Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1493023
17 opinjoni illum • IL-ĦADD 19 TA' FRAR 2023 M atul din il-ġimgħa waqt kampanja 'Ġustizzja Soċjali' bl-inizzjattiva tiegħi u tat-tim, u bl-għajnuna tal-Par- tit Nazzjonalista, rajna li mhux kollox miexi ward u żahar. Rajna li l-ġid fid-dinja mhux jinqasam b'mod ġust u ekwu. Rajna li fil-periferiji hemm min hu mwarrab u eskluż. Pruvajna nkunu l-vuċi għal min mhux ilaħħaq mal-ħajja! Semmejt affarijiet li diġà konna nafuhom. Minkejja li jibbumbardjawna li kollox miexi ħarir, jidher biċ-ċar li hemm barra hemm bnedmin imdejqa, u mhumiex kuntenti b'ħajjithom. Hemm min qed jitħabat biex jibqa' għaddej! Fl-isfond ta' dan kollu min sejjer tajjeb arah itektek minn wara laptop, u jgħaddi kliem dispreġattiv, preparat bix- xafra tal-moħriet, b'ilsien li jaqta', saħansitra jlaqqamhom għażżenin. Dan hu l-akbar faqar! Naħslu jdejna bħal pilatu! Hemm min qed jissielet għal ġustizzja, u minn fuq hemm min jistudja u jara kif se jkompli jgħoddoshom taħt l-ilma, biex ma jkunux jifilħu jissieltu. Dik ġustizzja! Faċli nikkonvinċu lilna nfusna li l-problemi ta' ħaddieħor huma kompletament tort tagħhom. Bl-istess mod faċli nikkonvinċu lilna nfusna li din il-problema hi kbira wisq għalina biex nindirizzawha u li m'aħna nagħmlu xejn, ħlief ġesti żgħar ta' sapport bħal xi donazzjoni ta' ħwejjeġ użati. Il-ħafna forom ta' esklużjoni u inġustizzja huma marbuta flimkien b' "ħajta li ma tidhirx." Iż-żgħir jibqa' vittma, iż-żgħir jibqa bil-mejjet f 'ħoġru. Jista' qatt iħoss ġustizzja meta jaqla' daqqa ta' sikkina, jgħaddu s-snin u jirriżulta li d-daqqa ma tahielek ħadd. "Il-qattiel għadu jiġri barra" qalulna. Mela min hu l-qattiel? Mela ż-żgħir jibqa' jaqla' fuq rasu u noħdulu l-ftit li fadallu u l-Ħuta l-Kbira tibqa' barra tixrob il-Pina Colada u tieħu t-tenders tal-Gvern. Se nibqgħu hekk, ċiċċi beqqi? Tgħiduli għax jien nibża' nitkellem għax naħdem mal- Gvern. Dik ġustizzja soċjali! Tgħiduli għax jien għandi l-loan u nippreferi nagħlaq ħalqi. Pero mbgħad imdejjaq bl-affarijiet li jiġru madwari! Tibża' li jiġri xi ħaġa lil uliedek, allura s-soluzzjoni hi li tagħlaq ħalqek. Mela għalaq ħalqek b'żipp biex imbgħad uliedek jikbru, jmorru sal-Belt u jtajruhomlok b'karozza li ssuq fuq il-bankina. Dak li jiġri bil-biżgħat. Il-biża' se tħallasha bl-imgħax u se tħallas prezz għoli tagħha. Se tħallas prezz bl-użura! U żomm f ' moħħok li dak li qed jiġri madwarek, dawk l-inġustizzji sfaċċati li seħħew fuqek u fuq ta' madwarek, seħħew minħabba li int waqajt fil-muta. Nagħmlu l-arja ma' min mhux Malti. Forsi għax idum biex jifhem? Ma mmorrux naffaċċjaw xi Body Builder li jagħmel li jrid, xi ħadd li ħarbat lil Malta bil-konkos. Inkomplu nxewxu kontra dak l-iswed li f 'għajnejk tajjeb biss biex jiġi jiknes wara biebek. Dak l-iswed li jġorr il-knatan kbar b'abbuż u li bis-saħħa tiegħu bnejna ma' kullimkien biex sid artna jibqa' jistagħna. Flok nitkellmu dwar min qed ibati f 'pajjiżna, nitkellmu kontra min lanqas qed jifhem x'qed ngħidu. Nagħmlu show b'min f 'pajjiżna qed jgħix b'mod legali. Nużawhom u nixorbulhom demmhom sal-aħħar taqtira. Bnedmin li nħaddmuhom sittax il-siegħa kuljum, inħaddmuhom fil-Milied, fl-ewwel tas-sena, bla ħlas kif suppost fil-Ħdud u l-festi. Inħallsuhom cash. Għandi nifhem li jħallsulhom kull bolla. Insomma ġabuhom Malta bir-regħba, għax min iħaddem ma jridx iħallas. Mela ejjew induru għall-iswed u ara ma nħalluhx jitgħallem il-Malti u lanqas l-Ingliż jekk jista' jkun …. ħalli jibqa' bħal skjav, bil-baqqun tal-qawwi f 'idejh jagħti mal-ġebel. Biex imbgħad meta tixba minnu, tarmih fuq bankina. U r-rota ddur u naraw min ikun imissu! Xejn differenti bejn l-escooters u l-bniedem barrani "skjav". It- tnejn addottajnihom f ' pajjiżna bla regoli u bla xejn. Kemm jaqduna short term u mbagħad nipparkjawhom fejn ġie, ġie. Għax l-'alla tal-flus' ħa post il-bniedem. Fiċ-ċentru tas-sistemi soċjali u ekonomiċi għandu jkun hemm il-bniedem. Meta l-post tal-persuna jittieħed mill-flus, il-valuri jinqalbu ta' taħt fuq. Irridu nieklu bi tlett iħluq u jekk jista' jkun inlaħqu f 'daqqa m'Alla, max-Xitan u mal-limbu. Għax bil-flus fil-but tista' qatt tifhem xi tfisser ġustizzja soċjali? Li tħallas €70,000 u tibqa sejjer fuq il-boat, dawra sa Sqallija, hekk, qisu qed iddellek biċċa ħobż bil-butir. U minn fejn ġew dawk il-flus? Filli l-ħabs u filli jħallas €70,000 bail biex jevita l-erba ħitan dobblu kollu moffa. Din jgħidulha l-Unexplained Wealth. Bħal dak li jmur jirreġistra bil-BMW. Żgur li f ' qalbek tgħid "Minn fejn ġabhom dawk il-flus?" Għandna bżonn ta' bidla bl- azzjoni u fil-mentalità. Jeħtieġ nindunaw li d-drittijiet tal- bniedem mgħakksa u qed jiġu mhedda kontinwament. Tassew li fadal xi jsir minkejja li qegħdin fl-2023! Kemm kienet għaqlija l-Assemblea Ġenerali tan- Nazzjonijiet Magħquda meta fl- 2007 għażlet l-20 ta' Frar bħala l-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali. Il-ħolma tiegħi u ta' bnedmin ta' rieda tajba hi li ssaltan il- Ġustizzja Soċjali. Tgħiduli "Qed toħlom!" Ngħidilkom "Oħolmu miegħi biex minn x'imkien inkunu bdejna!" Noħolmu flimkien! Ivan Bartolo huwa l-Kelliem tal-PN għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Ġlieda kontra l-Faqar Ivan Bartolo