Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706
Jum il-Mara 2023 05 illum • IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 'Għadni qed nistenna li ċertu Deputati nisa jagħtu kontribut aħjar' Issa li l-mekkaniżmu ilu x-xhur li daħal fis-seħħ temmen li dan ħalla r-riżultat mixtieq? Tara li sar biżżejjed biex in-nisa eletti b'dan il-mekkaniżmu ġew ippreparati? L-ewwel għan tal-mekkaniżmu hu li jkun hemm aktar nisa eletti fil-Parlament. Illum għandna 12-il mara li hija Membru Parlamentari li qegħdin hemm bis-saħħa ta' dan il-mekkaniżmu. B'hekk il-vuċi u l-kontribut tan-nisa żdiedu, imma dan għadu l-bidu. Biex l-introduzzjoni ta' dan il-mekkaniżmu verament iħalli r-riżlutati meħtieġa jeħtieġ li jgħaddi ż-żmien u naslu biex aktar nisa joħorġu għall-elejzzjoni u jkunu eletti mingħajr l-għajnuna li toħroġ mill-mekkaniżmu stess. Apparti minn hekk, għalkemm jista' jkun illi wħud min-nisa kellhom xi tip ta' formazzjoni qabel l-elezzjoni, fl-aħħar minn l-aħħar tibqa' r-rieda, l-impenn u l-kompetenza personali li tidher fil-kontribuzzjoni ta' kull Membru Parlamentari. Il-grupp ta' nisa li kienu eletti huwa vast ħafna, kemm f 'dik li hi l-età kif ukoll fl- esperjenza u hekk għandu jkun. Grupp Parlamentari għandu jkollu d-diversità, inkella l-ispettru ta' ħsibijiet u fehmiet ikun wieħed limitat. Hemm nisa li diġà kienu fil- Parlament u l-esperjenza politika tidher. Oħrajn għadhom fil-bidu tal-ħajja politika tagħhom u jeħtieġ li jiksbu aktar maturità politika, li tiġi biż-żmien. Hemm membri li spikkaw aktar minn oħrajn u nammetti li għadni qed nistenna li oħrajn jagħtu kontribuzzjoni aħjar. Taħseb li għandna sistema politka li tinkoraġixxi lin- nisa biex jidħlu għaliha u għaldaqstant tkun aktar 'women friendly'? Il-ħajja politika mhix faċli għal dawk kollha li jidħlu għaliha. Hi żgur aktar diffiċli għan-nisa għal bosta raġunijiet. L-ewwel u qabel kollox l-arena politika kienet id- domain tal-irġiel minn dejjem u n-nisa huma element pjutost riċenti. Fis-seklu 20, in-nisa iġġieldu għad-dritt tal-vot biex ħarġu għall-elezzjonijiet, biex jilħqu karigi ewlenin fil-partiti politiċi u fit-tmexxija ta' pajjiżhom. Illum l-affarjiet inbiddlu imma dawn il- fatti huma parti kbira mill-istorja riċenti tad-dinja. Minkejja l-bidla, li ġrat grazzi għall-ħidma ta' diversi nisa li ġew qabilna, ix-xena politika tibqa' iddominata mill-irġiel. Għad hawn perċezzjonijiet negattivi fil-konfront tan-nisa, b'ħafna preġudizzji. Iridu jkunu n-nisa stess li jegħlbu dawn il-ħiliet tagħhom u dan billi jinħolqu 'role models' pożittivi. Ma nemminx li s-sistema politika mhijiex 'women friendly' fuq kollox il-partiti jfittxu n-nisa biex isiru parti mix-xena politika. Fil-ħajja ta' llum, partit mingħajr rappreżentazzjoni feminili mhux meqjus bħala partit demokratiku. Xi kultant, dan il-fatt ġieli jagħti vantaġġ lill-kandidati nisa. Hemm ukoll ir-responsabilitajiet tal-familja. Mingħajr appoġġ sħiħ diffiċli li persuna taqdi d-dmirjiet tal-familja, tal-karriera u tal- ħajja politika f 'daqqa. Fl-aħħar minn l-aħħar, naħseb li rajna u nkomplu naraw evoluzzjoni fil- parteċipazzjoni tal-mara fix-xena politika. Kemm taħseb li d-dehra hija fattur li tagħti vantaġġ jew żvantaġġ lill-politiċi nisa? Taħseb li d-dehra tippreġudika r-riżultati elettorali tan-nisa fil-politika? Nemmen illi fil-politika, bħal kollox, l-ewwel taħdem il-grazzja u