Illum previous editions

ILLUM 22 January 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1490636

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 23

14 kummerċjali IL-ĦADD 22 TA' JANNAR 2023 • illum Il-faċċata art deco protetta f'Tigne ser tinżamm u ser tiġi restawrata bħala parti mill-proġett approvat L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) tirreferi għal rapporti skorretti li jappartjenu għall- applikazzjoni tal-iżvilupp approvata reċentement mill- Kummissjoni tal-Ippjanar ta' proprjetà f 'Tigne, Tas- Sliema. Il-faċċata skedata Grad 2 ta' proprjetà f'Tigne, Tas-Sliema se tinżamm kollha kemm hi u tiġi restawrata bħala parti minn proġett ta' żvilupp li se jinkludi l-bini ta' erba' sulari addizzjon- ali u penthouse fuq in-naħa ta' quddiem. L-applikazzjoni ġiet approvata skont id-deċiż- joni meħuda mit-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ip- pjanar wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar kienet irrifjutat l-applikazzjoni. L-applikazzjoni approvata tiżgura li d-disinn tas-sulari addizzjonalment fi Triq Tigne u Triq Sant'Antnin ikun ko- erenti mal-faċċata eżisten- ti tal-proprjetà li l-Awtorità kienet skedata f'Ġunju 2018. L-Awtorità kienet skedat il-faċċata ta' din il-proprjetà wara li ġiet sottomessa appli- kazzjoni għat-twaqqigħ tal-bini kollu minħabba d-deterjorazz- joni tiegħu. Flimkien ma' din il-binja 'Maronna', il-PA kienet ippro- teġiet ukoll il-faċċata ta' żewġ proprjetajiet oħra ġirien jiġifieri 'Lavinia' u 'Licinia'. It-tliet proprjetajiet kollha għandhom tip uniku ta' arkitet- tura Art Deco iddisinjat minn Filippo Tortell fil-bidu tas-snin tletin. Is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali tat il-kunsens tagħha għal dan il-proġett u l-istil arkitettoniku se jinżamm kollu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 January 2023