Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1485768
23 films IL-ĦADD 27 TA' NOVEMBRU 2022 • illum Carmel Bonnici Atturi li rrifjutaw rwoli importanti Sean Connery għalkemm kien għadu attur mhux magħruf tassew inkarna l-parti prinċipali bħala l-Aġent Sigriet Brittaniku, James Bond 007, bil-liċenzja li jista' joqtol, serje li għadha għaddejja sal-preżent bil- protagonisti jinbiddlu matul is- snin. Pero', meta wieħed isemmi l-isem ta' dan l-aġent, l-ewwel persuna li tiġi f 'moħħu hi propja dik ta' Connery. Ma nistgħux nimmaġinaw lil ħaddieħor floku. Min issa jkun is-suċċessur ta' Daniel Craig f 'din il-parti rinomata għadu misterju – forsi attur ta' kulur differenti jew mara? Gone With e Wind (1938), il-film li l-aktar rawh nies fl-istorja taċ-ċinema bbrilla fil-għażla tal- atturi protagonisti – Clark Gable bħala l-ġentlom tas-Sud Amerikan imdejjaq sa ruħ ommu bil-fsied u l-ksuħat tal-artistokratika Vivien Leigh, għażla li niżlet tajjeb ma' kull ġenerazzjoni meta dan il-kapulavur kolossali baqa' joħroġ fis-snin ta' wara b'suċċess u ammirazzjoni mill- udjenzi. Ħadd ma' jista' jimmaġina avventurier arkeoloġiku gwapp daqs Harrison Ford bħala Indiana Jones, irwol li għamlu superstilla. Audrey Hepburn impressjonat bil- kbir fi Breakfast At Tiffany's (1961) bi stil ta' moda avvenzata għal żmienha. Julia Roberts stabbilixxiet ruħha sewwa bħala l-prostituta b'qalb tad-deheb fi Pretty Woman u Marlon Brando reġa' tela' fuq il-pedestal tas-suċċess bħala Don Vito Corleone fil-film tal-Mafia, e Godfather (1972) tad-direttur Francis Ford Coppola. Ħaġa tal-iskantament, dawn l-atturi kollha li diġa' semmejt u ħafna oħrajn li isimhom jidher aktar il-quddiem ma kienux l-għażla oriġinali tal-produtturi ta' dawn ix- xogħlijiet. Min jaf x'kienet tkun ir- reazzjoni tal-ispettaturi kieku dawk li l-ewwel ikkuntattjati aċċettaw? Il-film lil-aktar rawh nies hu , bla dubbju ta' xejn, Gone With e Wind li baqa' joħroġ kull tant snin mal-milja taż-żmien sakemm waslet l-era tal-video cassette. Ħadd żgur ma stenna s-suċċess fenominali li għamel u wisq inqas il-produtturi ta' dan ix-xogħol stupend. David O. Selznick, il-produttur ta' dan il- film wera x-xewqa li l-protagonisti jkunu Gary Cooper u Bette Davis, trnejn mill-aktar popolari f 'dak iż- żmien. Ġara li bejniethom dawn it-tnejn qamu argumenti sħan u t-tfittxija marret band'oħra. Gary Cooper kien tal-fehma li din il- produzzjoni kienet se tkun ask kbir u ħalla lil Clark Gable jieħu l-parti hu biex iwaqqa' wiċċu mal- udjenzi. Gable, li kellu bżonn il- flus, iffirma kuntratt ta' 500,000 dollari biex jagħti kważi tliet kwarti minnhom lil Ria Langham għad- divorzju. Il-battalja għall-parti ewlenija femminili kienet waħda ħarxa bejn 6 nisa – Joan Crawford, Joan Fontaine, Susan Hayward, Katharine Hepburn u finalment Paulette Goddard, is-sieħba ta' Charles Chaplin li tilfet din il-parti għax ma ġabitx provi li kienet miżżewġa lil dan il-kummidjant. Bil-għajnuna ta' Laurence Olivier, Vivien Leigh, attriċi Ingliża akkwistat dan l-irwol prestiġġjuż u anki bdiet titgħallem l-aċċent tas-Sud Amerikan. Breakfast At Tiffany's hi meqjusa bħala wahda mill-aqwa kummiedji tas-snin ħamsin u sittin. Fuq parir ta' Lee Strasberg, id-direttur Blake Edwards għall-parti