s-simpatija u wara – it jgħodd – dak li l-persuna tgħid u tagħmel fix-xogħol tagħha. Li huwa żgur hu li d-dehra tan- nisa titpoġġa taħt skrutinju ferm akbar minn dik tal-irġiel. L-ilbies, ix-xagħar, il-fiżjonomija tan-nisa huma aktar ikkritikati minn tal- irġiel. Illum, filwaqt li l-midja soċjali tagħti l-opportunità li kulħadd jesprimi l-fehma tiegħu, ġieli jkun hemm kummenti personali ħafna. Imma fl-aħħar minn l-aħħar nemmen li hemm dixxerniment aktar konkret meta nħarsu lejn il-politiċi tagħna. Kemm sibtha diffiċli biex tlajt l-iskaluni u ngħatajt il-kariga daqstant prestiġġjuża ta' Aġent President? Ma kienet faċli xejn, imma sibt ħafna għajnuna. Jiena ma kelli l-ebda intenzjoni li noħroġ għall- politika u meta ġejt avviċinata fl- 1995, l-ewwel reazzjoni kienet illi ngħid "le." Jiena kont President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa u dejjem kont nitkellem fuq il-ħtieġa li jkun hemm aktar nisa fil-politika u għalhekk eventwalment aċċettajt. Kont ġdida fil-Partit Nazzjonalista imma ħdimt ħafna biex sirt membru tal-Eżekuttiv, President Amministrattiv, President tal- fergħa tan-Nisa u membru Parlamentari. L-ewwel snin fil-Parlament kienu diffiċli. Filwaqt li kont insegwi ħafna s-setturi tal-Edukazzjoni u l-Politika Soċjali, kont ukoll il- President tal-Kumitat tal-Affarjiet Barranin, fi żmien fejn Malta kienet għadha kandidat għall- Unjoni Ewropea u għaldaqstant kien hemm ħafna xogħol xi jsir. Meta sirt Segretarju Parlamentari fl-2003 kellna nagħmlu tibdiliet kbar fil-familja tagħna peress li jien kont ili 25 sena ma naħdem full time barra mid-dar. Iżda, għal darb'oħra, sibt l-appoġġ sħiħ tar-raġel u tat-tfal. Sena wara sirt Ministru tal-Politika Soċjali u tul is-snin ta' wara ħdimt fl-oqsma l-aktar għal qalbi, l-edukazzjoni, l-politika soċjali u l-kultura. Fl-2013 irtirajt mix-xena politika imma wara l-elezzjoni ta' dik is-sena nħtart Aġent President. Kienet estensjoni tal-ħajja pubblika għal aktar minn disa' snin, snin li fihom tgħallimt ħafna waqt il- ħidma tiegħi għax laqqgħatni ma' setturi, għaqdiet u personaġġi li qatt ma kelli l-opportunita' li niltaqa' magħhom qabel. Kif tirreaġixxi għall-fatt li qatt ma kellna Prim Ministru mara? Nixtieq ħafna nara Prim Ministru mara hawn Malta u nittama li jkollna waħda fi żmien qrib. Imma mhux għalkemm wiehed jixtieq! Jidher li hawn Malta qatt ma kellna ċ-ċirkostanzi kollha meħtieġa biex mara tilħaq Prim Ministru. Lokalment rajt u nibqa' nara nisa kapaċi u kompetenti li jistgħu jagħtu lill-pajjiż it-tmexxija li jixraqlu. Għalkemm pajjiżi oħra kellhom Prim Ministri nisa, dawn pjuttost għadhom l-eċċezzjoni. Bħalissa fl-Unjoni Ewropea hemm biss sitt Prim Ministri nisa. L-Italja ghandha l-ewwel Prim Ministru mara, ir-Renju Unit dam 40 sena biex ikollu t-tieni Prim Ministru mara, wara Margaret atcher. L-aktar li kellhom Prim Ministri nisa huma l-pajjiz tal-Iskandinavja fejn is-sehem tal-mara fix-xena politika għandu storja itwal minn tagħna. Nistenna u nittama. Kompli aqra f 'paġni 6 u 7... Aġent President, President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, Ministru u għalliema. Dawn huma uħud mill- irwoli li tul il-karriera tagħha, Dolores Cristina kellha l-unur illi sservi. Cristina, x'inhi l-fehma tagħha fuq il-mekkaniżmu tal-ġeneru? Id-dehra tippreġudika lill-poltiċi nisa? L-ILLUM tistaqsi fil-ġimgħa iddedikata għall-mara...