Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 19

aħbarijiet 03 illum • IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 Il-Mediċina tal-iscabies fl-aħħar titqassam, wara li kienet ilha tmien ġimgħat out of stock ANTHEA CACHIA … Tkompli minn paġna 1 Bejn Jannar u Marzu ta' din is- sena u għaldaqstant f 'perjodu ta' tliet xhur, Malta irreġistrat 64 każi ta' scabies. Madankollu l-mediċina li normalment tingħata biex tagħti soljev u ddewwi lill-pazjenti morda ilha out of stock għal dawn l-aħħar tmien ġimgħat, jiġifieri mill-bidu ta' Marzu. Il-mediċini li kienu out of stock huma Permethrin cream u pinnoli bl-isem ta' Ivermectin. Il-Ministeru għas-Saħħa spjega illi s-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU) normalment iżomm ammont ta' din it-tip ta' mediċina li jitqassam skont il-bżonn, mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei. Din il- mediċina tingħata biss skont it- talba tal-pazjent jew it-tobba u ma titqassamx awtomatikament ma' spiżeriji jew klinċi oħra. Minkejja dan, l-ILLUM ġiet infurmata illi każwa ta' żieda fit-talbiet għal dawn il- medikazzjonijiet, minħabba t-tifqigħa, wasslet biex intużat il-ħażna kollha. Madankollu assiguraw li filwaqt li l-mediċina qiegħda titqassam biex tingħata lill-pazjenti, l-Gvern se jkun qiegħed jaħżen mediċina li għandha sservi sitt xhur, bħalma kien isir qabel. Mhux l-ewwel darba li pazjenti kellhom jistennew xhur għall- pilloli Jidher illi l-medikazzjoni għal din il-kundizzjoni mhux l-ewwel darba illi kienet out-of-stock, tant illi pazjenti kellhom jistennew xhur biex jingħataw il-pillola Ivermectin. Fil-fatt f 'Settembru li għadda, ukoll kien hemm l-istess problema u reġgħet ġiet suplita wara l-karba tan-nies għall- għajnuna medika. Dakinhar, uħud qalu li sakemm stennew il-mediċina adegwata, ingħataw mediċina oħra minflok bil-għan li jtaffi s-sintomi, iżda din ma ħalliet ebda effett fuqhom. Intant l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Dermatoloġija u Veneroloġija, f 'rapporti mal-midja insistiet illi l-Gvern ma jistax jibqa' sejjer hekk u li jissuplixxi din il- mediċina skont d-domanda tax- xhur ta' qabel u għaldaqstant timxi b'immaniġjar bi kriżi. X'inhi l-iscabies u għaliex huwa faċli li tinfetta ruħek? Scabies hija infezzjoni fil-ġilda (parasitic infection) li tikkawża raxx fuq il-ġilda u ħakk kbir. Dan ir-raxx huwa ikkawżat minn gidma ta' insett (mite) u faċilment jista' jiġi trażmess permezz ta' kuntatt dirett ma' persuna li għandha s-sintomi tal-iscabies. Tant hu hekk li ħafna tobba jirrakomandaw trattament għall- familji tal-persuni infettati wkoll. Il-Partit Laburista qed jipponta li jmexxi 'l quddiem ħafna kandidati ġodda b'enfażi fuq persuni żgħar u mhux kbar u fost il- ħafna ismijiet hemm tlieta li jispikkaw u li tista' tgħid li huma kandidati stillel. Dawn huma l-Ekonomista Clint Flores, il-Konsulent Finanzjarju Steve Ellul u l-Avukat Daniel Attard. Kollha b'xi mod qed jindikaw li huma interessati biex joħorġu għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Kollha kemm huma għandhom il-vantaġġ li huma ssettiljati b'pożizzjonijiet fejn jistgħu jidhru u jikkumentaw pubblikament. Għalkemm il-Partit Laburista għandu distakk numeriku fuq il-Partit Nazzjonalista, hemm il-biża' reali li parti mill-elettorat Laburista se jagħżel li ma jivvutax. Il-gazzetta Illum evalwat dawn it-tliet kandidati u kif ukoll fejn qed jistennew li jixorbu xi voti. Primarjament il-kandidati l-ġodda qed jimmiraw għal voti ta' Alfred Sant, l-ex Prim Ministru li jappella l-iktar għal hard core Laburisti li l-iktar huma xettiċi mill- Ewropa. Imma dawn il-votanti jridu jiġu mħajra jivvutaw. Għax ħafna minnhom huma mnaffrin mill-politika l-ġdida tal- Labour. Il-votanti ta' Alfred Sant jistgħu wkoll imorru għand it-tliet deputati preżenti; Josianne Cutajar li għandha s-sostenn tal-mega kuntrattur Joe Portelli; għand Cyrus Engerer li huwa fost l-aktar liberali u progressiv mid-deputati u għand Alex Agius Saliba li għandu l-appoġġ ta' ħafna Ministri u parlamentari Maltin. It-tliet kandidati stillel kollha huma professjonisti. U kollha huma konxji mill- użu tal-media soċjali. Hemm min diġá deher fuq it-talk show permezz ta' you tube ta' Jon Mallia, preżentatur popolari maż- żgħażagħ, imma li huwa kkunsidrat bħala politikament superfiċjali u fuq is-sit lovin, li huma magħrufin li jitolbu l-flus biex tidher fuq il-pjattaforma tagħhom u mhux tidher għax tkun newsworthy. L-ewwel kandidat huwa Clint Flores, Ekonomista li jaħdem mal-Bank of Valletta imma li kellu x'jaqsam ma' xogħol diplomatiku f 'isem il-Gvern Laburista anke fi Brussel. Għandu parola faċile u jidher jaf x'inhu jgħid meta jitkellem fuq il-politika u l-Ewropa. Flores ukoll huwa l-partner ta' l-ex Ambaxxatur għall-Bejġju Ray Azzopardi. It-tieni huwa Daniel Attard, Avukat li huwa s-Sindku ta' l-Imtarfa u kif ukoll deputy High Commissioner f 'Londra. Kien ukoll communication executive mal-Ministru Evarist Bartolo. Attard huwa l-iktar wieħed minn dawn it-tlett personalitajiet li għandu 'ħażen' politiku meta jiġi biex jitkellem. L-aħħar kandidat stilla huwa Steve Ellul, Espert Finanzjarju li bħalissa qed imexxi project green, aġenzija tal-Gvern responsabbli mill-proġetti biex jitħaddru l-ibliet tagħna. Qabel kien jaħdem il-BOV u imbgħad bħala policy adviser ta' Miriam Dalli. Ellul jippreżenta lilu nnifsu bħala wiċċ ġdid u jitkellem b'konvinzjoni kbira u passjoni dwar l-ambjent. Għadu kmieni biex tara kemm ser ikollhom suċċess fil-kampanja elettorali u kollox marbut mal-klima politika u l-andament ekonomiku, li fl-aħħar mill- aħħar se jorbtu kemm se jkunu kapaċi jħajjru l-votant Laburist joħroġ jivvota. It-tliet stillel…min huma u kemm se jkollhom suċċess

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023