Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
22 oroskopju IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Libra ser tkun ġimgħa ta' deċiżjoni jekk għandekx tieħu vakanza twila jew le fl-aħħar tas-sena. Ovvjament trid twettaq analiżi ta' kemm ser tiswik ħin din il-vakanza peress li taf kemm ikun xogħol qiegħed jistennik meta tiġi lura. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Leo. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Scorpio ser tkun ġimgħa sabiex tiem aħjar il madwar komplut tiegħek. Tull dawn l-aħħar xhur int rajt ħafna tibdil iseħħ. Għalkemm mhux kollox kif xtaqt int dan kien bżonn u għalhekk issa għaraf sew dak li hemm meħtieġ b'reqqa għas-sena d-dieħla. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Pisces. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Sagittraius hija ġimgħa ta' rifflessjoni dwar dak li int irnexxilek twettaq tul l-erba' ġimgħat li int esperjenzajt waqt il- fażi ta' l-istess żodjaku tiegħek. Int kellek takwista ħafna minn din il-fażi. Għalhekk fejn taħseb li dan ma seħħx wettaq analiżi sew ta' dan. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Sagittarius. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik l-istess Capricorn hija ġimgħa ta' preparazzjoni għal dawk l-erba' ġimgħat li int tkun qiegħed tesperjenza fl-istess żodjaku tiegħek. Dawn għandom ikunu erba' ġimgħat fejn żgur għandek twettaq ħafna affarijiet għax l-enerġija tkun miegħek. Għalhekk ħejji sew lilek innifsek sabiex kull ġurnata twettaq xi ħaġa sinjifikanti. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aries. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Aquarius ser tkun ġimgħa sabiex twettaq sew dak li tħoss ġewwa fik b'aktar attenzjoni. Int trid tgħaraf li issa kważi għaddiet sena oħra minn ħajtek u għalhekk għaraf tajjeb dak li int verament tixtieq. Taħliex aktar żmien għax dak li titlef illum ma jiġiex għada. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Pisces ser tkun ġimgħa li issa trid tgħaraf eżatt liema huma dawk is- sitwazzjonijiet li s-sena dieħla ma għandomx jibqaw madwarek. Dan huwa mportanti sabiex int tkun aktar ikkonċentrat biss fuq dawk is-sitwazzjonijiet li verament jagħmluk stabbli. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Scorpio. Namaste BIDU TA' L-GĦAXAR ŻODJAKU TA' CAPRICORN MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Aries ser tkun ġimgħa għal tħejjija għal l-aħħar erba' ġimgħat ta' din is-sena fejn int trid tgħaraf twettaq dak biss li issa huwa verament meħtieġ sabiex b'hekk int tkun aktar iffokat fit- twettieq li ser tagħmel. Dejjem kun għaqli fid-deċiżjonijiet tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Cancer. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Taurus ser tkun ġimgħa fejn issa trid tanalizza l- pjanijiet li hemm iduru madwarek għas sena li ġejja. F'dawn l-erba' ġimgħat li ġejjin int għandek twettaq rifflessjoni profonda sabiex tħejji tajjeb il-pjanijiet li hemm quddiemek. Analizza b'għaqal sabiex int tkompli titkattar lejn il-miri prinċipali mixtieqa. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Capricorn. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Gemini ser tkun ġimgħa ta' għarfien bejn dak li sa issa rnexxilek twettaq u għal dak li jinħtieġ jitwettaq fl-erba' ġimgħat li baqa għal tmiem din is-sena. Int taf li int sodisfatt b'dak li wettaqt pero' tħoss li hemm aktar x'tista' twettaq. Għalhekk għaraf il-miri tiegħek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Aquarius. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Cancer ser tkun ġimgħa ta' ħsieb lejn il- kundizzjoni mentali tiegħek għax taf li minħabba l-pressjoni li int għandek minħabba r-responsabbilta' fil-ħidma tiegħek din qegħda tkun piż mentali għalik. Għalhekk prova ħu pawża żgħira sabiex tieħu enerġija friska. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Taurus. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Leo ser tkun ġimgħa li issa trid tagħżel bejn l-aħħar deċiżjonijiet fundamentali. F'dawn l-aħħar erba' ġimgħat li baqa għal tmiem is-sena ma tistax tkun indeċiż u għalhekk ħu l-aħjar deċiżjoni u hekk tkun f 'qagħda aktar stabbli. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Iż-żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Libra. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu ta' l-għaxar żodjaku ta' Capricorn għalik Virgo ser tkun ġimgħa fejn int ser tkun l-accountant tiegħek innifsek fejn hemm bżonn twettaq analiżi fuq l-infieq tiegħek u hekk tkun żgur li sa l-aħħar tas-sena tkun f 'qagħda finanzjarja aħjar speċjalment issa li bdejt tħoss li kellek ċerta spejjes li ma stajtx tevithom. Għalhekk analizza dan sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Iż- żodjaku li ser joffrilek motivazzjoni ġej minn Gemini. Namaste IL-ĠIMGĦA TA' ISPIRAZZJONI GĦALIK MILL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU SAL-ĦADD 25 TA' DIĊEMBRU Il-ġimgħa li ġejja hija waħda partikolari fejn għandek l-ewwel parti tal- ġimgħa fiż-żodjaku ta' Sagittarius imbagħad it-tieni parti tal-ġimgħa ser inkunu qegħdin nesperjenzaw il-bidu tal-għaxar żodjaku dak ta' Capricorn. F'dan l-artiklu qiegħed inwassal din il-forma ta' gwida għax sfortunatament xi kultant għalkemm inkunu ffokatti ma nindunawx b'dawk l-opportunitajiet li jkunu qegħdin iseħħu madwarna u dan forsi għax dik l- opportunita' ma tkunx fil-format kif nixtiequ jew naħsbu. Il-qawl Malti jgħid li xejn ma' jseħħ għal xejn. B'hekk ser nagħti ħarsa lejn din il-ġimgħa partikolari li tibda mill Ħadd 18 ta' Diċembru sa nhar il-Ħadd 25 ta'mDiċembru fejn żgur int għandek ġimgha rikka ta' aspetti ferm interessanti u pożittivi. Bejn il-Ħadd 18 ta' Diċembru sa' L-Erbgħa 21 ta' Diċembru ser nesperjenzaw l-aħħar jiem tad-disa' żodjaku ta' Sagittarius kif ukoll l-aħħar jiem ta' l-istaġun tal-Ħarifa. Il-Ħamis 22 ta' Diċembru jibda l-għaxar żodjaku ta' Capricorn, żodjaku li jagħmel parti mill l-element tal-art u li hu huwa kkombinat ma' ż-żodjaki ta' Taurus u Virgo ,fejn tispikka d-determinazzjoni, l- kuraġġ u l-ambizzjoni. F'dan il-jum ukoll jibda' l-istaġun kiesaħ tax-xitwa fejn issa nibdew nesperjenzaw aktar temperaturi baxxi kif ukoll xi maltempati wkoll. Il-Ġimgħa 23 ta' Diċembru ser inkunu qegħdin nesperjenzaw l-aħħar new moon għal din is-sena, new moon li dejjem joffri diversi aspetti pożittivi dejjem marbutin ma' xi bidu ġdid. Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta' Diċembru niċċelebraw lejliet il-Milied u jum il-Milied jumejn verament mistennija , f 'dawn il-jumejn it-tfissira hija ta' għaqda, armonija u paċi. Jien minn qalbi nawgura lil qarreja kollha ta' din il-paġna u ta' din il-gazetta u lil ħbieb u lil familji tagħkom il- Milied it-tajjeb mimli mħabba, paċi u saħħa. Il-Milied it-tajjeb mingħand PAULJON. Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON