Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
13 kultura illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 l-kurżitajiet, il-misteri u l-istorja tal-Addolorata (2) Il-Monument ta' Paleri ... żewġha ħaseb għal kollox ħlief għal isimha Komplejna l-mixja u sibna ruħna quddiem monument ieħor. Bħall-monument ta' Micali u dak ta' Alberici li rajna l-ġimgħa li għaddiet, dan il-monument ma jinkludix xi xbieha reliġjuża jew inkella xi kurċifiss bħall-maġġoranza tal-oqbra, iżda xbieha fina mmens tal-persuna midfuna. Interessanti li minkejja sbuħija tiegħu, dan il-monument ma jġorr l-ebda skrizzjoni dwar il-persuna midfuna u kieku mhux għar-rekords taċ-Ċimiterju, ħadd ma kien ikun jaf min hu midfun fih. Malli tarah dan il-monument jolqtok. Mara tidher kważi kważi mħassba, isserraħ fuq kolonna u mħadda fuqha u f 'idha l-oħra żżomm ktieb. Li jolqtok l-aktar huwa l-finezza u d-dettalji tal-libsa ta' din il-mara. Il-libsa tinkludi mhux biss il-piegi tal-libsa, imma anke d-disinn tagħha, donnu bizzilla, minqux fil-ġebla. Bonnici spjega kif dan il-monument ifakkar lil ċertu Maria Paleri u ordnah żewġha Arrigo. Din il-mara mietet fl-età ta' 33 sena fl-20 ta' Diċembru tal-1889, f 'residenza fil-Belt. Hija ndifnet l-għada fil-ħamsa ta' filgħaxija u minn dakinhar ma nfetaħx aktar. Isfel, fuq il-pedistall hemm post fejn setgħet titwaħħal lapida, iżda din għal xi raġuni li sal- lum għadha misteru, qatt ma tpoġġiet u l-qabar jibqa' wieħed mhux immarkat. "Misteru kif ir-raġel ħasbilha għal kollox ħlief għal isimha. Anke żewġha x'sar minnu? Mar lura l-Italja? Miet waħdu u spiċċa midfun fil-komun? Dawn jibqgħu misteru," kompla Bonnici. "Dak iż-żmien kien hawn ħafna negozjanti. Jista' jkun li kien negozjant, ġie ma' martu Malta u sadanittant mietet hawn." Dan il-monument inħadem mil-iskultur Palermitan u tqiegħed fil-post fl-1892. Eman Bonnici insista li anke jekk f 'Malta dawn il- monumenti huma rari, fiċ-ċimiterji antiki fl-Italja, dan l-istil huwa komuni mmens. "Jekk tinnota, huma l-monumenti tat-Taljani li huma hekk. It-tliet eżempji li rajna huma t-tlieta Taljani. Il-Maltin jippreferu xi xbieha reliġjuża," kompla jispjega. Is-serq l-akbar pjaga tal-Addolorata Tul il-mixja madwar iċ-Ċimiterju, Eman Bonnici saħaq mal-ILLUM li l-akbar pjaga tal-Addolorata jibqa' s-serq u l-vendikazzjonijiet. L-aktar ħaġa komuni li tinsteraq huma l-uri, b'Bonnici jisħaq li ma jistax jiem għaliex ikun hemm min jaqbad bukkett uri minn fuq qabar biex imbagħad ipoġġih fuq ieħor. Ix-xemgħat u anke l-fanali huma wkoll fost l-aktar affarijiet komuni li jinsterqu. Iżda jekk il-uri, ix-xemgħat u l-fanali ma jiswewx ħafna flus, mhux l-ewwel darba li miċ-ċimiterju nsterqu affarijiet ta' preġju, inkluż xogħlijiet tal-arti. Bonnici saħaq li anke jekk illum iċ-ċimiterju huwa mgħammar bil-kameras tas-sigurtà, wieħed ma jistax jinsa li dan huwa post fuq barra, kbir u mimli siġar, ħitan u kappelli, li jagħmluha diffiċli biex il-kameras jaqbdu kullimkien. Tul is-snin, fil-fatt, insterqu wkoll anke monumenti u bosta kienu l-każi li spiċċaw quddiem il-Qorti. Fost dawn, fl-1974 kienet insterqet statwa ta' Kristu tal-bronż, xogħol famuż tal-iskultur Josef Kalleja li kienet saret