Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
20 kummerċjali IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Spazju kbir miuħ ħdejn numru ta' appartamenti ta' akkomodazzjoni soċjali fi Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, ġie mibdul f 'żona ta' rikreazzjoni. Il- proġett, iffinanzjat permezz tal-Fond għall-Ippjanar tal-Iżvilupp fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, ġie inawgurat mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Dr Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli s-Sur Roderick Galdes fil- preżenza taċ-Chairperson tal-Awtorità tal-Ippjanar is-Sur Martin Saliba, u s-Sindku ta' Santa Venera s-Sur Stephen Sultana. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu l-instal- lazzjoni ta' għamara ta' barra, tagħmir tal-logħob modern u sigur, sistema tas-sigurtà CCTV, sistema ġdida ta' dawl, tagħmir ta' gym ta' barra u tħaw- wil ta' siġar. Kemm iż-żona kif ukoll it- tagħmir li ġie installat huwa aċċessibbli għal kulħadd inkluż persuni b'diżabilità. Is-Sur Martin Saliba, Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, qal li "dan il-proġett, qed isebbaħ iż-żo- na residenzjali magħrufa tar-Palazz l-Aħmar fil-periferija tal-lokalità ta' Santa Venera u ċertament għandu jtejj- eb il-kwalità tal-ħajja u l-ambjent ta' din il-komunità residenzjali. In-nies mhux biss qed ifittxu aktar spazji miftuħa fil- lokalità tagħhom, iżda l-ispazji miftuħa jrid ikollhom l-infrastruttura li tgħin biex intejbu l-amenità residenzjali." Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, spjega kif il-lokalità ta' Santa Venera bbene- fikat minn madwar €300,000 mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex twettaq diversi xogħli- jiet fi spazju rikreattiv li issa jista' jitgawda mit-tfal. Il-Ministru stqarr kif, permezz tal-Awtorità tal-Ippjanar, Kunsilli Lokali qed jibbenefikaw mill-Fond tal-Ippjanar tal-Iżvilupp sabiex isiru proġetti f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, is-Sur Roderick Galdes, qal li "b'investiment ta' mad- war €75,000 mill-Awtorità tad-Djar qed nagħtu lura, lill-komunità ta' Santa Ven- era, post ta' rikreazzjoni għall-famil- ji u wliedhom, post fejn it-tfal jistgħu jkunu 'l bogħod mit-teknoloġija li nafu ħafna drabi x'effett negattiv ikollha." Is-Sur Galdes żied jgħid li "dan l-im- penn biex titjieb il-kwalità ta' żoni bħal dawn ikompli jikkonferma li l-akkomo- dazzjoni soċjali qed iġġib valur miżjud lil-lokalitajiet li qed jilqgħuha." Matul l-aħħar tnax-il xahar, l-Aw- torità permezz tal-Fond għall-Ippja- nar tal-Iżvilupp tat €4.6 miljun għal 32 proġett ta' titjib urban fil-komunità u f 'diversi lokalitajiet. Proġetti bħal dawn jinkludu l-aġġornament ta' Ġnien Sav- er Zarb, f 'San Ġiljan, uffiċċji ammin- istrattivi ġodda tal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, ir-restawr ta' diversi niċeċ ta' toroq storiċi madwar Tas-Sliema, u r-rikostruzzjoni tal-Mitħna tal-Għaqba fin-Naxxar. Spazju miftuħ mhux użat f'Santa Venera jinbidel f'żona rikreattiva b'fondi tal-PA