Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023
22 oroskopju IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 • illum Libra mit-23 ta' Settembru sat- 22 ta' Ottubru F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Libra ser ikun dak il-perjodu fejn int trid twettaq analiżi profonda f 'dawk l-aktar sitwazzjonijiet meħtieġa. Int trid tgħaraf issib it mumenti sabiex tara x'hemm bżonn issir madwarek sabiex b'dan int tkun kapaċi tkompi tħares lejn il-futur aktar stabbli. Huwa ferm importanti li int twettaq dan għal dak it-tkattir li hemm riesaq lejk. Analizza. Libra huma magħrufin għal ispontanjeta' tagħhom. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal- 21 ta' Novembru F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Scorpio huwa mument ta' rifflessjoni profonda kemm dwar il-ħajja personali tiegħek kif ukoll f 'dak il-madwar tiegħek. Għalkemm din ir-rifflessjoni ser tagħmlek tħossok bħal qisek qiegħed maqbud bejn żewġ toroq importanti li int tgħaraf fejn int verament tixtieq tasal sabiex b'hekk tkun tista' tibni aħjar lilek innifsek. Irrifletti. Scorpio huma magħrufin bħala persuni ta' linja diretta. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Sagittarius ser ikun żmien tajjeb ħafna għalik sabiex tibda tirranġa dawk l-intoppi li qegħdin ikunu forma ta' tfixkil. Hemm bżonn li int tgħaraf iż-żomm bilanċ aħjar fil- madwar tiegħek. Għalhekk dan huwa l-aħjar mument li int tista' tgħaraf id-direzzjoni ideali fit-twettieq li tixtieq. Analizza. Sagittarius huma magħrufin għal abbilta' u t-twemmin fihom infushom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Capricorn ser iġielek tħoss li int trid tħejji skeda ġdida sabiex tibda twettaq tibdil madwarek. Żgur li waħda mit- tibdil hi li int trid issib aktar spazju għalik sabiex tkun tista' tirrilassa, tirrifletti u tgħaraf aktar lilek innifsek. Dan huwa dak il-mument li ser jagħtik dak id-dawl lejn dawk id-direzzjonijiet li int vera tixtieq. Irrifletti. Capricorn huma magħrufin għal attenzjoni. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Aquarius ser jagħmlek aktar lejn fokazjoni u kuraġġ u għal dak li issa int trid tiddeċidi f 'dawn il-ġranet li ġejjin, deċiżjonijiet li żgur ser ibidlu l- mod kif kont tqassam il-ġurnata. Għalhekk tajjeb li tħejji aħjar lilek innifsek sabiex dak li int tiddeċidi jkun biss dak li lilek jagħtik dak li vera tixtieq. Analizza b'għaqal. Aquarius huma magħrufin għal istabbilta' tagħhom. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik l-istess Pisces ser ikun rifflessjoni profonda dwar il-karriera kemm dik preżenti kif ukoll dwar dak li int qiegħed tistenna fil-futur qarib. Huwa mument fejn issa trid tgħaraf jekk tkomplix tespandi aktar sabiex minn issa tibda tagħti aktar attenzjoni lejn ħidmietek. Dan żgur ser ikompli isaħħek għal dawk l-opportunitajiet futuri. Analizza b'għaqal. Pisces huma magħrufin għal flessibilta' tagħhom. Namaste BIDU TAT-TNAX IŻ-ŻODJAKU TA' PISCES MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Aries ser jagħmlek tħoss li int mhux kuntent għal kollox b'dak li int qiegħed tesperjenza bħalissa. Int qiegħed turi li kollox sew u kuntent imma ġewwa fik is-sitwazzjoni hija ferm l-oppost ta' dan kollu. Għalhekk issa hemm bżonn li tieqaf u tirrifletti dwar x' vera x'tixtieq twettaq. Irrifletti Aries huma magħrufin għal burdati stabbili tagħhom. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Taurus ser ikun ifisser li int trid tgħaraf li għadu mhux il-mument opportun sabiex is-sitwazzjoni ta' madwarek tkun waħda kompluta kif finalment int tixtieq minħabba xi ntoppi li hemm iduru madwarek. Għalissa kompli isaħħaħ u ffokka sabiex meta jingħelbu dawn l-intoppi jkun il-waqt sabiex tkattar kollox. Analizza sew. Taurus huma magħrufin kemm huma umli. