Illum previous editions

ILLUM 11 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1487970

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 23

12 illum • IL-ĦADD 11 TA' DIĊEMBRU 2022 aħbarijiet 'Jekk il-fetu jkun vijabbli u saħħet il- mara mhux f'periklu n-neċessità ta' terminazzjoni ma tibqax... Diżonest min jgħid li rridu noqtlu t-trabi' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kontroversja ma tridx tbatti u ma nistennewx li tbatti hekk kif is-suġġett tal-abort iqajjem tant kontroversja, kif dejjem għamel għal dawn l-aħħar snin. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi għal intervista mal-Ministru għall- Ġustizzja Jonathan Attard - wieħed mill-imħuħ wara l-emenda li qed tqajjem tant irwiefen propju għax il-Gvern qed jiġi akkużat li qed jipprova jdaħħal l-abort 'on demand' mit-tieqa, la ma jistax idaħħlu mill-bieb. U allura l-ewwel mistoqsija ta' din il-gazzetta tkun propju dwar din l-akkuża. Il-Gvern qed ikun akkużat illi huwa diżonest meta jgħid li mhux qed idaħħal l-abort, ladarba t-terminazzjoni ta' tqala hija minnha innfisha abort. Il- Gvern qed jifformalizza l-abort f 'każi fejn ħajjet jew saħħet il- mara tkun f 'periklu gravi. Qed naqblu? Il-Ministru Attard jibda billi jwieġeb li hu ma jaqbel assolutament xejn mar- raġunament ta' din il-gazzetta u jisħaq li l-Gvern qed ikun "responsabbli, onest u realistiku" meta ffaċċjat b'nuqqas fil-liġi. Huwa fakkar li pajjiżi oħrajn fejn l-abort huwa legalizzat xorta għandhom leġiżlazzjoni li tkopri din ir-realtà u ċirkostanza, jiġifieri tqala li jkollha tkun itterminata minħabba li ħajjet jew saħħet il- mara tkun f 'periklu gravi. "Hawnhekk qed nitkellmu dwar is-sitwazzjoni ta' ħajja jew saħħa f 'periklu gravi - mill- bqija kull ma jagħmel l-abort illegali fil-Kodiċi Kriminali hekk se jibqa' u mhux se jinbidel," qal il-Ministru Attard li saħaq illi l-Gvern qed jindirizza sitwazzjoni li kienet eżistenti fil-liġi Maltija u li qed iressaq din l-emenda sabiex jagħti serħan il-moħħ kemm lill-professjonisti u anke biex - fi kliemu - jassigura "l-aqwa saħħa lill-ommijiet meta jiffaċċjaw problemi gravi ta' saħħa." Il-kelma "Saħħet" se tiftaħ il-bibien għall-Abort 'On demand'? Il-gazzetta mela ddur fuq it-tieni kritika li qed jaqla' l-Gvern. Il-kritika hija li bl-użu tal-kelma "saħħet" il-Gvern fir- realtà qed iħalli l-emenda waħda vaga, bil-konsegwenza li - kif l-Oppożizzjoni tgħid li ġara fir- Renju Unit - l-eċċezzjoni tintuża biex l-abort isir in-norma fil-Liġi. Il-gazzetta terġa' tistaqsi jekk l-Gvern ħalliex din l-emenda vaga sabiex idaħħal l-abort on demand mit-tieqa. Attard beda illi qal li s-sitwazzjoni ta' Malta ma' dik tar-Renju Unit ma tistax titqabbel, għax reġa' fakkar li l-artikoli fil-liġi relatati mal- abort se jibqgħu fil-liġijiet tagħna kif inhuma, "imma meta jkun hemm ċirkostanzi estremi fejn ħajja jew saħħa ta' mara tkun f 'qagħda gravi - u importanti li Bħalissa fl-għajn ta' ħafna kritika, minn bosta li qed jakkużaw lill-Gvern illi qed jipprova jdaħħal l-abort mit- tieqa la ma għandux mandat politiku biex idaħħlu mill- bieb. Kif jirrispondi l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard mal-ILLUM?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 December 2022