Illum previous editions

ILLUM 12 March 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1494706

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 23

18 opinjoni IL-ĦADD 12 TA' MARZU 2023 • illum Il-Gidma tal- POODLE Kolonna satirika, eskluża mil-libelli Fil-ġnien Mal-frawli Mal-ambaxxatur tan-Nepal Ittra miftuħa minn Carmel Cacopardo HEHE!!! Josianne Cutajar D in il-ġimgħa, preċiżament fit-8 ta' Marzu, iċċelebrajna l-Jum Internazzjonali tan-Nisa. F'din il-ġurnata hu importanti li nfak- kru dak illi ksibna s'issa, il-kisbiet fejn tidħol l-ugwaljanza; iżda wkoll dak illi fadlilna niksbu. Infakkru kif Gvernijiet Laburisti differenti xprunaw id-drittijiet tal-mara permezz tad- dritt tal-vot snin ilu, kif ukoll miżuri aktar riċenti bħac-childcare b'xejn għal kulħadd li qed jgħinu biex tant u tant ġenituri, speċjalment nisa, jistgħu joħorġu jaħdmu. Insemmi wkoll, li kien grazzi għal Gvern Laburista li Malta kellha żewġ Kapijiet tal- Istat nisa - il-mibkija Agatha Barbara u l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali rajna wkoll rappreżentanza aktar ugwali fl-għola istituzzjoni tal-pajjiż grazzi għall-mekkaniżmu tal-ġeneru. Madanakollu, ma wasalniex fejn irridu naslu kullimkien. Wieħed mill-aspetti li rridu naħdmu aktar fuqu f 'dan il-kuntest huwa propju ż-żieda tal-parteċipazzjoni tan- nisa fil-karrieri STEM. Dan hu qasam li hu ċentrali f 'ħidmieti fil-Parlament Ewropew u li iddiskutejt anke din il-ġimgħa; kemm f 'avveniment organizzat mill-Uffiċċju tal- Parlament Ewropew f 'Malta, kif ukoll f 'dibattitu fil-Parlament Ewropew b'rabta ma' Jum il-Mara. F'dan id-dibattitu kelli l-opportunita' wkoll li nisma' b'mod dirett mingħand xjentista mara li minn villaġġ żgħir fl-Italja studjat ix-xjenza u ħadmet f 'pajjiżi differenti. Din spjegat l-isfidi li affaċjat, inkluż ta' sterjotipi. Spjegat ukoll li kienet attirata biex tistudja x-xjenza grazzi għal għalliema li fil-primarja kienet tgħallem dan is-suġġett b'passjoni, dedikazzjoni u b'mod interessanti. Studji fil-qasam juru li n-nisa li jkunu esposti għax-xjenza minn eta' żgħira, u li jsibu struttura ta' sapport, jagħżlu li jkomplu jistudjaw dawn is-suġġetti. Madanakollu, jidher biċ-ċar li s-subien jirnexxielhom isostnu dan l-interess lejn ix-xjenza ħafna aktar mit-tfajliet. Intant, minkejja li f 'ċerta pajjiżi l-ammont ta' gradwati nisa huwa akbar minn dak tal-irġiel, meta niġu għad- dinja tax-xogħol, is-sitwazzjoni tkun waħda differenti. Nemmen li biex nindirizzaw din l-isfida li għandna quddiemna hemm bżonn illi nippromwovu aktar nisa li għamlu suċċess fil-karrieri tax-xjenzi. Insemmi per eżempju lil Katalin Karikó, li għamlet ħafna xogħol fuq it-teknoloġija mRNA u li kienet katalista biex ġie żviluppat il-vaċċin kontra l-COVID-19, kif ukoll lil Özlem Türeci, waħda mill- fundaturi tal-BioNTech, kumpanija li grazzi għaliha miljuni setgħu jingħataw il-vaċċin. Il-kollaborazzjoni bejn il-privat u s-settur pubbliku wkoll hija essenzjali biex naraw li n-nisa jkollhom aktar opportunitajiet fil- qasam tax-xjenza. Il-Kamra tax-Xjentisti Maltin diġa' qed tagħmel ħafna xogħol f 'dan il-kuntest, filwaqt li l-Ministeru tal- Edukazzjoni ħa l-inizjattiva tat-Teeny Tiny Science Café u n-National Science STEM Expo biex in-nisa jkunu jistgħu ikollhom aktar opportunitajiet f 'dan il- qasam. Dan filwaqt li l-Universita' ta' Malta għandha proġett li jġib l-isem ta' Women in Science — Bridging the Gap – proġett li indubjament qed jgħin lill-istudenti nisa billi jipprovdilhom mentor li tista' tkompli tispirahom. Dawn il-prattiċi pożittivi huma essenzjali, kif inhu essenzjali wkoll l-irwol tas-settur privat biex nassiguraw li aktar nisa jidħlu, u jibqgħu, f 'dawn il-karrieri. Għaldaqstant, nemmen li hu essenzjali li n-negozji u min iħaddem jikkrejaw spazji fejn in-nisa jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fil-karrieri STEM. Fl-introduzzjoni semmejt li kien Gvern Laburista li xpruna d-drittijiet tan-nisa u ħoloq aktar opportunitajiet għan-nisa. Wasal iż-żmien, li jkun l-istess Gvern li jkompli jgħin lin-nisa jagħmlu l-pass li jmiss – din id-darba fejn jidħlu x-xjenzi. Min-naħa tiegħi inħares 'il quddiem biex b'ħidmieti fil-Parlament Ewropew, u fl-irwol tiegħi ta' Rapporteur Permanenti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat ITRE, inkompli naħdem favur aktar ugwaljanza, anke f 'dan il-qasam. L-importanza tan-nisa fix-xjenza Josianne Cutajar hija Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Ajma! Ajma dahri! Kemm irid indum hekk, Prim? U isa, żomm ftit ieħor... U tinsiex ittini kaxxa frawli b'xejn, tafx! Iz-zappuna kif inżommha Steve? Għax ħaqq... ħa nkisser id-dwiefer!!! Dan ma tantx jimpressjonani bħala politiku... Kemm jien fortunat li kull meta nieħu ritratt, niġi bi tbissima fuq wiċċi! Mhux ta' b'xejn igħiduli qisni... Hello ħbieb, jien xtaqt infakkarkom fil-wegħda li għamilt sena ilu meta waqajna għan-nejk fl-elezzjoni. Kont għedt li jien ħa nżarma u minfloki jidħol xi ħadd ieħor. Ħbieb, ikolli ngħidilkom li ma nistax nitlaq. Tant għandi ammiraturi, tant għandi nies igħiduli kemm jien tajjeb, kariżmatiku, preżentabbli, attraenti, kalamita tan-nies u gustuż, li ser noqgħod ftit ieħor. Ma jimpurtax hux? U ejja, ifhmuni... jekk ma nibqax fit-tmun jien x'ser nagħmel? U jien naf li pajjiżi għandu bżonni. Mingħajri, Malta tispiċċa staġnata. Sliem!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 March 2023