fl-1938. Din kienet fuq qabar privat ta' familja. Il-valur artistiku tiegħu kien ikkumparat mal-monument ta' Kristu Re ta' Antonio Sciortino fil- Furjana. Apparti minn hekk, kien insteraq ukoll bassoriljev tal-bronż ta' San Lawrenz Levita u Martri minn fuq il-qabar tal-Kanonku Elija Spiteri tal-Birgu u l-ieħor tal-istess materjal ikkummissjonat mis- SANDS, xogħol l-iskultur Rabti Anton Agius fl-2010. Iżda s-serq mhuwiex l-uniku pjaga. Xi drabi anke każi ta' vandaliżmu seħħ, bħal tkissir, tfigħ ta' żebgħa u traxxix ta' sprej fuq l-oqbra. 'Il-Miżbla' ... imma għaliex tissejjaħ hekk? Żgur li fost l-aktar partijiet magħrufa taċ-Ċimiterju hemm dik magħrufa bħala l-Miżbla anke jekk dan qatt ma kien l-isem uffiċjali ta' din iż-żona u qatt ma ssejħet hekk mill-amministrazzjoni taċ-ċimiterju. Din iż-żona, kienet magħrufa sempliċiment bħala l-parti profana għax kienet l-uniku parti tal- Addolorata li ma kinitx imbierka. Madanakollu, wara l-proklama tar-Repubblika, il-Prim Ministru Duminku Mintoff kien inkluda d-dritt ta' kull ċittadin li jindifen fiċ-ċimiterju u għalhekk twaqqfet għal kollox kull forma ta' diskriminazzjoni. Maż-żmien, din iż-żona bdiet tissejjaħ il-Miżbla minħabba sit li kien hemm darba fil-qrib viċin il- ħajt taċ-ċimitejru. Il-kwistjoni politiko-reliġjuża tas- snin sittin tat fama kerha lil din iż-żona minħabba l-interdett impost lil-Laburisti mill-Knisja. Għalhekk, dak li kien sempliċiment laqam, issa beda jintuża b'mod dispreġġattiv. Imma forsi ħafna jaħsbu li kull Laburist kien jindifen f 'din iż-żona li kienet profana. Dan mhuwiex minnu. Fil-ktieb tiegħu, Eman Bonnici jispjega kif tul dan il-perjodu kienu seba' biss li ndifnu f 'din iż- żona minħabba t-twemmin politiku tagħhom. Oriġinarjament, jiġifieri ħafna qabel l-interdett, din iż-żona kienet oriġinarjament maqtugħa miċ- ċimiterju b'ħajt li kien twaqqa'. Anke d-dfin kien isir kmieni filgħodu qabel is-sebħ jew filgħaxija wara nżul ix-xemx. L-ebda salib, skrizzjoni, lapida jew monument ma kien permessibbli. Flok saċerdot, il- mejjet kien ikun akkumpanjat minn Pulizija u l-karru bil-mejjet ma kienx jidħol mill-grada prinċipali. Kellu jkun każ partikolari li waqqaf dan il- preġudizzju. Darba, l-awtoritajiet ekkleżjastiċi riedu jidfnu raġel fil-parti profana iżda dan kellu qabar privat wara l-Kappella u l-familja tiegħu baqgħu jinsistu li la għandu qabar tiegħu, jindifen fih. Niesu ħallew il-katavru tiegħu barra l-kanċell taċ-ċimiterju għal diversi sigħat sakemm tkellmu mal-Avukat tagħhom, Anton Buttigieg li fil-Qorti rebaħ l-argument li ġaladarba l-mejjet kien sid ta' proprjetà, kellu jindifen fiha. Wara l-elezzjoni tal-1971, Mintoff ordna li jitwaqqa' l-ħajt li kien jifred din il-parti taċ-ċimiterju mill-bqija. Bonnici jispjega li it jafu li kien l-Isqof Emmanuel Gerada, li kien Koadjatur tal-Arċidjoċesi, kien mar hu stess biex jagħti l-permess li jitwaqqa' dan il-ħajt. Fl-aħħar snin, l-Arċisqof Charles Scicluna, waqt quddiesa fl-Għid tal-Imwiet, kien ħareġ u bierek ukoll dawn l-oqbra. Il-Monument ta' Paleri - Ritratt ta' James Bianchi Dettall mil-libsa skulturata- Ritratt ta' James Bianchi Ritratt: L-Arċisqof Charles Scicluna jbierek l-oqbra fl-eks parti profana tal-Addolorata