Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
06 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum 'Diamonds are forever'... Basta ma jkunux ġejjin mir-Russja, jisħaq il-Parlament Ewropew ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Jgħidu li d-djamanti huma għal dejjem u d-diska tant popolari ta' Shirley Bassey tgħid li d-djamanti huma l-akbar ħbieb tan-nisa. Imma huma wkoll negozju li jiswa' biljuni kbar u li l-Ewropa timporta minn diversi pajjiżi, fosthom mir-Russja. Il-Parlament Ewropew f 'riżoluzzjoni adottata din il- ġimgħa qed jipproponi li jkunu pprojbiti l-importazzjoni, il-bejgħ u t-trasferiment tad-djamanti - kemm jekk ipproċessati u kemm jekk le, li ġejjin mir-Russja. Imma kont taf li r-Russja hija esportatur kbir tad-djamanti? Hekk hu u tafu liema huwa l-aktar pajjiż li jimporta djamanti mir-Russja? Il- Belġju, li fl-2021 importa xejn inqas minn 28.2 miljun karat fi djamanti. L-Emirati Għarab Magħquda kien it-tieni l-aktar pajjiż li importa djamanti mir-Russja bi kważi 13.3 miljun karat. Il-mistqosija hija jekk finalment il-Gvernijiet Ewropej jaslux biex jieħdu dan il-pass, ironikament u probabbilment fil-belt kapitali tal- pajjiż li jimporta l-aktar djamanti Russi! Ir-Russja tipproduċi 30% tal- fornitura tad-djamanti dinjin u kumpanija partikolari - Alrosa hija responsabbli għall-ħafna mill- minjieri li minnhom li jiġu estratti dawn id-djamanti. Interessanti li parti minn din il-kumpanija hija tal-Gvern Russu u hija mmexxija minn persuna li ġej minn familja qrib ta' Vladimir Putin. Il-Parlament qed jitlob lill-Kunsill ukoll sabiex jespandi il-lista ta' dawk ir-Russi li kontrihom hemm sanzjonijiet, fosthom dawk involuti f 'deportazzjonijiet, dawk involuti f 'referendums "illegali" kif ukoll elezzjonijiet "illegali" fil-Krimea u Sevastapol. Apparti minn hekk qed isejħu għal embargo immedjat u sħiħ fuq l-Uranju u l-uwils, kif ukoll sabiex il-pipelines Nord Stream 1 u 2 jkunu kompletament abbandunati. Tajjeb infakkru illi Nord Stream 1 u 2 huma pipelines tal-gass bejn ir-Russja u l-Ġermanja, li kienu fl-aħbarijiet wara leak li kien hemm min interpreta bħala parti mill-attakk Russu biex iwaqqaf il-fornitura tal-gass lejn l-Ewropa - xi ħaġa li tista' twassal għal nuqqas kritiku ta' gass hekk kif issa t-temperaturi ewropej bdew neżlin. 'Iżolawha lir-Russja..' - Jappella l-Parlament Ewropew Imma l-Parlament Ewropew qed jagħmel diversi proposti oħra. Mhux l-inqas, qed jordna illi l-forzi Russi jwaqqfu kull azzjoni militari, partikolarment f 'żoni residenzjali u fuq infrastruttura ċivili kif ukoll li l-forzi Russi jitilqu mit- territorju Ukren li huwa rikonoxxut internazzjonalment. Qed jipproponu li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jieħdu azzjoni sabiex jiżolaw lir- Russja internazzjonalment u dan billi titneħħa s-sħubija Russa f 'organizazzjonijiet internazzjonali u mill-Kunsill tas-Sigurtà tan- Nazzjonaijiet Uniti, fost oħrajn. Qed ikun propost lill-pajjiżi Ewropej biex ma jorganizzaw ebda avvenimenti formali fir-Russja, filwaqt li sejħu sabiex jitnaqqsu r-relazzjonijiet diplomatiċi u li l-kuntatt ma' rappreżentanti uffiċjali jinżammu fil-minimu assolut. Il-Parlament sejjaħ ukoll sabiex l-Istati