Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 23

06 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum 'Il-Pulizija għandhom jiġu assessjati psikoloġikament qabel ma jiddaħħlu fil-Korp' ANTHEA CACHIA "Veru li għandna bżonn il-Pulizija bħalissa, iżda r-reklutaġġ irid ikun għaqli u qabel ma jiddaħħlu Pulizija fil- Korp għandu jsir assessjar psikoloġiku." Hekk qalet il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca f 'kummenti ma' din il-gazzetta waqt intervista li trattat diversi temi fosthom il-femiċidju. "Smajna bi kwistjonijiet koroh ħafna fil-Korpi Iddixxiplinati tagħna. Mhux ċajta li jkun hemm element ta' razziżmu daqshekk b'saħħtu u li naslu fil- punt li allegatament insawwtu lil individwi. Għalhekk nemmen li għandu jsir dan l-ittestjar biex nassiguraw kemm jista' jkun li l-istorja ma tirrepetix ruħha," żiedet Coleiro Preca. Hawn hija kienet qed tirreferi għat-tliet pulizija żgħażagħ Rica Mifsud, Jurgen Falzon u Luca Brincat li allegatament kienu jaħtfu persuni barranin, joħduhom Ħal Qormi, jsawtuhom u jhedduhom. Fuq hekk Coleiro Preca kompliet tgħid li meta persuna jkollha sens ta' preġudizzju qawwi tant li ma tistax tikkontrollah, jista' jagħti l-każ li persuna jkollha tip ta' preġudizzju ieħor. "Jista' jkun li jħares lejn mara, fosthom xi kollega fuq ix-xogħol, bħala inferjuri għalih. Dik forsi manifestazzjoni mill-agħar ta' preġudizzju. Allura dan irridu nilqgħu għalih." Fil-fatt il-ġimgħa l-oħra, l-ILLUM ippubblikat il- kummenti ta' Coleiro Preca meta qalet li "s-sistemi fallew, bla dubju ta' xejn", fid-dawl tat- tielet femiċidju tas-sena. Coleiro Preca tkellmet ukoll iżda fuq in- nuqqasijiet fil-Qrati ta' Malta u fil-Korp tal-Pulizija. Hija sostniet li hemm bżonn ta' aktar riżorsi umani fit-tnejn, speċjalment fil-Korp tal-Pulizija u li dawn ma jkunux 'jack of all trades' iżda jkunu speċjalizzati, inkluż fuq il-femiċidju u l-vjolenza domestika. Hija sostniet li għandha tiġi evalwata ix-xejra tat-tnaqqis ta' żgħażagħ li jridu jidħlu pulizija u li għandu jkun evalwat għaliex għal ħafna żgħażagħ dan ix- xogħol mhux attraenti jew iħossu li ma jagħtix sodisfazzjon personali. 'Kien hemm vapur bil-Maltin li ħallewh barra l-port għal numru ta' ġranet għax lilna jarawna aktar somor' U la darba bdejna bil-pulizija u l-immigranti Coleiro Preca tkompli proprju fuq is-suġġett tal- barranin li qed jiġu pajjiżna biex isibu ħajja aħjar. Filwaqt li irrimarkat li pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li jibgħat lin-nies għall-missjoni, wieħed mill- aktar pajjiżi li jgħin biex jinġabru l-flus għall-karità u fi żmien il- Milied kulħadd ikun ġeneruż. Minkejja dan tgħid li bħala poplu għandha ma tgħallimniex il-veru tifisira tal-Milied. "Il-Milied niċċelebrawh is-sena kollha u l-valuri li nipprattikaw fil-25 ta' Diċembru, irridu nġorruhom magħna s-sena kollha. Jekk nagħmlu dan, nindunaw li dak it-tifel jew ż-żagħżugħ rriskja ħajtu biex jaħrab il-gwerra, il-persekuzzjoni u l-faqar, b'possibilità li jkollu ħajja aħjar." Kompliet tgħid mal-ILLUM li f 'ħafna każi l-għażla tal- immigranti hija jew li jmutu bil-ġuħ jew li jittantaw xortihom u jsibu konsolazzjoni f 'pajjiż ieħor. Reġgħet tenniet li kieku l-ġenerożità u l-imħabba nġorruha s-sena kollha