Illum previous editions

ILLUM 18 December 2022

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 23

16 kotba IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Il-qari tal-Maltin Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Dil-ġimgħa tkellimt ma' awtur li bagħatli reċensjoni alternattiva, b'nofs ċajta imma b'serjetà kbira, għal waħda li ktibt m'ilux li dehritlu wisq diplomatika. Ma stajtx ktibtha aħjar minnu din il- verżjoni 'aktar sinċiera', u reġgħet feġġet id-dilemma tar-reċensur f 'panorama letterarju partikolari għall-aħħar bħal dak Malti. Fil- każ ta' dan il-ktieb, l-allużjonijiet rajthom forsi kienu biżżejjed biex almenu jindirizzaw lill-awtur stess, iżda hemm min se jgħidlek li tkun dnibt bit-tjubija jew bil- laxkezza żejda. Imkejjen oħra, stqarrejt aktar minn darba li xogħli mhuwiex l-istroncatura, it-tkissir. Anki jekk drabi jkun hemm bżonnu, u dan x'aktarx nirriżervah għal min huwa ġa stabbilit jew inkella jippretendiha, biex ngħiduha kif nitkellmu. Nimmaġina li l-aspettattiva maħluqa, f 'każijiet bħal dawn, trid tikkorrispondi mal- prodott finali, u forsi hawn jidħol il-kritiku. Iżda nafu lkoll li kritiku wieħed mhuwiex biżżejjed, u l-firxa tar-reċensjoni f 'Malta għadha dejqa wisq biex tippreżenta għadd varjat ta' fehmiet dwar xogħol, jekk neskludu l-biċċa l-kbira li jaqraw bħal riklam jonkella jistrieħu fuq il- kumplimenti universali tal-"ħelu" u l-"mexxej". Naħseb ħafna dwarha din, u niakar ukoll f 'ħaġa li ngħid ta' spiss: illi l-ħidma ta' reċensur serviet (u jaf dak kien l-għan ewlieni meta twebbilt għalija) biex naqra dak li kieku ma naqrahx. Għaliex minkejja l-kotba tal-awturi mmexxija b'għażla mill-pubblikaturi, u li almenu jagħmlu ħoss (fid-deher?) fuq il-midja, l-aktar soċjali, hemm ħemel kotba u awturi li jiżegħedu l-ixkafef tal-ħwienet tal-kotba u li lanqas il-pubblikatur tagħhom stess ma jirreklamhom. Intervista reċenti li kelli mat-Times, li daret fuq il-mistoqsija jekk aħniex ngħixu f 'era mdiehba inkella tiddi tal-kitba Maltija, qajmet għadd ta' mistoqsijiet fiċ-ċirku dejjaq tagħna tal-midja soċjali, anki fost l-awturi u l-ħaddiema editorjali l-oħra li ntalbet fehmithom. Punt li reġa' qam kien li minkejja din l-era apparentement tleqq tal-kitba Maltija, fejn ikompli joħroġ ktieb wara l-ieħor, x'aktarx wisq aktar minn qatt qabel, il-qarrejja xorta baqgħu it. U hawnhekk nippreżenta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 December 2022