Illum previous editions

ILLUM 27 November 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 Splużjoni kbira li seħħet fil-Kamra tan- Nar ta' San Ġużepp f 'Ħal Kirkop, ħalliet persuna bla ħajja: Nardu Camilleri - voluntier li jaħdem il-logħob tan-nar - u oħrajn bi ġrieħi. L-isplużjoni seħħet it wara is-7:00 a.m b'bosta nies - inkluż residenti f 'Birżebbuġa jgħidu ma' dan is-sit u jiktbu fuq il-midja soċjali li l-isplużjoni kienet waħda kbira. Kelliem tal-Pulizija - it wara l-isplużjoni - qal lis-sit illum.com.mt li minkejja li t-tfittxija kienet bdiet, din kienet għadha qed isir fuq il-parametri tal-post, hekk kif numru ta' murtali baqgħu jieħdu u allura l-post ma kienx sigur biex il-Membri tas- CPD jidħlu jagħmlu t-ttxija fil-qalba tas-sit fejn seħħet din l-isplużjoni. Sfortunatament, iktar tard mal-għodwa, hekk kif f 'xita qliel, kienu għaddejjin it- tfittxijiet instab Camilleri mingħajr ħajja. Kien fil-fatt il-Każin ta' San Ġużepp tal-istess lokalità li ħabbar il-mewt traġika ta' dan ir- raġel, li fil-fatt kien diġà weġġa' f 'inċident ieħor snin ilu. Apparti mill-vittma, raġel ta' 45 sena li kien ukoll fil-kamra fil-ħin tal-isplużjoni u żewġ irġiel oħra ta' 63 u 72 sena ittieħdu l-isptar, bl-ewwel tnejn isofru minn ġrieħi ħfief u dak tal-aħħar ma ġarrab l-ebda ġrieħi. Splużjoni taħsad lill-Koppin, tinstema' minn ħafna bnadi u tħalli persuna bla ħajja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 November 2022