tolqot direttament. Għalhekk saħaq li l-pożizzjoni tiegħu u tal-PN hija l-istess. Madanakollu saħaq li dan ir-referendum għandu jsir wara li jkun hemm servizz b'saħħtu, b'erba' vapuri li jaħdmu tajjeb u ma jniġġsux, vapur ieħor għall-merkanzija u servizz ta' fast-ferry sura ta' nies. "Tgħidlix nivvota meta ħloqtli problema. L-ewwel nirranġaw dan kollu, nassiguraw li s-servizz qed jaħdem u mbagħad niddeċiedu dwar il-mina," temm jgħid Delia. Ritratt ta' James Bianchi