Membri Ewropej jgħalqu u jipprojbixxu istituzzjonijiet Russi, ċentri kulturali Russi u missjonijiet li jaħdmu taħt it-tmexxija Russa. Takkuża lir-Russja illi hija Stat li japoġġja t-terroriżmu Ir-riżoluzzjoni hija partikolari għax qed takkuża lir-Russja illi huwa stat li jgħin lit-terroriżmu. Fil-fatt ir-riżoluzzjoni qed tisħaq illi l-UE għandha tiżviluppa qafas legali li permezz tiegħu jkun determinat liema huma dawk l-istati li jappoġġjaw lit-terroristi u li jużaw mezzi terroristi u li tinħoloq lista ta' dawn, illi fiha jkun hemm ukoll ir-Russja. Imma kif wasal għal din il- konklużjoni l-Parlament? Il-Parlament Ewropew jagħmel elenku twil ta' għaliex u kif wasal għal din il-konklużjoni. Mhux l-inqas l-attakki "indiskriminati fuq żoni residenzjali u infrastruttura ċivili li qatlu eluf u li laqtu skejjel, sptarijiet, teatri u anke stazzjonijiet tal-ferrovija." Fil-fatt din ir-riżoluzzjoni telenka wkoll in-numri li jpinġu stampa pjuttost kerha tal-gwerra. Xejn inqas minn 457 reat kontra ġurnalisti u l-midja fl-Ukrajna, fosthom 40 ġurnalist, kemm Ukren kif ukol barrani. Fakkru li b'kollox intefgħu 4,000 missila kontra l-Ukrajna u r-Russi tefgħu xejn inqas minn 24,000 bomba fuq l-Ukrajna. Inqerdu it biss inqas minn 61,000 binja ċivili - li jinkludu 42,818-il bini residenzjali, 1,960 istituzzjoni edukattiva, 396 istituzzjoni medika, 392 bini kulturali u 87 binja reliġjuża. Il-Parlament Ewropew fakkar fl- attakk li sar fuq teatru f 'Mariupol u attakk fuq stazzjon tal-ferrovija li ħalla 60 persuna mejta. "Ħafna nies kienu maqtula fl- Ukrajna, inkluż mijiet ta' tfal, u oħrajn li kienu ttorturati, attakkati sesswalment, maħtufin jew inkella li sparixxew," innota l-Parlament. Il-Parlament ipponta s-swaba' tiegħu direttament lejn ir-Russja għall-kriżi internazzjonali fil- fornitura tal-ikel, li qerdet stokks tal-ikel, li ħolqot interruzzjoni fil- produzzjoni u li r-Russja imponiet kwoti fuq ikel u fertilizzant tagħha stess, li jiġi esportat lejn l-Ewropa. "Ir-Russja hija riskju għas-sigurtà tal-Ewropa kollha u tal-ordni internazzjonali," qal il-Parlament li fakkar illi l-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, il-Polonja u ċ-Ċekea diġà adottaw riżoluzzjonijiet fil- Parlamenti rispettivi tagħhom li permezz t a g ħ h o m iddikjaraw lir-Russja bħala stat terrorista jew inkella stat li jappoġġja lit-terroriżmu. Il-Parlament iħeġġeġ lir-Russi biex iqumu kontra Putin Finalment il-Parlament Ewropew appella lill-poplu Russu sabiex iqum u jirriuta li jiddaħħal f 'din il-gwerra. Saħaq illi apparti dan iżda hemm bżonn li jipprotestaw "kontra r-reati ta' gwerra atroċi li qed twettaq ir-Russja." Il-Parlament Ewropew esprima l-appoġġ totali tiegħu lejn dawk ir- Russi ta' kuraġġ li qed juru l-għadab tagħhom kontra l-Gvern u appellat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-għajnuna lis-soċjetà ċivili u lill-midja libera u sabiex tkompli toffri kenn lil dawk ir-Russi li qed jaħarbu mill- pajjiż minħabba theddid jew persekuzzjoni kontrihom. Il-Parlament Ewropew jappella sabiex tkun ipprojbita l-importazzjoni tad-djamanti mir-Russja, pajjiż li fil-fatt huwa fost l-akbar esportaturi ta' dak li jiswa' ħafna flus u jingħad illi jibqa' għal dejjem...