Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 2090 8600 Mill-2025 il-vapuri kollha li jgħaddu minn Malta se jaqilbu għal fuels aktar nodfa L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) il-Ġimgħa adottat formalment proposta biex il-Baħar Mediterran jiġi ddikjarat bħala Sulphur mission Control Area (SECA). Id-dħul fis-seħħ ta' din il- miżura kontra t-tniġġis ifisser li l-vapuri kollha li jkunu għaddejjin mill-Baħar Mediterran se jkunu obbligati jużaw fuels aktar nodfa b'kontenut inqas ta' kubrit biex inaqqsu l-emissjonijiet tossiċi tagħhom. BirdLife Malta flimkien mal- Imsieħba tagħha fil Familja tal- BirdLife, in-NABU (BirdLife Germany) u għadd ta' msieħba oħra fil Mediterran kienu qed jagħmlu pressjoni għal din il- miżura, li hija l-ewwel pass lejn tbaħħir aktar nadif fil-Mediterran. Is-SECA fil-Mediterran se tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Mejju 2025. Il-kontrol tat-tniġġis tal-arja u l-ħarsien tal-ambjent għandhom rwol speċjali fil Baħar Mediterran, li huwa wieħed mill-aktar ibħra miżgħudin bl-attività marittima fid-dinja. Id-deċiżjoni tal-IMO li tistabbilixxi Sulphur Emission Control Area fil-Mediterran hija pass kruċjali u ferm mistenni lejn arja aktar nadifa fir reġjun kollu kemm hu. It-tniġġis tal- arja mill-industrija tat-tbaħħir jikkontribwixxi għal madwar 40% tat-tniġġis kollu fl-ibliet mal-kosta tal Mediterran, u jikkawża danni sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l klima. Għaldaqstant BirdLife Malta tilqa' b'sodisfazzjon il-bidla lejn fuels aktar nodfa għall-bastimenti li għandha twassal għal kwalità tal-arja aħjar għan-nies li jgħixu f 'Malta u għall-150 miljun persuna residenti madwar il-Mediterran. Għalkemm napprezzaw ir- rieda tal-pajjiżi tal-Mediterran li jtejbu s-settur tat tbaħħir tagħhom billi jistabbilixxu s-SECA, huwa importanti li tkompli l-ħidma fl istess direzzjoni biex tkun stabbilita wkoll Emission Control Area (ECA) għan Nitroġenu (NECA) li huwa wieħed mill-kontributuri prinċipali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, li wkoll huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. It-twaqqif ta' ECA bħal din, simili għal dik li hemm fil-Baħar tat-Tramuntana u l Baħar Baltiku, ikompli jtejjeb aktar il-kwalità tal- arja, u b'hekk ikunu salvati mijiet ta' ħajjiet fil-Mediterran kull sena waqt li tiżdied is- sostenibbiltà tas-settur marittimu u tingħata spinta lill-bidla neċessarja lejn fuels li ma jagħmlux ħsara lill- klima. It-traffiku marittimu madwar Malta qiegħed kulma jmur iżid fl intensità tiegħu kull sena, u għalhekk Żona ta' Kontroll tal- Emissjonijiet tal Kubrit u tan- Nitroġenu għandha tkun prijorità assoluta jekk irridu tassew inħarsu s-saħħa u l-ambjent tagħna. Għaldaqstant, nappellaw lil dawk li jieħdu d deċiżjonijiet f 'pajjiżna sabiex ma nitilfux l-impetu li qbadna u mill-aktar fis tittieħed azzjoni billi Malta tappoġġja t-twaqqif tan-NECA (ECA għan- Nitroġenu) fil-Mediterran bħala l-prijorità li jmiss. Malta hija sieħeb influwenti fi ħdan l-IMO u tinsab fil-qofol ta' waħda mill-aktar rotot ta' tbaħħir importanti fid-dinja. Fid-dawl ta' dan, inħeġġu wkoll lill awtoritajiet Maltin biex jagħtu spinta lil tbaħħir nadif u climate-friendly. Fost il miżuri li jistgħu jittieħdu f 'din id- direzzjoni hemm il-promozzjoni ta' Nitrogen Emission Control Area, il-konklużjoni tal-proġett għal konnessjoni shore-to-ship għal cruise liners ankrati fil-Port il-Kbir kif ukoll il-possibbiltà li s-sistemi tal ferry jinqalbu biex jaħdmu bl- elettriku.