Illum previous editions

ILLUM 4 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487298

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 23

10 aħbarijiet IL-ĦADD 04 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Se tinfetaħ it-triq għall-abort? Dak li qalu wħud ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-ġimgħa kienet waħda illi matulha kienet għaddejja diskussjoni interessanti u taħraq fil-Parlament li tittratta t-tqala u allura dik l-emenda li se ddaħħal l-abort f 'każ meta saħħet il-mara tqila tkun fil-periklu minħabba t-tqala. Emenda iżda li l-Oppożizzjoni qed tisħaq illi effettivament se tkun qed tiaħ il-bibien biex jidħol l-abort għal kull każ hekk kif qed tisħaq li din hija nieqsa mid-dettalji ta' f 'liema każ tabib għandu jkollu l-jedd li jwaqqaf dik it-tqala. Il-gazzetta ILLUM qed issewgi d-dibattitu li diġà ilu għaddej sigħat twal u f 'dawn il-paġni qed twasslilkom it biss minn uħud mill-aktar punti saljenti li ressqu r-rappreżentanti tagħkom dwar dan is-suġġett mill-aktar kontroversjali. (Ara x'qalu l-PM u l-Kap tal- Oppożizzjoni fuq is-sit illum. com.mt) Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne beda din il-maratona ta' dibattitu. Huwa sejjaħ dak li ressaq il-Gvern bħala "emenda favur il-ħajja" Spjega: Kif propost mill-Gvern il-Kodiċi Kriminali illum jekk tabib, spiżjar jew speċjalista jittermina t-tqala għal kwalunkwe raġuni jista' jeħel sa erba' snin ħabs u titteħidlu l-liċenzja għal għomru. Huwa qal illi l-liġi f 'dan is-sens, se tibqa' kif inhi . Spjega wkoll kif bħalissa, bil-liġi kif inhi, jekk omm tittermina t-tqala hi stess fuqha nnifisha jew tgħid lil tabib jittermina t-tqala ukoll tista' teħel sa erba' snin ħabs. Din ukoll, se tibqa' bla mittiefes. Fearne qal illi l-unika differenza hija li l-liġi kif inhi sal-lum ma tagħti ebda lok għal eċċezzjoni. U allura l-Gvern se jdaħħal din l-emenda biex tqala tkun tista' tiġi tterminata meta tabib iħoss li din hija ta' periklu għal saħħet il-mara. Huwa jsemmi tliet eżempji: Actopic Pregnancy (meta tqala tiżviluppa fil-Fallopian Tube), f 'każ ta' kanċer aggressiv u anke f 'każ meta l-ilma jinfaqa' b'mod prematur. "Mhuwiex każ li se niħu l-bibien għall-abort," qal Fearne. Huwa ċċara wkoll li meta kien qed isemmi saħħa kien qed jinkludi wkoll saħħa mentali Id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal illi l-maġġoranza assoluta tal-poplu ma jridx l-abort u li l-Gvern, "ħlief kliem vojt dwar il-ħajja ma għandux." Huwa bħal ifformola l-argument tal-Oppożizzjoni f 'dan il-punt u qal li l-liġi dejjem ġiet interpretata b'mod li jekk il-ħajja tal-omm tkun fil-periklu t-tobba jkunu jistgħu jintervjenu. "Il-liġi dejjem ġiet interpretata b'mod li jekk it- tobba jintervjenu jekk ħajjet l-omm tkun fil-periklu, dan ma jikkostitwixxix bħala abort. Dan kien dejjem osservat minn kulħadd... Il-Qorti dejjem irrispettat dan u ħadd, qatt ma qajjem dubju, ħlief issa l-Prim Ministru u d-Deputati tal-Gvern." Huwa fakkar illi qatt fl-istorja tabib ma spiċċa akkużat quddiem il-Qorti għax mexa' ma' dan il- prinċipju. Huwa qal li dak li sostna Fearne aktar inkwetah u qal illi dan ifisser illi anke jekk persuna