Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 23

04 aħbarijiet IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tapprova binja residenzjali ħafna iżgħar minn dak propost fin-Nadur Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett residenzjali ġdid fi Triq il-Qortin fin- Nadur wara li tnaqqsu konsiderevolment l-iskala u l-massa tal-bini. Il-Kummissjoni semmiet li wara kważi sena ta' negozjati mad-Direttorat tal-Immaniġġjar tal-Iżvilupp fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, is-sett finali tal- pjanti tal-proġett juru biċ-ċar li li proporzjon u d-disinn tiegħu issa huma aktar adattati mal-madwar. Il-Kummissjoni esprimiet sodisfazzjon li t-tħassib li tqajjem fl-aħħar seduta dwar l-għoli tal-iżvilupp ġie indirizzat tajjeb. Filwaqt li ġew introdotti numru ta' sulari ridotti biex jinħoloq effett ta' terracing aħjar, il-parti li tħares lejn l-ODZ tnaqqset għal żewġ sulari biss. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li minkejja li sena ilu l-proġett kien konformi mal-policies taż- żona, il-perit xorta żamm mar- rakkomandazzjonijiet tiegħu u naqqas il-ġnub tal-binja biex il- bini jkun konformi mal-għelieqi filwaqt li jirrispetta t-topografija taż-żona. Il-proġett approvat fin- Nadur jinsab fiż-żona tal- żvilupp u huwa rtirat bi 3 metri mill-konfini tal-ODZ tul il- ġenb tiegħu. Meta indirizzat kwistjonijiet ta' sidien tal-art, il-Kummissjoni enfasizzat li l-permess għall-iżvilupp jingħata suġġett għal drittijiet ta' partijiet terzi. L-Awtorità kkonfermat ukoll li l-fotomuntaġġi sottomessi huma korretti u realistiċi. Kif kien propost l-iżvilupp u kif ġie approvat Jingħalqu in-negozjati fuq il-Programmi Operattivi... Issa pajjiżna jibda juża it- €2.2 biljun f'fondi ewropej Il-Gvern Malti għalaq in- negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fuq il-programmi operattivi kollha għas-snin 2021- 2027. Din il-ġimgħa pajjiżna irnexxielu jagħlaq xahar qabel iż-żmien miiehem mal- Kummissjoni Ewropea dawn in-negozjati. Din kienet l-iktar darba li l-Gvern Malti għalaq in- negozjati b'mod rapidu, u irċieva l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fuq il-Programmi kollha fi żmien 18-il xahar minn meta bdew in-negozjati. Dan għandu jiżdied ukoll mal-fatt li b'mod parallel, fl-istess perjodu, ingħalqu wkoll in-negozjati fuq l-ammonti, il-programmazzjoni, u beda jiġi implimentat il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll ġew assorbiti fondi mill-programm REACT-EU b'risposta għall- pandemija COVID-19. Bl-għeluq tan-negozjati u bl- approvazzjoni tal-programmi operattivi b'mod bikri, issa l-pass li jmiss huwa li pajjiżna jibda jutilizza it-€2.2 biljun ewro f 'fondi ewropej li hemm allokati għal Malta. Dawn il-fondi se jservu ta' opportunità biex il-gvern ikompli jinvesti u joħroġ bi proġetti u inizjattivi ġodda li jkompli jgħinu fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. Wieħed mill-aħħar progammi li ġew approvati mill-Kummissjoni Ewropea kien l-Istrument għall- Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi li għalih ġew allokati €47.8 Miljun li se jkompli jgħin biex insaħħu s-sorveljanza tal-fruntieri u jiġi ssalvagwardjat il-moviment ħieles tal-persuni fl-Unjoni Ewropea fost oħrajn. Il-Ministru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u Artijiet Silvio Schembri rringrazzja lil dawk kollha involuti biex illum pajjiżna mhux biss għandu l-akbar programm ta' fondi miġjub lejn pajjiżna, dak ta' €2.2 biljun, iżda wkoll kull programm ġie approvat qabel iż-żmien. "Issa se nkunu qed inxammru l-kmiem u naħdmu għall-implimentazzjoni ta' kull programm. Filwaqt li nkomplu nħeġġu lis-settur privat biex huma wkoll japplikaw u jagħmlu użu mill-fondi ewropej, biex b'hekk inkomplu ntejbu l-prodott tagħna u ninċentivaw l-ekonomija," qal il- Ministru Silvio Schembri. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li huwa sodisfatt li l-Gvern Malti irnexxielu jagħlaq in-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea fi żmien rekord u xahar qabel iż-żmien miiehem mal- Kummissjoni Ewropea u issa jħares 'il quddiem għal proċess ta' implimentazzjoni li se jwassal biex pajjiżna jkompli jikseb l-għanijiet soċjo-ekonomiċi tiegħu. 'Inħares b'ħerqa lejn Jannar li ġej fejn se jkun hawn f 'pajjiżna l-Kummissarju Ewropew għall- Koeżjoni u Riformi Elisa Ferreira biex invaraw dawn il-programmi. Ninnota b'sodisfazzjoni li l-Kummissjoni dejjem ikollha kliem ta' tifħir għall-ħidma li qiegħda twettaq Malta fejn jidħlu l-fondi ewropej għax jafu li mal- Gvern Malti, jafu fejn qegħdin, u ċerti li l-fondi ser jiġu investiti fl-aħjar interess tal-pajjiż u l-poplu Malti," qal is-Segretarju Parlamentari Bonett. Il-PM f'laqgħa ma' grupp ta' Maltin li telgħu jagħtu l-għajnuna fil-Ghana Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa' ma' grupp ta' Maltin, li kien jinkludi wkoll numru ta' personalitajiet, li f 'Novembru li għadda żaru l-Ghana. Huma spjegaw lill-PM li matul iż-żjara tagħhom setgħu jaraw dak kollu li l-Ghana Mission Foundation irnexxielha twettaq tul is-snin. Huma qattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fiċ-Ċentru Mediku Malti hopeXchange f 'Kumasi, l-Ghana. Dan l-isptar, li ilu jaħdem għal dawn l-aħħar sitt snin, inbena grazzi għad- donazzjonijiet li għamel il- pubbliku Malti lill-Ghana Mission Foundation. Dan l-isptar Malti, li jaħdmu fih speċjalisti mediċi internazzjonali, huwa mgħammar b'apparat tal-aħħar teknoloġija, u jservi ta' ċentru mediku għan-nies tal-Ghana fejn jistgħu jieħdu trattament mediku tal-ogħla livell bla ħlas. Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-fondazzjoni kull suċċess fil-ħidma tagħha ġewwa l-Ghana.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022