Illum previous editions

ILLUM 27 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 23

Josianne Cutajar 15 opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 Miriam Dalli hija Ministru għall-Ambjent, Enerġija u Intrapriża Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Miriam Dalli Rispett u dinjità Il-pjaga soċjali tal- vjolenza domestika K ont diġà bdejt nikteb din l-opinjoni dwar it-te- ma tat-tibdil fil-klima u s-sehem ta' Malta fis-Summit COP27 meta nħsadna bl-aħbar bil-qtil ta' Bernice Cassar. Għalhekk, ma nistax ma nidded- ikax dan l-ispazju li għandi llum għal dan il-fatt. Inħsadna u mteljna bid-dieqa għal ħajja oħra li ntemmet ferm qabel iż-żmien. Nilqa' l-inkjesta li se ssir f 'dan il-każ. Segwejt l-esperjenzi ta' nisa li għaddew minn sitwazzjonijiet ta' abbuż u l-esperjenzi tagħhom. Filwaqt li hu impossibbli li tikkontrolla kull azzjoni li tista' ssir, nemmen li ċertu affarijiet jistgħu jitjiebu. Għandna nagħmlu dan b'rispett lejn il-memorja ta' dawk li kollha li m'għadhomx magħna. Nisa bħal Vanessa Grech, Josette Scicluna, Rachel Muscat, Catherine Agius, u Christine Sammut fost oħrajn. Ommijiet, aħwa, ulied li mal-mewt tagħhom wegħdna, bħala soċjetà, li rridu nagħmlu l-almu tagħna biex nevitaw aktar mwiet. Ħa nkun ċara: ħadd ma jista' jwaqqaf kull azzjoni milli tiġri imma nemmen li jista' jkun hemm strutturi aktar b'saħħithom. Metodi li anke l-vittma verament tħoss u tara li mhix titħalla għal riħha. Li qed tingħata widen. Aktar kmieni din is-sena kienet importanti li fil-liġijiet ta' pajjiżna nispeċifikaw it-terminu femiċidju. Għalkemm omiċidju jibqa' omiċidju, permezz ta' din il-liġi, qed jiġi pprovdut li meta jkun hemm ċirkostanzi li jindikaw li l-qtil huwa femiċidju, allura dawn għandhom jaħdmu kontra l-għoti ta' pieni anqas ħorox. Kemm-il darba smajna dwar każijiet fejn qtil abbażi tal-ġeneru kważi, kważi jiġi skużabbli taħt skuża ta' passjoni istantanja. Din is-sitwazzjoni mhux aċċettabbli u huwa pożittiv li ġiet indirizzata. Lil hinn mill-istrutturi - fudamentali li jiġu indirizzati - irridu nammettu li fadlilna ħafna x'naħdmu biex neqirdu darba għal dejjem l-idea li għandhom xi wħud illi raġel għandu xi saħħa jew jedd fuq mara. U qabel ma taħseb li dan huwa xi kumment ġeneriku, aħseb it dwar dawn il-vittmi u x'għandhom komuni. M'inix qed ngħid li m'hawnx irġiel li jsofru abbużi mis-sieħba jew sieħeb tagħhom. Imma huwa fatt li dawn il-vittmi ta' qtil kienu nisa. Għalhekk le, dawn mhumiex kummenti esaġerati. Din l-attitudni u din il-kultura wasslet għal uħud mill-agħar qtil ta' nisa f 'pajjiżna. Tista' tkun riżultat ta' problemi soċjali oħra u ta' saħħa mentali. Imma żgur li hemm rabta mal-fatt li kull ġeneru għandu jitqies ugwali. Ngħallmu ir-rispett Bħala soċjetà għandna r-responsabilità li kull tip ta' abbuż, anke jekk għal xi wħud jista' jidher żgħir, qatt ma għandu jkun aċċettat. L-ugwaljanza tfisser li neradikaw il-mentalità ta' min jaħseb li jista' jabbuża minn mara għax hija mara. Ta' min jaħseb li hija aktar 'dgħajfa'; 'debboli' jew għax 'ħaqqha'. Ta' min jirraġuna li qalgħet xebgħa għax 'tort tagħha', għax 'ma messhiex għamlet hekk' jew 'ma misshiex libset hekk'. U għalhekk nemmen li rridu nindirizzaw din is-sitwazzjoni fuq livelli differenti. Mhux kwistjoni ta' soluzzjoni waħda imma trid tiġi indirizzata minn aspetti differenti: Mill-edukazzjoni, għas-servizzi offruti, mill-ħidma fil-komunità għall-istrutturi aktar istituzzjonalizzati. Nedukaw fl-iskejjel, fid-dar, meta t-tfal jattendu lezzjonijiet reliġjużi, meta jattendu l-isports. Meta l-adulti jattendu attivitajiet sportivi. Fuq il-post tax-xogħol. Kullimkien. Għax kullimkien huwa l-post ideali fejn ngħallmu u nkomplu nitgħallmu kif nuru rispett lejn xulxin. Fejn persuna tas-sess oppost la għandha tiġi meqjusa bħala dgħajfa jew seura ta' xi ħadd u lanqas aktar b'saħħitha li tista' tagħmel li trid. Irridu ngħallmu r-rispett mid- dar. Bħala omm ta' żewġ subien nħoss li għandi responsabilità akbar li jħarsu lejn kull tifel u tifla bħala ugwali. Li m'hemmx differenza ta' min hu superjuri jew inferjuri. Tibda minn affarijiet żgħar: Ix-xogħol li jsir id-dar, kif jittrattaw lil sħabhom waqt sessjoni ta' sports, kif jirreaġixxu meta xi ħaġa ma tmurx kif xtaquha. Nemmen bis-sħiħ li kull wieħed u waħda minna għandna rwol biex flimkien nedukaw u neradikaw il-vjolenza. Mhux kull każ ta' vjolenza jispiċċa fl- aħbarijiet. Personalment ltqajt ma' każijiet ta' taliet u anke nisa akbar li spiċċaw msawwta mis-sieħeb… għax jaħsbu li "jħobbhom" jew għax jaħsbu "li ħadd mhu se jħobbhom". Għadna ngħixu f 'soċjetà fejn il-kultura patrijarkali għadha tiddomina. Ta' min jaħseb li jista' jirredikola mara għax mara. Ta' min jippatronizza fi kliemu. Ta' min jinsulenta b'affarijiet li huma relatati man-nies għax b'hekk iħossu aktar macho. Ta' min jaħseb li mara mhux kapaċi daqs raġel u ma tistax tirnexxi. U dan huwa rifless fis-soċjetà b'mod inġenerali: Fil-karrieri li naraw jiżviluppaw; fuq il-postijiet tax-xogħol; fil-promozzjonijiet, fil-pagi u anke fil-politika. B'sens ta' rispett, b'sens ta' solidarjeta u b'sens ta' umilta rridu ngħarfu li kull wieħed u waħda minna jeħtieġ rispett daqs kull persuna oħra. Ma nistgħux ndawwru l-arloġġ lura u nħassru dawk l-affarijiet koroh li ġraw. Imma għandna d-dmir li nindirizzaw x'qed iwassal għal dawn is- sitwazzjonijiet u kif nistgħu nevitaw. Li nkomplu nisħqu fuq x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin; fuq li nitkellmu dwar ir-rispett reċiproku; li nkunu sodi fi kliemna ma' min iħossu komdu jinsulenta, jċekken jew ikun bully fuq il-midja soċjali jew fil-ħajja ta' kuljum. Fl-għodod li jipprovdi l-istat irridu naraw li verament jintlaħqu dawn il-persuni u l-vittmi wkoll. It-tnejn li huma għandhom bżonn l-intervent u l-għajnuna u s-soċjetà tagħna tista' tiggwadanja jekk nindirizzaw lit-tnejn li huma. S fortunatament din il-ġimgħa rajna qtil ieħor xokkanti ta' mara, ta'omm ta' tnejn, li sa lejliet li nqatlet kienet għamlet rapporti ta' vjolenza domestika. Rapport li juri li erġajna fallejna lil mara oħra. Mill-istess martirju ta' Bernice għad- dew nisa oħrajn fil-passat. Segwejna stejjer ta' vjolenza li wasslu wkoll għal femiċidji, f 'pajjiżna u lil hinn minn xtutna. Il-qtil ta' Bernice seħħ it ġranet biss qabel il-bidu tal- kampanja ta' 16-il ġurnata kontra l-vjolenza domestika u l-Jum Internazzjonali tal-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa. Bernice u diversi nisa oħra sofrew dan id-destin kiefer, destin inaċċettabbli, li bħala soċjetà għandna nħossuna lkoll obbligati li nagħmlu l-parti tagħna biex nindirizzaw. Sa dan il-ġimgħa stess, id-dibattitu kompla għaddej fil-Parlament Ewropew rigward l-eliminazzjoni tal-vjolenza domestika, kif ukoll ir-rigress fid-drittijiet tan-nisa fl-Afganistan, realtajiet kiefra li għandhom jikkonċernaw lid-dinja sħiħa. Madanakollu, filwaqt li d-dibattitu baqa' għaddej, din l-istess pjaga soċjali li kont nisma' tant dwarha għaxar snin ilu meta kont għadni studenta tal-liġi, nipprattika fil-Qorti tal-Familja, għadha ħajja sew fostna. Il-qtil ikrah ta' Bernice għandu jfakkarna f 'kemm hemm nisa u vittmi oħra imwerwrin fi djarhom u lil hinn, f 'kemm hemm persuni li qed jistennew ġustizzja, vittmi, inkluż tfal u anzjani, li joħolmu li jkollhom futur aħjar, lil hinn mill-biża, il-vjolenza u t-theddid kontinwu. Għalkemm sar xogħol tajjeb f 'dan ir-rigward, irridu nammettu li fadal ħafna xi jsir fejn tidħol l-empatija, azzjoni f 'waqtha, servizzi aktar b'saħħithom, edukazzjoni li ġġib bidla fil-kultura, soċjetà li ma taċċetta l-ebda tip ta'abbuż, ġej minn min ġej u mwettaq fuq min imwettaq. Hemm bżonn ukoll aktar riżorsi fil-korp, il-Qrati tagħna u s-servizzi relatati, professjonisti aktar imħarrġa fuq dawn is- sitwazzjonijiet delikati – kemm fejn jidħol sapport f 'waqtu u adegwat lill-vittma u lil dawk ta' madwarha, kif ukoll fejn jidħol l-aggressur. Dan apparti l-attenzjoni li għandhom bżonn jingħataw it-tfal, li f 'sitwazzjonijiet bħal dawn jaraw id-dinja tagħhom tiġi mheżża. Filwaqt li ċertament dan kollu mhu se jġib l-ebda vittma lura, ilkoll għandna l-obbligu li naħdmu flimkien, u bis-sħiħ, biex nipproteġu lil dawk kollha li qed jiffaċċjaw, jew għad ser jiffaċċjaw, kull tip ta'abbuż jew vjolenza.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2022