bħala pajjiż ma nsibuhiex diffiċli biex nilqgħu l-immigranti li, "qed jaħarbu minn dawn is- sitwazzjonijiet tal-biża'." Hija irrakkontat li kien hemm każi ta' immigranti li baqgħu jiġu ittorturati u jsforu l-ġuħ sakemm il-familji tagħhom jibagħtulhom il-flus. Kompliet tirrakkonta li minn esperjenza li kisbet minn immigranti innifishom f 'ċertu każi, "itellgħuhom fuq id-dgħajsa, kif jaraw il-baħar jitwerwru għax qatt ma jkunu raw il-baħar, ma jkunux iridu jmorru u jhedduhom b'pistola. Ikun hemm każijiet li jerġgħu itellgħuhom l-art u jerġgħu jhedduhom għal aktar flus." Minkejja dan żiedet tgħid li għandha ħafna fiduċja fil- ġenerożità tal-Maltin "għax fuq kollox anke aħna l-Maltin xi darba konna immigranti. Meta żort l-Awstralja u ltqajt ma' immigranti Maltin qaluli li kien hemm vapur bil-Maltin li ħallewh barra l-port għal numru ta' ġranet għaliex lilna tal-Mediterran jarawna aktar somor. Aħna għaddejna minnha wkoll. Allura irridu nagħmlu l-istess?" Żiedet tgħid li jinkwetaha ħafna l-fatt li tara ħafna kuntrasti fl-attitudni tal-poplu Malti u li "llum jekk inħalli l-kelba tiegħi fix-xita jirrappurtawni lil tal- Animal Welfare u jiġu għalija iżda li nħalli familji sħaħ bi tfal u trabi f 'nofs il-baħar Mediterran, ma ninkwetawx. Anzi jekk tegħreq dgħajsa ikun hemm kummenti fuq il-midja soċjali li jgħidu 'mhux tort tagħhom, għaliex ġew?" Malta hija gżira żgħira f 'nofs il-Mediterran u għandha wkoll il-limitazzjonijiet tagħha u ma tiflaħx għal popolazzjoni ikbar minn ta' issa. Minkejja dan il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca tgħid li l-ippjanar b'mod ġenerali għandu jkun il-qofol ta' kollox. Fakkret li pajjiżna "jimporta" lill- ħaddiema biex jaħdmu f 'ċertu setturi u tenniet li kollox irid isir bi pjan. "Ma tistax telimina l-element soċjali mill-ekonomija, għax biex timxi 'l quddiem trid tassigura li jkollok ekonomija għan-nies u mhux ikollok in- nies għall-ekonomija," sostniet Coleiro Preca mal-ILLUM. Hija żiedet li ma nistgħux inwaħħlu fl-immigranti għall- iżvilupp rampanti, "speċjalment dawk l-immigranti Afrikani li jiġu pajjiżna ta' fuqhom senduqhom. Dawn ma jkollhom xejn." Fl-istess waqt hija għamlet aċċenn għat-turiżmu wkoll u li huwa minnu li pajjiżna għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. "Kemm nifilħu bħala pajjiż? Aħna m'aħniex bħall-Irlanda jew Ċipru. Għaldaqstant irridu nagħmlu pjan ħolistiku u mhux ekonomiku biss u li fiċ-ċentru tiegħu ikollu l-bniedem u l-benesseri tiegħu." Fi tmiem it-tieni parti ta' din l-intervista hija qalet li Malta hija aktar tat-tfal futuri milli tagħna. "It-tfal qed jisilfuhilna lil Malta tagħna u għandna dmir li nieħdu ħsieb dak li se nħallu warajna. Jekk le, x'tip ta' legat se nħallulhom?" temmet tistaqsi mal-gazzetta ILLUM il- President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca. L-aħħar parti ta' din l-intervista se tidher bħal-lum ġimgħa. Għaliex trid li mar-reklutaġġ ta' uffiċjali tal-pulizija jsir assessjar psikoloġiku? X'taħseb fuq ir- razziżmu u l-immigrazzjoni? Marie Louise Coleiro Preca dwar il-forzi tal-ordni, inċidenti li seħħew fil- konfront ta' barranin u għaliex bħala Maltin ma għandniex nagħtu daharna lill-immigrant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022