Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
12 illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 kultura Dawra fl-akbar belt ta' Malta; L-ILLUM dwar l-kurżitajiet, F'sensiela ta' artikli, f'dan ix-xahar li fih niftakru f'dawk li ħallewna, il-gazzetta ILLUM iżżur iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tesplora l-kurżitajiet, il-misterji u l-istorja tiegħu flimkien ma' Eman Bonnici li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-akbar belt f'Malta YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tkompli ddur aktar monumenti, oqbra u partijiet interessanti taċ-Ċimiterju tal- Addolorata biex tapprezza mhux biss l-arti li jinkludi imma anke tesplora l-istejjer, il-kurżitajiet u xi drabi l-misteri fih. Inkomplu nduru l-Addolorata ma' Eman Bonnici, responsabbli mill- amministrazzjoni u awtur ta' ktieb dwar l-Addolorata li minnu se nisiltu wkoll xi informazzjoni. Din il-ġimgħa nduru aktar monumenti interessanti, inkluż l-aktar wieħed popolari u anke nitkellmu dwar is-serq u l-parti li kienet magħrufa bħala 'l-Miżbla.' Il-ġimgħa d-dieħla nitkellmu fuq aktar oqbra partikolari, kappellel u l-istatwi li wieħed isib fl- Addolorata. 'Miet fuq Ommu' – L-aktar monument famuż fl-Addolorata Il-gazzetta ILLUM kompliet iddur l-Addolorata ma' Eman Bonnici u ż-żjara li jmiss kienet lill-aktar monument popolari li wieħed isib u li dwaru hemm ħafna leġġendi għalkemm l-ebda waħda minnhom ma hi veritiera. Tant kemm huwa popolari, li anke din iż-żona fiċ-Ċimiterju hija magħrufa bħala ta' 'miet fuq ommu.' Fil-fatt, Bonnici spjega li wħud mill-aktar oqbra prinċipali jew prominenti taw l-isem liż-żona li fihom jinstabu u hekk dawk li jaħdmu fiċ-ċimiterju jiehmu aktar bejniethom, anke għax dari ma kinux ikunu jafu jiktbu u jaqraw. Fost il-laqmijiet li wieħed isib għal dawn iż-żoni hemm dawn: 'Id-Duluri l-ħoxna," "Sette Giugno ġewwa," "Id-dawra tal-karrijiet," "Ta' bla preċett," "Taż-żejżiet kbar," "ħdejn l-anġlu" u oħrajn. Lura għal dan il-monument. Anke jekk huwa magħruf bħala "miet fuq ommu" dan il-monument huwa ta' Attilio Micali li kien surmast Taljan fil-Liċeo. Bonnici spjega li għax jolqot l-għajn u jesprimi romantiċiżmu qawwi, maż-żmien dan ħoloq diversi stejjer u diċeriji. L-aktar waħda popolari hija dik ta' suldat Taljan li ġie jara lil ommu Malta u din bil-ferħa u l-ħasda li ħasset bis- sorpriża mietet fil-pultruna tagħha u hu bid-dispjaċir, waqa' u miet fuqha. Minn hemm ġej il-laqam "miet fuq ommu." Madanakollu, Bonnici spjega li xejn minn dan mhu minnu. L-akbar ironija hija li anke jekk Micali għamel dan il-monument għal ommu Giovanna, din mhijiex midfuna f 'dan il-qabar imma f 'qabar ieħor ta' ħuha Vincenzo. Fuq il-qabar fejn hi midfuna, lanqas biss hemm skrizzjoni li tfakkarha. Din Giovanna mietet ta' 78 sena fit-8 ta' Frar 1903, fis-sitta ta' filgħodu, fir-residenza tagħha fil- Furjana. Dan il-monument mill-isbaħ huwa ddisinjat minn Gregorio Zappalà minn Sirakuża. Inħadem sena wara li mietet Giovanna fil- Funderija Nelli ta' Ruma. Bonnici spjega li dan ma tpoġġix minnufih fuq dan il-qabar u Attilio Micali żammu d-dar tiegħu. Kieku dan il- Monument tpoġġa f 'postu, Micali kien ikun issiġġilla l-qabar darba għal dejjem u hu ma kienx jindifen fih. Dan il-monument iserraħ fuq pedistall tal-irħam bronzino, imsejjaħ "perla del brasile" u dan huwa mpoġġi fuq bażi tal-irħam maħdum minn Francesco Buhagiar tal-Ħamrun. A p p a r t i minn hekk, dan il- m o n u m e n t imponenti huwa mdawwar bi grada tal-ħadid fina stil liberty u nħadem mill- aħwa La Spada ta' Sqallija u jinkludi sensiela ta' lellux u peprin, simboli tan-ngħas. Għall-istess raġuni msemmija hawn fuq, dawn l-affarijiet kollha, baqgħu jew fl-imħażen ta' min ħadiemhom, jew fid-dar ta' Micali, sakemm miet hu. Minkejja dan kollu, Bonnici spjega kif għal xi raġuni, f 'dan il- qabar, indifen biss Attilio li miet fis-16 ta' Awwissu tal-1915. Micali baqa' ġuvni. Malli ndifen, tpoġġa dan il-monument elaborat li ssiġġilla darba għal dejjem dan il- qabar. Bonnici spjega kif dan l-istess Micali kien waqqaf il-Premio M i c a l i f i l-L iċe o għal dawk li jiġu l-ewwel fit- Taljan. Bis-saħħa tal-Fondazzjoni li waqqaf hu, min jiġi l-ewwel fit- Taljan jingħata xi ħaġa tal-flus jew kotba. Anke jekk Micali ma kellux qraba u lanqas dixxendenti, sal-lum diversi persuni li jżuru ċ-ċimiterju mhux l-ewwel darba li jħallu xi bukkett uri jew xemgħa quddiem dan il-monument għax jiġbed l-għajn u jqanqal l-emozzjonijiet. L-attakki tal-gwerra ħallew ukoll il-marka tagħhom fuq dan il- monument. Diversi toqob li fiha din l-istatwa, ġew ikkawżati b'propju minn dawn l-isplużjonijiet. Il-Kappella tal-Addolorata. Ritratt tal-Arċidjoċesi Eman Bonnici 'Miet fuq Ommu' - Ritratt ta' James Bianchi