Illum previous editions

ILLUM 27 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 23

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Hekk kif il-pajjiż għadu taħt xokk minn attakk ta' vjolenza domestika fl-apert li ħalla mara u omm ta' tnejn mejta, qed toħroġ dejjem aktar ċara illi minkejja l-messaġġi kontinwi kontra l-vjolenza domestika, il-proċess ġudizzjarju għad fadallu ħafna x'jaqdef biex ikun verament riflessjoni tas- sens ta' urġenza li teħtieġ din il- kwistjoni. Dean Hili, Avukat li jitratta każi li jidhru quddiem il-Qorti tal- Familja sostna f 'kummenti mal- gazzetta ILLUM illi minkejja titjib konsidrevoli u minkejja Maġistrat li qed taħdem kemm tista' biex tisma' każi, nies li qed jiħu każ kriminali ta' vjolenza domestika quddiem il-Qorti qed jiġu infurmati li l-każ tagħhom se jibda fl-2024. "Iva dan id-dewmien huwa l-akbar problema li qed tiffaċċja l-Qorti tal-Familja u hemm soluzzjonijiet, fosthom hemm bżonn ta' aktar impjegati u riżorsa" jisħaq Hili ma' din il-gazzetta. Huwa fil-fatt jgħid illi, b'kumbinazzjoni, fl-istess jum li l-ILLUM għamlet kuntatt miegħu kellu każ ta' vittma li rrabjata għall-aħħar għarfitu illi l-każ tagħha fuq akkużi ta' vjolenza domestika se jibda jinstema' 'il fuq minn sena oħra, fl-2024. Din il-problema serja li kkonferma li teżisti l-avukat Hili, sar aċċenn għaliha mill-Malta Women's Lobby aktar kmieni din il-ġimgħa li fakkru illi biex tisma' dawn il-każi ta' vjolenza domestika hemm biss Maġistrat wieħed, bil-konsegwenza li hemm lista twila ta' każi li qed jistennew biex jibdew jinstemgħu. Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, minn naħa tiegħu, f 'kummenti mas-sit illum.com.mt sostna illi l-Gvern għaddej b'ħidma sabiex ikun hemm Awla ġdida u anke Maġistrat ġdid f 'din il-Qorti. Hili - filwaqt li rrikonoxxa x-xogħol li qed isir - għamilha ċara li minkejja li dak li jkun iwaħħal fil-Maġistrat għal dan id-dewmien eseġerat, "fil-fatt il-Maġistrat qed taħdem kemm tiflaħ biex tisma' u taqta' ħafna mill-każi." Huwa qal iżda li jibqa' fatt li Maġistrat waħedha mhux biżżejjed. Huwa iddeskriva d-dewmien li qed jiffaċċjaw mijiet ta' vittmi ta' vjolenza domestika bħala "kritiku." Hili semma wkoll il-fatt li huwa "eseġerat komuni" f 'dawn il-każi li parti twaqqa' l-każ, jiġifieri li għal raġuni jew oħra l-vittma twaqqa' l-każ kontra l-aggressur tagħha/ tiegħu. Filwaqt li tfakkru li l-Pulizija jistgħu jibqgħu jinvestigaw il- gazzetta tistaqsih jaħsibx li hemm bżonn illi l-liġi tagħmilha aktar diffiċli biex persuna tkun tista' twaqqa' kawża bħal din. L-avukat spjega li huwa korrett li jingħad illi l-Pulizija jistgħu jibqgħu għaddejjin jinvestigaw il-każ u jtellgħu lill-akkużat il-Qorti, anke jekk fi stadju bikri l-vittma taħfer jew twaqqa' l-akkużi. "Iżda ħafna mill- każi ta' vjolenza domestika jseħħu bejn l-erba' ħitan tad-djar u għal raġunijiet ovvji l-Kodiċi Kriminali tgħid li membri tal-familja mhumiex obbligati jixhdu kontra persuna mill- familja tagħhom stess. Dan ifisser li jekk ħadd barra mill-familja ma jkun ra r-reat iseħħ u ħadd mill- familja ma jitla' jixhed il-każ kontra l-aggressur jaqa' u qisu qatt ma kien. Għalhekk diffiċli li tagħmilha aktar stretta ladarba dan il-punt fil-Kodiċi Kriminali jgħodd f 'kull każ, mhux biss f 'każ quddiem il-Qorti, mhux f 'każi ta' vjolenza domestika biss." Hili fakkar li naturalment hemm realtajiet oħrajn li jmorru lilhinn mil-liġi u l-qrati, fosthom ta' nies li sfortunatament ma jaraw xejn bħala deterrent milli jwettqu reat, inkluż dak ta' vjolenza domestika. "Jekk piena bħal għomor il-ħabs mhuwiex deterrant għal xi ħadd. Aħseb u ara Ordni ta' Protezzjoni, tkun kemm tkun iebsa," temm jgħid l-Avukat Dean Hili. X'qalu l-Malta Women's Lobby? Iktar kmieni din il-ġimgħa, filwaqt li sostnew li wasal iż-żmien li Malta timplimenta l-Konvenzjoni ta' Istanbul b'mod effettiv, il-Malta Women's Lobby sostna li hemm bżonn illi tkun indirizzata darba għal dejjem il-lista twila ħafna ta' każi ta' vjolenza domestika u vjolenza kontra n-nisa li qed jistennew biex jinstemgħu quddiem il-Qorti. "Hemm bżonn aktar Maġistrati li jaħdmu b'mod esklussiv fuq każi ta' vjolenza kontra n-nisa, bħalissa Maġistrat wieħed biss hemm li huwa inaċettabbli!" Il-Malta Women's Lobby kompla jisħaq, fi stqarrija, illi l-Gvern jeħtieġ ukoll illi jagħti aktar fondi lill-Aġenzija Appoġġ u lil servizzi li jitrattaw każi ta' vjolenza domestika ħalli aktar impjegati jkunu jistgħu jassistu nisa li jispiċċaw vittmi ta' vjolenza. "Jekk dan ma jsirx l-Istat u l-istituzzjonijiet jkunu qed ikomplu jfallu lin-nisa tagħna," temmet tgħid l-istqarrija. aħbarijiet 05 illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali 27 ta' Novembru 2022 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 AVVIŻ Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Fondi u Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej iħabbar li ser terġa` tiġi varata sejħa tal-miżura segwenti taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020. L-applikazzjonijiet ser jiftħu nhar it-Tnejn 28 ta' Novembru 2022 u jagħlqu nhar il-Ġimgħa 24 ta' Frar 2023 f'nofsinhar. Numru tal-Miżura Titlu tal-Miżura 4.3 Sotto Miżura 4.3 - Appoġġ għal investimenti fl-infrastruttura relatati mal- iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattamenti tal-agrikoltura u l-forestrija (Qasam ta' Prijorità 2A) Aktar dettalji dwar is-sejħa kif ukoll dwar il-proċess ta' applikazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt. Għal aktar informazzjoni, tista' tikkuntattja l-Awtorità ta' Ġestjoni fuq rdd.mefl@gov.mt jew 2555 2634. Id-dewmien li qed jiffaċċjaw mijiet ta' vittmi huwa 'kritiku' L-avukat Dean Hili jgħid illi d-dewmien biex jibdew jinstemgħu każi ta' vjolenza domestika quddiem il-Qorti tal-Familja huwa problema kbira, għalkemm jiċċara li l-Maġistrat li qed tisma' dawn il-każi waħedha qed taħdem kemm tista' biex tnaqqas mil-lista...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2022