tkun tista' twelled huwa ġustifikat li tiġi tterminata t-tqala minħabba problema ta' saħħa mentali. "Xi ħadd jgħidli kif din hija aċċettabbli," qal Aquilina Huwa kompla jikkritika billi saħaq illi l-Gvern qed juża l-każ ta' Andrea Prudente biex jiġġustifika dawn il-bidliet fl-istess waqt li l-Avukat tal-Istat - fil-każ li l-Amerikana fetħet kontra l-Gvern Malti - qed jisħaq li ħajjet jew saħħet il-mara ma kinitx fil-periklu. "Issa ibgħatulna l-kartolini tal-Milied... Dak ir-rigal tal-Milied tal-Gvern, liġi li tintroduċi l-abort," saħaq Aquilina. Rebecca Buttigieg, Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza, bħal Karol Aquilina, għamlet referenza għall-każ ta' Prudente u qalet illi jekk qatt kien jeżisti dubju li ħajjet l-omm jeħtieġ tkun protetta, dan il-każ wera' proprju dan. Hija staqsiet kif jista' jkun li jibqa' jkun hawn liġi li titfa' nisa l-ħabs, meta tinqala' kumplikazzjoni fit- tqala. Hija qalet li l-ġudizzju l-Gvern se jkun qed jagħmlu ibbażat fuq il-mediċina mhux fuq il- mirakli. "Il-Gvern kellu żewġ għażliet: Li ma jagħmel xejn jew li jisma', jiddiskuti u jaġixxxi. Aħna ma stajna qatt nibqgħu passivi u se tkun din in-naħa tal- Kamra li terġa' twettaq il-bidla," saħqet Buttigieg. Hija elenkat diversi kwistjonijiet oħrajn li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet kontrihom: Id-divorzju, l-estensjoni u emendi tal-Liġi tal- IVF, Żwieġ Ugwali.... "u ma seħħet ebda katastrofi li kienet bassret l-Oppożizzjoni qabel kull waħda minn dawn il-bidliet." Id-Deputat Randolph Debattista beda billi fakkar li hawnhekk il-Parlament qed jitkellem dwar realtajiet mill-aktar serji, mhux ta' mara li jkollha uġigħ ta' ras jew li ħabtet subgħajha mas-sodda u tmur tittermina t-tqala. "Qed nitkellmu dwar ħajja fil-periklu li tintilef. Issa jekk tmut mara waħda, kemm-il blue hero se jkollna li jerfa' r-responsabbiltà?" Huwa qal li l-livell politiku huwa ferm baxx meta jkun hemm min fil-Parlament u lilhinn minnu kważi jimplika li kulħadd se jibda jġib l-iskuża tas-saħħa mentali biex jagħmel abort jew inkella li t-tobba se jibdew jiffirmaw biex isir l-abort bl-addoċċ. "Illum qed nisimgħu argumenti li jiżirgħu l-biża'. L-istess argumenti li ġabu waqt id- divorzju meta kienu jgħidu lil dik il-mara li kienet tissawwat li d-divorzju ma kienx is- soluzzjoni. Xi kredibilità għandhom illum l-istess nies, jagħmlu l-istess argument?" Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet illi dawn l-emendi jfissru ħaġa waħda: Li jiddaħħal l-abort fil-pajjiż. "F'dan l-abbozz fl-ebda ħin ma tissemma' it- tarbija fil-ġuf. Inżommu f 'moħħna li t-tarbija fil-ġuf hija wkoll ħajja umana li ma għandhiex leħen." Hija wkoll qalet illi sal-lum ma kien hemm ebda omm u ebda professjonist li ttieħdu passi kontrihom, "għax il-professjonisti diġà qed jaċċertaw li l-ħajja tat-tarbija tintemm biss meta ħajjet l-omm tkun fil-periklu." L-emenda diskussa fil-Parlament tfisser abort jew le? U tfisser abort biss f'każ fejn saħħet il-mara hija pperikolata jew se tiftaħ il-bibien għal abort f'każi oħrajn? Id-Deputati li inti vvotajtilhom x'qed jgħidu?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 December 2022