Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 23

opinjoni aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Ħela kbira! Kellna narmu ħafna mill-ikel' - Sidien ta' negozji f'Birżebbuġa dwar ġurnata maratona bla dawl ANTHEA CACHIA Riħa ta' ħut u ta' drenaġġ, storbju mill-Freeport u dan l-aħħar qtugħ ta' dawl għal ħin twil ħafna. Dawn huma fost il- kwistjonijiet li qed iqajmu rabja kbira fost ħafna residenti kif ukoll sidien ta' negozji li jridu jaqilgħu l-għixien, fir-raħal ta' Birzebbuġa. Sa' din il-ġimgħa stess żoni partikolari f 'dan ir- raħal għamlu kważi 12-il siegħa bla dawl, oħrajn madwar erba' sigħat, oħrajn minuti u f 'żoni oħra d-dawl inqata' u reġa' ġie minnufih. Għaldaqstant l-ILLUM terħila lejn in-naħa ta' isfel ta' Malta u ddur ħames stabbilimenti fil- lokal. Minn dak li ntqal lil din il-gazzetta u mill-ibbumbard- jar ta' kummenti fuq facebook, l-aktar milquta kienu r-residen- ti u ħwienet ta' wara l-Knisja, jiġifieri fil-qalba tar-raħal u fin- naħa magħrufa bħala tal-Papa. 'Kull ġimgħa, dejjem l-istess. Jien saħansitra nħaraqli l-kumpressur' L-ILLUM tkellmet ma' sidien u ħaddiema ta' ħames negoz- ji differenti; Stationery, kafet- terija, ħanut tal-laħam, ħanut tal-merċa u lukanda. Bla dubju l-qtugħ tad-dawl għal kulħadd huwa xkiel iżda għal dawn in-negozji, sigħat bla dawl ifiss- er inqas qligħ għalihom. L-ewwel negozju li tkellmet miegħu din il-gazzetta kien il-ħanut tal-merċa li fost dawn in-negozji aktarx kien wieħed mill-aktar milqutin. Hija saħqet li din mhix l-ewwel darba li nqata' d-dawl u qalet li għal dan kien hemm riperkussjoniji- et kbar, tant li darba nħarqilha kumpressur. Iżda mhux biss. Is-sid qalet li matul iż-żmien kellha problemi f'appliances oħra peress li xi kultant id-dawl jinqata' u jerġa' jiġi fl-istess ħin. "Stajt għalaqt fis-1:00 p.m.," qalet b'dispjaċir lill-ILLUM. Hi- ja żiedet tgħid li meta jinqatalha d-dawl ikollha problema kbira wkoll minħabba l-prodotti li tbigħ speċjalment prodotti li jridu jinżammu fi friġġ. 'Lili ftit li xejn affetwatni' Minkejja r-reazzjoni qawwi- ja minn din is-sid, l-ILLUM tkellmet ma' sid ta' ħanut tal- laħam u stationer. It-tnejn qalu mal-gazzetta li fil-każ tagħhom ftit li xejn ġew affetwati minn dan il-qtugħ ta' dawl. Fil-fatt tal- laħam qal li d-dawl inqata' biss għal ftit minuti u li għaldaqstant ma tantx kellu effett fuq in-ne- gozju tiegħu. L-istess qal is-sid tal-istation- ery, li sostna iżda li l-qtugħ ta' dawl għal ftit minuti, iżda ta' spiss, jista' jkun ta' detriment għall-apparat li għandu fil-ħa- nut tiegħu. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-ġimgħa l-oħra kien hemm partijiet oħra f'Birżeb- buġa fosthom, il-Qajjenza, li wkoll kienu bla dawl għal xi sigħat. 