Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 kultura Dawra fl-akbar belt ta' Malta; L-ILLUM dwar l-kurżitajiet, F'sensiela ta' artikli, il- gazzetta ILLUM iżżur iċ- Ċimiterju tal-Addolorata u tesplora l-kurżitajiet, il-misterji u l-istorja tiegħu flimkien ma' Eman Bonnici li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-akbar belt f'Malta YENDRICK CIOFFI Il-gazzetta ILLUM tkompli ddur aktar monumenti, oqbra u partijiet interessanti taċ- Ċimiterju tal-Addolorata biex tapprezza mhux biss l-arti li jinkludi imma anke tesplora l-istejjer, il-kurżitajiet u xi drabi l-misteri fih. Inkomplu nduru l-Addolorata ma' Eman Bonnici, responsabbli mill- amministrazzjoni u awtur ta' ktieb dwar l-Addolorata li minnu se nisiltu wkoll xi informazzjoni. Din il-ġimgħa nduru aktar monumenti interessanti, inkluż qabar ta' żagħżugħ li miet isalva lil sħabu fil-gwerra u anke waħda mill-isbaħ kappelli fl-Addolorata. Nitkellmu wkoll dwar kif isiru dawn il-monumenti u min jiddeċiedi dwarhom u l-impatt tat-Tieni Gwerra fuq iċ-Ċimiterju. Għal snin mistur minn siġra ... il-qabar taż-żagħżugħ eroj li miet biex salva lil sħabu Eman Bonnici ħadna fuq qabar ieħor, jew aħjar monument li għalih huwa wieħed mill-isbaħ li wieħed isib fiċ-Ċimiterju kollu. Dan il-monument ifakkar lil Gulio Mifsud, żagħżugħ ta' 19-il sena li kien miet waqt li kien qiegħed isalva lil sħabu fil-Belt Valletta, waqt attakk tat-Tieni Gwerra Dinjija, li seħħ fil-15 ta' Frar tal-1942. Iż-żagħżugħ, huwa midfun f 'dan il-qabar u l-iskrizzjoni li wieħed isib fuq dan il-monument jistieden lil dawk li jżuruh jew jgħaddu minn ħdejh, biex jgħidu talba għalih. Il-qabar huwa mill-isbaħ u d-dettalji li fih huma impressjonati. Fuq il-lapida kbira, wieħed isib anġlu mill-isbaħ li qiegħed iserraħ fuqha, jibki lil dan iż-żagħżugħ. Fuq il-lapida, ma hemmx skrizzjoni, iżda hemm xena. Ajruplan tal-għadu jidher qed jitfa' l-bombi u fil-biċċa ta' isfel ta' dan il- monument jidher l-impatt ta' dawn l-istess bombi, bil-lapida qisha tispiċċa b'ħofra u saħansitra jidher ukoll, dejjem imnaqqax fl-irħam, id-duħħan tal-isplużjoni. "Ma naħsibx li dan iż-żagħżugħ għandu qraba għax jiena dan il- monument dejjem nafu mgħotti b'siġra," qal Bonnici. Fil-fatt kompla jirrakkonta, kien jgħaddi minn quddiemu u jara biss il-ġewnaħ ta' dan l-anġlu, sakemm darba fettilu jwarrab b'idejh il- weraq tas-siġra u nduna bil-ġmiel tiegħu u d-dettalji li jinkludi. Wara ħafna snin, din is-siġra ġiet miżbura biex il-monument jinkixef kollu kemm hu u anke ma ssirlux aktar ħsara. Eman Bonnici Dettall mill- Monument fuq dan il-qabar - Ritratt ta' James Bianchi Il-Monument ta' dan l-erof fejn jidher ukoll l-ajruplan tal-gwerra jattakka - Ritratt ta' James Bianchi Dettall tal-Monument ta' dan l-erof fejn jidher ukoll l-impatt tal-bombi- Ritratt ta' James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022