Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kotba IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Xtaqt ktibtu jien Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Sajf xtaqt ktibtu jien. Jekk hijiex tifħira xierqa, ma nafx, għax jien min jien (?), inkella hija osservazzjoni li taqbad is- sensazzjoni li jtik xogħol frisk li jolqtok mill-ewwel u li jżommok sal-aħħar bil-vitalità u s-sinċerità quddiem il-kxif ta' dinja li ma xxebbgħekx. Forsi huwa dak l-ewwel rumanz li jixtieq jikteb kull kittieb, ir-rumanz li b'xi mod jaqbad l-ispirtu taż-żminijiet, kważi l-uniku rumanz li hemm bżonn jinkiteb minn dak li jkun biex imbagħad jirtira għall-bqija tal-ħajja. Bħall-one hit wonders ta' it deċennji ilu, forsi inqas familjari mal-qarrejja millenjali potenzjali ta' dan ir-rumanz li ħajjithom xort'oħra – sakemm mhux l-opra tal-kittieb frustrat fi Trojan ta' Vella Gera – iżda li kif jindika Ryan Falzon, għandhom xorta waħda qalb tħabbat l-istess taħbitiet. L-awtur stess, f 'kumment riċenti fuq Facebook, jittraċċa l-evoluzzjoni personali li skulat f 'kitbietu: tifel tal-1988 li jgħix żgħożitu f 'dak li jsemmi bħala d-disgħinijiet arċikonservattivi (nozzjoni storika li għad iridu jinkitbu l-volumi dwarha) li jaqra lil Stagno u Mifsud u jintebaħ li triqtu l-kitba. Sajf (Kotba Calleja, 2022) jista' jitqies evoluzzjoni bla skossi minn dak iż-żmien fejn isseddqet il-kitba kontemporanja, u jawgura tajjeb għal uħ letterarju ġdid li jibqa' aġġornat, u jfittex mogħdijiet ġodda filwaqt li jilqa' b'serenità xogħol il-predeċessuri tiegħu. Dar-rumanz ħadni lura wkoll għal dawk iż-żminijiet, minkejja l-qofol idur madwar l-iswipes tat-Tinder, l-istessi u ċ-chats, u diversi manifestazzjonijiet soċjali li issa saru għeliem tal-istatus iktar minn sempliċi divertita jew ħarġa. Ifakkarni f 'weekend break f 'lukanda Maltija, b'kamra mill- iprem bil-veduta, fejn kont stħajjilt li stajt nevita l-għawm u l-ispa biex nabbozza rumanz sajfi jien ukoll, xi ħaġa fuq il-linji ta' xi Rimini ta' Pier Vittorio Tondelli. Għax is- sajf tagħna lkoll, staġun uniku li ma jħabbathiex mal-oħrajn (forsi max-xitwa, suq, imma dak staġun klixè u iktar xieraq għall-imkejjen ġewwiena tar-ruħ). Imma wkoll staġun uniku għax is-sajf Malti m'hemmx bħalu, fis-sens li l-istaġun metereoloġiku xorta waħda għandu dimensjonijiet differenti skont il-konfini li jseħħ fih. Huwa s-sajf ta' In the Eye of the Sun ta' Ebejer, fejn tiġi kkunsmata diżgrazzja antierojka oħra, u l-għomma qerrieda tan- Nofsinhar Sajfi ta' Briffa, bil-longa li ssikket lid-dinja waqt li l-ħanfusa tħabrek fuq ħmieġ il-bhejjem. Tant hu hekk li r-rumanz jiaħ b'lista twila immensa ta' x'tista' tagħmel fis-sajf Malti, mhux fis- sens ta' gwida għat-turiżmu intern, imma katalgu esperjenzjali ta' xi jfisser dan l-istaġun sew fil-fasla soċjali Maltija sew fl-immaġinarju kollettiv. Immaġinarju li huwa għalhekk mimli possibiltajiet għall-kittieb, flimkien mat-topos l-ieħor imħaddem tajjeb tan-narratur għalliem, x'aktarx kontra qalbu, li t-tliet xhur vaganzi jiħulu possibiltajiet kważi infiniti, daqskemm jiħu lill-kollegi tiegħu li jinfexxu fil-privatijiet jew fil- part-time, inkella li donnhom jgħixu biss fi u għal dawn it-tliet xhur franki. L-għalliem sikwit jintuża fil-letteratura dinjija bħala proċediment narrattiv importanti, speċjalment għal Sajf li għandu elementi interessanti tar-rumanz tal-formazzjoni u l-iżvilupp, il-Bildungsroman, favorit mill- kittieba żgħażagħ jew prinċipjanti, l-aktar għall-ewwel xogħol tagħhom, iżda li tant joffri spunti interessanti. F'Falzon, l-iskola sservi bħala kontrapiż għall-ħajja li qiegħda xi mkien ieħor, iżda żgur mhux f 'istituzzjoni sottilment repressiva li gradwalment imma ineżorabilment tillivella u toqtol ir-ruħ. Il-paraguni ma' Stagno se jkunu inevitabbli, l-aktar minħabba l-element popolari fil-kitba ta' Falzon, sew għas-suġġett u d-dinjiet impittra sew għal-lingwaġġi u d-djalogi kontemporanji riprodotti b'ħeffa u awtentiċità. Iżda jistgħu jieqfu minnufih, għax minkejja tislima inkonxja lejn waħda mill-influwenzi primarji, Falzon ma jiktibx bl-ansjetà għall- predeċessur ideali ta' kitbietu. Stagno kien ġa ħareġ bħala kittieb aktar komplut, fis-sens ta' interess f 'nisġa kkontrollata, intriganti u strateġika anki jekk apparentement sempliċi, kif ukoll żviluppi mmirati tal-karattri, u malinkonija u rassenjazzjoni li fl-ironiji tagħhom jiħu toroq ta' tifsir wesgħin. Xogħol Falzon huwa aktar djarjistiku, lineari mqassam skont it-tliet xhur tal-istaġun, u ġrajja msejsa fuq relazzjoni ġejja u sejra, li tiddetermina l-ħsibijiet, il-burdati u l-għażliet tan-narratur. Narratur madankollu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022