Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 23

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 Abela jindika tibdil fl-emenda dwar it-tqala biex din tkun aktar ċara u inqas miftuħa għall-interpretazzjoni Il-qtil ta' Bernice Cassar ħasad lil Malta kollhJidher li hemm ċaqlieqa fil-Partit Laburista u fil-Gvern sabiex l-emenda dwar it-tqala - filwaqt li tibqa' f 'każi fejn ħajjet jew saħħet il- mara tkun ipperikolata - tiġi ċċarata biex ma tibqax miuħa għall-interpretazzjoni popolari fost mijiet ta' professjonisti u tobba, li din se tkun qed tiaħ il-bibien għall-abort fi kwalunkwe każ. Kienu rapporti lbieraħ filgħodu li indikaw illi kien il- Prim Ministru Robert Abela illi waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari nhar il-Ħamis li għadda indika li jista' jkun hemm tibdil fl-emenda. Kien irrapportat ukoll li huwa indika li dan it-tibdil se jitressaq waqt li l-emenda tmur għat-Tielet Qari u allura fi stadju ta' Kumitat, qabel imbagħad tgħaddi bħala Liġi u tmur għand il-President tar-Repubblika għall-firma. Il-kritika ta' bosta tobba u professjonisti u anke tal- Oppożizzjoni Nazzjonalista hija li l-emenda - filwaqt li fil- prinċipju hija tajba - hija wisq vaga u tħalli wisq spazju għall- interpretazzjoni, xi ħaġa li fil- fatt tista' twassal biex jinfetaħ l-abort għal kull ċirkostanza. Anke l-President tar-Repubblika George Vella kien irrapportat illi mhux komdu b'din l-emenda kif inhi u kien qed jindika wkoll li jaf ikollu jirriżenja sabiex ma jiffirmahiex. Ittra ffirmata minn 450 tabib u professjonist qalet illi kif inhi miktuba l-emenda se tiġi interpretata b'mod laxk u allura li tippermetti l-abort għal kwalunkwe raġuni, fi kliemhom 'abortion on demand' Spjegaw kif il-frażi fl- emenda proposta mill-Gvern li speċifikament tippermetti li tintemm tqala fejn hemm riskju ta' periklu għas-saħħa hi tal- akbar tħassib għalihom. "Din it-terminoloġija hija vaga wisq u sfortunatament wasslet għall-introduzzjoni tal-abort għal kwalunkwe raġuni f 'diversi pajjiżi, l-ewwel fosthom ir-Renju Unit fl- 1967. Dan minħabba d-definizzjoni ħolistika tal- kelma 'saħħa', li tinkludi s-saħħa mentali u l-benessri," qalu t-tobba. Għalhekk huma qed jappellaw biex il-klawżola emendata tkun tgħid hekk: 'Ma jkun twettaq l-ebda reat taħt l-artikolu 241(2) jew l-artikolu 243 meta l- mewt ta', jew ħsara gravi fuq, tarbija mhux imwielda tirriżulta minn intervent reali u sostanzjali ta' telfien tal-ħajja tal-omm minn marda fiżika.' Intant l-eks Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia, f 'ittra lill-President Vella, sostna li dan ma għandux jiffirma l-emenda kif inhi, pero' sostna li lanqas għandu jirriżenja mill-kariga. Delia appella biex il-President jimxi skont il- kuxjenza u "mat-twemmin tiegħu li jirrifletti dak imnaqqax fil-Kostituzzjoni nnifisha." Huwa appella wkoll biex bħala persuna, bħala tabib li ħalef li jsalva l-ħajja, bħala President tar- Repubblika, bħala t-tutelant tal- Kostituzzjoni biex "tibqa' sod, tibża xejn, tħares lejn ħadd u xejn u tabdikax mir-responsabilità tant nobbli tiegħek." (Ara wkoll paġni 10 sa 13 u Editorjal) 'Iddiżgustati bil-lingwaġġ abbużiv ta' Grech lejn mara... politiku fallut' - Graffitti Il-Moviment Graffitti faħħar l-emenda proposta mill-Gvern li tippermetti li tintemm tqala fejn il-ħajja u s-saħħa tal-mara jkunu f 'riskju, filwaqt iżda li qalu li Bernard Grech għandu jirriżenja u li l-PN japoloġizza għal mod kif indirizza mara li kellha tgħaddi minn abort. "Ninsabu diżgustati bil- lingwaġġ abbużiv u vjolenti ta' membri prominenti tal- Partit Nazzjonalista huma u jiddibattu din l-emenda importanti. Il-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech żeblah il-kunjom ta' Andrea Prudente li tilfet tqala prezzjuża għaliha u li flimkien mar-raġel tagħha, riedu jħarsu u jiċċelebraw. Grech tefa' dawl ikrah fuq l-azzjonijiet ta' Prudente fir-rigward ta' tqala li tant xtaqet u insista li t-tobba kienu 'iktar prudenti' minnha," fakkar il-Moviment fi stqarrija. Filwaqt li sostna illi Grech iddieħak u waqqa' għaċ- ċajt mara fl-aktar mument vulnerabbli tagħha sostna li dan għandu jirriżenja minnufih u jitlob apoloġija. "Aħna nagħrfu li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni huwa konxju li m'għadux jaf jilħaq liż-żgħażagħ li minnhom jiddependi sabiex jerġa' jsib ruħu fil-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni konxju ta' kemm ma jiflaħ iwassal xejn ta' sinifikat fid-dibattitu pubbliku. Fuq kollox, bħala partit konservattiv mibni fuq limiti patrijarkali kbar, il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni jibża' jafda l-ġejjieni lin-nisa ta' Malta u Għawdex," qal il- Moviment Graffitti fi stqarrija pjuttost skjaċċanti. "Il-Membri Parlamentari kollha tal-Partit Nazzjonalista, irġiel jew nisa, li ma tkellmux kontra r-retorika tal-mibegħda tal-mexxej tagħhom Bernard Grech huma politikanti falluti bħalu," temmet tgħid l-istqarrija tal-Movuiment Graffitti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022