taż-żagħżugħa Holly ried lil Marilyn Monroe li minħabba li kienet tiddependi fuq mediċini u l-alkoħol, irruat dan l-irwol. Intagħżlet Hepburn u tassew irnexxiet. Minkejja li Sean Connery hu prinċipalment abbonat mal-parti tal-Aġent Sigriet James Bond, kellu jkun Cary Grant, attur Ingliż li pero' sar ċittadin Amerikan, li ġie l-ewwel mitlub għall-parti ta' 007 fil-film Dr. No (1962). Billi kellu kważi 60 sena qata' qalbu minħabba s-sekwenzi tal-azzjoni li fih. Atturi oħra li qalu "le" għal diversi raġunijiet kienu Patrick McGoohan, Trevor Howard, Richard Burton, Rex Harrison u David Niven. Roger Moore (li akkwista din il-parti xi snin wara) m'aċċettax għas-sempliċi raġuni li kien impenjat fis-serje televiżiva tant popolari e Saint. Fil-kotba ta' Ian Fleming Bond hu Skoċċiż u b'hekk Sean Connery fl- aħħar ħa din il-parti. Immorru għas-snin aktar riċenti; wara li Pierce Brosnan irrua li jkompli bħala Bond, kellu jkun l-Awstraljan Hugh Jackman li jinterpreta lil dan l-aġent f 'Casino Royale (2006). Jackman kien ukoll impenjat bħala s-supereroj Wolverene fis-serje X-Men u b'hekk Daniel Craig sar is-6 persuna fl- irwol ta' James Bond. David Niven fil-kummiedja Casino Royale (il- film tal-1967) ukoll sab ruħu bħala Bond u Cary Grant f 'Charade (1963), film eżileranti mimli azzjoni, imita lil dan l-aġent. Fl-1972 e Godfather, film tal-Mafia addattat minn fuq il- volum ta' Mario Puzo, poġġa lid- direttur Francis Ford Coppola fuq pedestal. Sentejn wara, fis-sequel (u anki prequel) e Godfather Part II tella' lil Coppola f 'għoli stratosferiku. Iżda kienet ħaġa verament iebsa biex sab atturi li aċċettaw il-parti għall-ewwel film. Jack Nicholson irrua l-parti ta' Michael Corleone li marret għand l-attur kważi ġdid, Al Paċino li sa dak iż-żmien kien għadu mhux magħruf, pero' permezz tagħha fi it snin wara sar wieħed mill-aktar stabbli ta' Hollywood. Il-produtturi riedu għal din il-parti l-aqwa atturi tal-belt tal-films ta' dik l-epoka – Dustin Hoffman, Warren Beatty, Ryan O'Neal, Robert Redford u anki marru fuq Steve McQueen u l-attur Franċiż Alain Delon. Ġara iżda li d-direttur baqa' jiddefendi l-għażla ta' Pacino kif ukoll għamel Marlon Brando li kien diġa' akkwista l-parti ta' Don Vito Corleone, il-missier. Qabel, ir-repuazzjoni ta' Brando fil-bidu tas-snin sebgħin kienet f 'livell baxx u ġew avviċinati atturi oħra, fosthom Orson Welles, Edward G. Robinson, Ernest Borgnine kif ukoll Gian Maria Volonte' u anki Laurence Olivier. Kont qrajt ukoll li saħansitra riedu lill-attur Malti Joseph Calleia li kien irtirat. Brando ma riedx lil Robert DeNiro fil-parti tat-tifel tiegħu, Sonny li ġiet maħduma minn James Caan (attur li miet m'ilux). Ironikament, Robert DeNiro ħadem il-parti ta' Brando (Don Vito Corleone) meta kien għadu ħafna iżgħar f 'e Godfather Part II li biha rebaħ l-Oscar u l-istess għamel Brando fl-ewwel film, sentejn qabel. Il-parti tal-avukat tal-familja Corleone ħadha Robert Duvall imma qablu m'aċċettax Paul Newman. Apollonia, is-sbejħa Taljana li Michael jiżżewweġ meta jkun maħrub fi Sqallija u li tmut bi splużżjoni b'bomba f 'karozza immirata għal żewġha ħadmitha Simonetta Stefanelli meta Stefania Sandrelli, attriċi popolari rriutat il-parti. Gary Cooper Cary Grant Bettie Davis