'Kellna narmu l-ikel li kellna. Dan apparti li s-sistemi tagħna ma bdewx jaħdmu' L-ILLUM żaret ukoll kafetterija li fetħet riċentament… Ma tantx bdiet bit-tajjeb! Ħaddiem ta' din il-kafetterija qalilna li l-ħanut es- perjenza qtugħ ta' dawl kontin- wu għal tmien sigħat, bid-dawl jitlaq u jerġa' jirritorna ħames darbiet. Konsegwenza ta' dan, qal li l-ikel bħal torti u croissants li kellu għall-klijenti kellu jin- trema. Minkejja li issa s-sħana battiet prodotti li jinkludu l-ħal- ib huwa riskjuż li jitħallew f'ċer- tu temperaturi u għaldaqstant anke dawn kellhom jintremew. "Ħela kbira" sostna mal-ILLUM. Apparti minn hekk huwa qal li kellu problema kbira għax is-sis- temi tal-cash regsiter u ta' ħlas elettroniku ma ħadmux kif sup- post hekk kif dawn huma kollha diġitali. Fil-fatt proprju ftit mu- menti qabel ma' l-ILLUM rifset l-għatba ta' dan il-ħanut, f'dan il-ħanut reġa' nqata' d-dawl u kien għad hemm klijenti li kell- hom jistennew biex iħallsu. Waqt li beda' jagħmel il-kafè, dan il-ħaddiem qal li huwa ta' serħan il-moħħ li għallinqas is-sistema ta' sigurtà ma tiġix affettwata minn dan il-qtugħ ta' dawl għax kieku din tista' twassal għal problemi ferm ikbar. Mhux wisq 'il bogħod minn din il-kafetterija, l-ILLUM tkellmet ukoll ma' ħaddiem ta' lukanda fejn id-dawl inqata' biss għal ft- it minuti iżda dan wassal biex makkinarju li jiġġenera l-misħun għall-kmamar tal-banju ma baqax jaħdem sew. Żgur mhux aħbar pjaċevoli għal dawk it-tu- risti li xtaqu banju sħun f'ġurna- ta xitwija. X'ġara eżattament? Għaliex inqata' d-dawl? Minn informazzjoni li kisbet il-gazzetta ILLUM jidher li l-provvista tad-dawl tkun imqassma fuq żewġ cables. Dan bil-għan li jekk ikun hemm ħasarat f 'cable minnhom, ikun hemm it-tieni waħda biex tilqa' għall-oħra. Ġara li fil-każ tal-qtugħ tad-dawl ta' nhar it-Tnejn f 'Birżebbuġa seħħew ħsarat liż- żewġ cables u kien għal din ir-raġuni li kien hemm ħsarat estensivi u d-dawl dam sigħat twal ma ġie lura. Kif qalu diversi residenti, intuża generator b'mod temporanju sakemm jiġu rranġati l-ħsarat, li b'mod ġenerali jieħdu żmien twil biex jissewwew. Madankollu kien hemm residenti oħra li qalu li minkejja l-generator xorta ma kienx hemm dawl fiż-żona tagħhom. Dan huwa minnu, hekk kif kien maħsub li jintuża t-tieni generator iżda minħabba nuqqas ta' spazju fit-triq hekk kif dan il-generator kien kbir ħafna, it-triq dejqa u kawża ta' numru ta' karozzi ipparkjati, dan il-generator ma kienx hemm fejn jitpoġġa. Intant din il-gazzetta hija nfurmata wkoll li l-Enemalta għandha sistema ta' notifika biex f 'każ ta' sigħat ta' qtugħ ta' dawl, din tkun tista' tinforma lir-residenti abbonati ma' dan is-servizz. Biex wieħed jabbona ma' dan is-servizz irid ikollu l-kont mal-Enemalta f 'ismu/f 'isimha u jibgħat SMS bin- numru ta' identità ta' sid il-kont fuq 79052492. Min affetwatlu ġurnata xogħol u min bilkemm affetwatu. Il-qtugħ fid-dawl f'Birżebbuga din il-ġimgħa, li għal xi wħud dam kważi 12-il siegħa, qajjem furur, u wassal għal rimi ta' ikel u ħsarat f'tagħmir. Iżda x'wassal biex kien hemm dawn il- ħsarat daqstant kbar? L-ILLUM titkellem mas-sidien ta' negozji Birżebbuġin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022