Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1488478
04 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' DIĊEMBRU 2022 • illum Il-Kampjonat Internazzjonali tal-Mapfre Euromed, regatta internazzjonali tal-ibburdjar mifruxa fuq erbat ijiem beda llum fil-Bajja tal-Mellieħa. Il- kundizzjonijiet tat-temp kienu tajbin u saru t-tiġrijiet kollha ppjanati għall-ġurnata, b'tiġrija addizzjonali ssir għall-flotta tal- Optimist Cadet u Senior Korsijiet tlielaq kienu separati għall-Klassijiet Optimist u ILCA ġew imqiegħda fin-naħa ta' barra tal-Bajja tal-Mellieħa, iżda b' distanza viżibbli minn xulxin. L-unika kundizzjoni li kienet tvarja bejn iż-żewġ korsijiet kienet nefħa tal-baħar kemxejn aktar qawwija għall-Klassijiet ILCA. Il-Klassijiet tas-Seniors u Cadet tal -Kadetti Optimist ħadu sehem f ' erba' tiġrijiet, bil-Klassi tal- Beginners jieħdu sehem fit-tlett tiġrijiet ippjanati. Fl-ewwel tellieqa, b'riħ mill-Majjistral li jvarja bejn 8 -10 mil nawtiku fis-sieħga u b'imbatt ta' 0.4m rat l-Ispanjol Juan Domingo, li dan l-aħħar spiċċa t-tielet fit-Trofeo Cuidad de Palma, kien qed imexxi l-flotta sal-raba' tiġrija tal-ġurnata, meta l-ewwel post fl-aħħar tellieqa mill-Ukren Sviatoslav Madonich rah jieħu vantaġġ proviżorju u jikseb punti ndaqs ma Domingo. Warajhom fit- tielet post kien hemm Martinius Hopstock (NOR). L-ogħla klassifika Maltija għal din il-klassi, għall-ġurnata kienet Emily Fenech li spiċċat fis-sitt post. Warajh spiċċa Martinius Hopstock (NOR), segwit mill- Ukren Sviatoslav Madonich, li dan l-aħħar spiċċa fis-sitt post fil- Kampjonati tad-Dinja. L-ogħla post miksub minn parteċipant Malti, f 'din il-klassi kienet Emily Fenech li rebħet it-tieni tiġrija u spiċċat fil-raba post. Il-Klassi tal-Beginners rat lill- flotta tikkompeti fi tliet tiġrijiet. Il-Malti Matteo Mamo kellu prestazjoni konsistenti u bħalissa qiegħed fuq quddiem b'6 punti, quddiem Mattea Bowman (MLT) fit-tieni post u Marcello Morace (ITA) fit-tielet post. Dawn l-ahhar tnejn kisbu punti ndaqs ghall- gurnata. L-ewwel tiġrija rat lill-flotta tal- ILCA ittellaq f ''kundizzjonijiet ta'riħ li laħħqu madwar 10 mili nawtiċi fis-siegħa, b'imbattta' 0.6m. Aktar tard fit-tieni tiġrija, ir-riħ żdied għal madwar 12-il mil nawtiku fis-siegħa b'imbatt kemxejn ogħla, madankollu l-kundizzjonijiet baqgħu konsistenti għat-tielet u l-aħħar tiġrija tal-ġurnata. Malta sabet posta fil-quċċata tal-klassifika ILCA 4 kif ukoll tal-ILCA 6 permezz tal-isforzi ta' Benjamin Vassallo u Shaun Aquilina rispettivament. Mariyan Shangov (BUL) u Jake Mallia (MLT) segwew lil Vassallo fl-ewwel tliet postijiet tal-ġurnata. Vassallo kellu bidu tajjeb b'rebħa u b'mod konsistenti żamm żewġ it- tieni postijiet fit-tiġrijiet ta' wara. Minkejja bidu kemm xejn tajjeb fejn Shaun Aquilina spiċċa fis-seba' post fl-ewwel tellieqa fil-Klassi ILCA 6, hu patta għall- ewwel riżultat billi rebaħ it-tieni u t-tielet tiġrija. Fl-istess flotta kien hemm Irene De Tomás Perelló, iċ- Champion Ewropea tat-tfajliet tal- ILCA 4 tal-2022. Perelló issa mxiet għal ILCA 6 u hi meqjusa bħala waħda mill-kompetituri li wieħed għandu jsegwi f 'dan il-Kampjonat. Fit-tielet post kien Dmytro Karabadzhak (UKR), li minkejja l-ewwel żewġ tiġrijiet tajbin li rawh jispiċċa fl-ewwel u fit-tieni post, it- tielet tiġrija tal-ġurnata ratt jispiċċa fid-disa' post. Il-Kampjonati Internazzjonali Mapfre Euromed qed jiġu ospitati mill-Malta Young Sailors Club taħt l-awspiċji tal-Malta Sailing Federation. Il-Kampjonati huma appoġġjati minn Mapfre Middlesea, Yachting Malta, Zhik, Greens Supermarket, S&D Yachting, Kellog's u Farsons. It-tlielaq jerġgħu jibdew fil-Bajja tal-Mellieħa, nhar il-Ħadd 18 ta' Diċembru fl-10:00 a.m, Kundizzjonijiet Perfetti għall- ewwel ġurnata tal-Kampjonat Internazzjonali tal-Ibburdjar 220 baħri li jirrappreżentaw 16-il pajjiż jikkompetu f'regatta annwali Il-President ta' Malta George Vella ħeġġeġ lil kull min iħaddem biex ma jkunx xħiħ fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Waqt iċ-ċerimonja 'Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2022' organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, il-President irrefera għall-inċidenti fuq il-post tax-xogħol li wħud minnhom kienu fatali. "Min iħaddem u l-awtoritajiet responsabbli għandhom ikunu xprun ta' inizjattivi li jevitaw u jwarrbu lill-impjegati minn diżgrazzji li jkunu jistgħu jiġu evitati bi it aktar attenzjoni u dixxiplina," qal il-President Vella. Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jirrikonoxxi d-dedikazzjoni u l-bżulija tal-ħaddiema, bil- President jgħid li pajjiżna minn dejjem kien magħruf għall-għaqal u l-bżulija tal-ħaddiema tiegħu. "F'dawn l-aħħar snin żdiedu sew il-ħaddiema barranin fostna. Dawn kienu, għadhom u se jibqgħu element kruċjali fis-suċċess ekonomiku ta' pajjiżna. Filwaqt li nirringrazzjahom tal-kontribut validu tagħhom, nixtieq li kull wieħed minn dawn jiġi trattat b'rispett u b'dinjità għas- servizz li jkunu qed jagħtu," qal il- President. Waqt li radd ħajr lill-ħaddiema kollha tas-sagrifiċċji li għamlu matul il-pandemija, il-President Vella ħeġġeġ lil min iħaddem biex ikomplu jagħmlu użu mis-sistemi elettroniċi anke issa li r-restrizzjonijiet huma xi ħaġa tal-passat. "Nemmen li s-sistemi varji li tħaddmu offrew bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal- ħaddiema. Fl-istess ħin, tnaqqset il-ħafna konġestjoni mit-toroq u mill-uffiċini fejn anke l-konsumatur tgħallem juża sistemi elettroniċi għal bosta servizzi," stqarr il- President George Vella.Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, qal li għalkemm l-isforz tal-Gvern huwa ferm importanti biex inkomplu niksbu riżultati pożittivi fl-ekonomija tagħna, il- verità hija li żgur ma kinux jinkisbu dawn ir-riżultati li kieku ma kienx għall-bżulija tal-ħaddiema u l-ispirtu intraprenditorjali tan-negozjant Malti. "Min iħaddem m'għandux ikun xħiħ mas-saħħa u s-sigurtà tal- ħaddiema" – il-President