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'dan il-bidu tat-tnax iż- żodjaku ta' Pisces għalik Gemini ser jagħmlek iffukatt aktar lejn dawk is- sitwazzjonijiet ġodda li int qiegħed tesperjenza fil-preżent u dan ovvjament sabiex int tkun tista' tgħaraf iżjed kif ser tkompli tavvanza. Għalhekk dan huwa l-mument fejn int trid tgħaraf tuża aktar moħħok sabiex tħares il-quddiem b'aktar ħeġġa, għaqal u determinazzjoni. Irrifletti. Gemni huma magħrufin li jservu ta' pont. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Cancer ser ippoġik f 'qagħda li trid tikkumbatti aktar mis-soltu sabiex ċertu pjaninijet li int kellek ippjanati ma jitħarbtux. Għalhekk huwa mportanti li waqt li tara kif bl'aktar mod intelliġenti tiegħek int tkun kapaċi tegħleb dan l-ostaklu sabiex b'hekk int tibqa għaddej. Aħtaf dan il-mument sabiex tgħaraf tisaħħaħ aktar. Analizza sew. Cancer huma magħrufin kemm huma persuni ta' direzzjoni pożittiva. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Leo ser joffrilek dak il-mument sabiex twettaq eżerċizju ta' għarfien ta' ġenwinita' f 'dawk li huma viċin tiegħek u li vera tista' tafda u b'hekk għal dak li hemm maħsub fik ikun jista' jitwettaq b'aktar serenita' u serħan tal-moħħ. Wettaq rifflessjoni profonda. Leo huma magħrufin għal indipendenza tagħhom. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat- 22 ta' Settembru. F'dan il-bidu tat-tnax iż-żodjaku ta' Pisces għalik Virgo ser jurik li int ma tistax tibqa bħal qisek għadek marbut mal-passat. Int trid tara kif dan il-passat li sfortunatament huwa imwaħħal miegħek ikun mitmum sabiex b'hekk int tkompli titkattar u tisaħħaħ lejn dawk l-opportunitajiet sbieħ li hemm resqin lejk. Għalhekk tajjeb li twettaq rifflessjoni profonda. Virgo huma magħrufin għal abbilta' organizzata tagħhom. Namaste BIDU TA TNAX IŻ-ŻODJAKU TA' PISCES Il-Ħadd 19 ta' Frar ser nesperjenzaw it-tnax u l-aħħar żodjaku dak ta' Pisces għal dan il-kalendarju żodjaku 2022-2023, fejn dan iż-żodjaku ser ikun il-pont bejn it-tmiem u l-bidu u dan dejjem mill-aspett ta' astroloġija ma' dak li għandu x'jaqsam mal-kalendarju żodjaku. Fatt kurjuż dwar dan iż-żodjaku ta' Pisces huwa li ż-żodjaki kollha huma magħrbutin ma' pjaneta ,Gemini mal-pjaneta Merkurju, Capricorn mal- pjaneta ta' Saturnu , iżda fatt interessanti hu li ż-żodjaku ta' Pisces għandu żewġ pjaneti. Fil-fatt għandu l-pjaneta maġġura dik ta' Nettuno u s-sekondat mill-pjaneta l-oħra ta' Ġupiter u dan joffri diversi aspetti nteressanti għal dan iż-żodjaku. Interessanti wkoll il-fatt li ż-żodjaku ta' Pisces huwa magħruf bħala l-pont bejn tmiem u bidu ta' kalendarju żodjaku u dan iffisser ħafna mill- aspett ta' preparazzjoni għal dak lihemm riesaq lejk kif ukoll għal dak li int tkun tixtieq twettaq fix-xhur li ġejjin. Għalhekk wieħed iħares lejn il-gwida fl-astroloġija permezz tal-kalendarju żodjaku mill-benefiċċju pożittiv ta' l-oroskopju għal dik il-gwida pożittiva ta' dak li jkun jista jwettaq b'analiżi profonda lejn dwak id-direzzjonijiet jew deċiżjonijiet li dejjem ikunu meħtieġa li jkunu mwettqa b' tant għaqal. F'dawn il-ġimgħat ta' tibdil minn kalendarju għal ieħor wieħed jista jkollu gwida aktar profonda dwar ċertu aspetti ta' deċiżjonijiet jew direzzjonijiet bħal l-aħjar li jixtri jew jibdel id-dar, l-aħjar żmien għal twelied ta' tarbija , l- aħjar żmien li tinvesti u tant aspetti oħra. Huwa fatt li ħafna jagħżlu li jimxu ma' dak iż-żodjaku partikolari għal deċiżjoni jew direzzjoni. IKOMPLI L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON