Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 23

20 kummerċjali IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar, il-PA, organizzat seminar finali dwar il- proġett SpatialTrain Scholarship Scheme, li huwa parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew. B'kollox il-proġett offra sebgħin borża ta' studju fil- qasam tat-teknoloġija ġeospazjali (ġeomatika) għal persuni impjegati fis-settur pubbliku. Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pub- bliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlam- entari għall-Fondi Ewropej, Chris Bonett indirizzaw seminar dwar il-proġett SpatialTrain Scholarship Scheme organizzat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ew- ropew. Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li jinsab sodis- fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar ħa- det din l-inizjattiva sabiex jingħata aktar taħriġ dwar id-data spazjali. Il-Ministru qal li f 'din l-era ddom- inata mill-informatika u l-komu- nikazzjoni, huwa indispensabbli li l-informazzjoni u d-data spazjali tkun aktar mifruxa u disponibbli għall-pubbliku sabiex tkun miżmu- ma u analizzata aħjar. Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li "Dan il-proġett, b'in- vestiment ta' aktar minn €900,000 ffinanzjat b'fondi Ewropej, kompla jgħin biex ntejbu l-ħiliet ta' aktar persuni li jaħdmu f 'diversi setturi, fosthom it-turiżmu u l-ambjent, u b'hekk komplejna nsaħħu s-settur pubbliku biex iwassal sabiex ikoll- na settur pubbliku aktar b'saħħtu u imħarreġ." Dr Elaine Sciberras, li ħadet ħsieb il-proġett, enfasizzat kif dan il-proġett ippermetta lill-parteċi- panti minn diversi entitajiet gov- ernattivi jiksbu ħiliet speċjaliz- zati fl-akkwist u l-analiżi ta' data spazjali fl-ambjenti fiżiċi, naturali u soċjali, permezz ta' mmudellar u simulazzjonijiet 3D. Dan ipper- metta t-titjib tal-għarfien f 'firxa ta' oqsma bħall-ippjanar, is-saħħa pubblika, it-trasport, l-avjazzjoni, il-wirt kulturali, id-dinamika spaz- jali tal-kriminalità, il-monitoraġġ tal-ekosistemi, u l-applikazzjoniji- et tal-ilma u tal-baħar, fost oħrajn. Dr Elaine Sciberras ħadet ħsieb il- proġett u enfasizzat kif il-proġett SpatialTrain Scholarship Scheme, immexxi mill-Awtorità tal-Ippja- nar, ippermetta lill-parteċipanti minn diversi entitajiet governat- tivi jiksbu ħiliet speċjalizzati fl- akkwist u l-analiżi ta' data spaz- jali fl-ambjenti fiżiċi, naturali u soċjali, permezz ta' mmudellar u simulazzjonijiet 3D. Dan ipper- metta t-titjib tal-għarfien f 'firxa ta' oqsma bħall-ippjanar, is-saħħa pubblika, it-trasport, l-avjazzjoni, il-wirt kulturali, id-dinamika spaz- jali tal-kriminalità, il-monitoraġġ tal-ekosistemi, u l-applikazzjoniji- et tal-ilma u tal-baħar, fost oħrajn. Dawn is-suġġetti kellhom l-għan li jipprovdu t-tagħlim fuq il-prinċip- ju tal-ġeomatika, l-użu tal-GIS (geographic information systems) kif ukoll l-applikazzjonijiet tagħha għad-diversi oqsma li jikkumpli- mentaw ir-rwoli ta' diversi enti- tajiet governattivi. Għalhekk, dan ippermetta l-użu u tfehim aktar ef- fiċjenti tal-importanza tax-xjenza u l-informazzjoni spazjali, fl-entitaji- et kollha tal-gvern. B'mod ġenerali, l-għarfien miż- jud li qed jinkiseb minn dawn il-parteċipanti kkontribwixxa biex itejjeb il-ħiliet eżistenti ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi għall-analiżi u l-interpretazzjoni ta' data ġeo- grafika, u għandu l-għan li jtejjeb id-deċiżjonijiet ibbażati fuq riżul- tati infurmati. Dan intwera waqt numru ta' preżentazzjonijiet minn parteċi- panti fil-korsijiet tad-Diploma u tal-Masters. Fil-qasam tal-komuni- kazzjoni, l-Inġ. David Scerri spjega kif permezz tal-kors tiegħu beda eżerċizzju ta' monitoraġġ tal-Elec- tromagnetic field (EMF) mal-pajjiż kollu tul il-mogħdijiet u l-karreġġ- jati madwar il-gżejjer Maltin koll- ha. Is-sett estensiv ta' data miġbura pproduċa immaġni raster tal-livelli ta' espożizzjoni EMF, li aktar tard ġiet ffokata fuq punti ta' interess, bħal parks pubbliċi ta' rikreazzjoni li jinsabu f 'Malta. Il-parks kollha f 'Malta nstabu li għandhom livell ta' espożizzjoni taħt il-5% tal-livelli stabbiliti ta' sigurtà ta' EMF. Studju interessanti ieħor ġie ppreżentat mill-Ispettur Shawn Pawney dwar metodi differenti ta' kejl tal-kriminalità fuq skala dif- ferenti, u l-aħjar mod biex tiġi ip- preżentata data fuq skali differenti. Peress li mhux ir-reati kollha huma ugwali, l-użu ta' indiċi ta' severità/ ħsara tal-kriminalità jista' jagħti ħarsa aktar realistika tal-krimi- nalità u l-impatt soċjoekonomiku tagħha. L-użu ta' dan l-indiċi kien effettiv ukoll biex wieħed jifhem il-bidliet fix-xejriet tal-kriminalità matul iż-żmien, u għen biex jiġu identifikati bidliet lokali li influ- wenzaw l-iskala nazzjonali. Il-proġett ESF.04.071 Spatial- TRAIN Scholarships Scheme kien parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond Soċjali Ewropew (ESF) taħt il-Programm Operat- tiv II – Politika ta' Koeżjoni 2014- 2020, "Ninvestu fil-kapital uman biex jinħolqu aktar opportunita- jiet u nippromwovu l-benesseri tas-soċjetà". Spatialtrain Scholarships Scheme

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022