Illum previous editions

ILLUM 30 April 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1498222

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 19

10 opinjoni IL-ĦADD 30 TA' APRIL 2023 • illum Ngħelbu l-isfidi flimkien Miriam Dalli hija l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli M hux għax kellna bżonn konfer- ma għax ir-realtà f 'pajjiżna qed ngħixuha imma din il-ġimgħa kellna konferma li fit-tieni nofs tas-sena l-oħra, pajjiżna ma ra l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-kon- tijiet tad-dawl. Konferma li ġiet mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat fejn ġie nnotat kif il-prezzijiet tal-enerġija g ħollew fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, ħlief f 'Malta u fl-Olanda. Il-prezzijiet tal-enerġija f 'pajjiżna baqgħu stabbli... mhux għax pajjiżna differenti mill-bqija tal- Ewropa imma għax dan il-Gvern ħa deċiżjoni konxja li jkun ta' sostenn għall-familji u n-negozji. Deċiżjoni li ttieħdet bil-għaqal u b'konvinzjoni għax il-ħidma tagħna nwettquha biex nipproteġu u mhux nipperikolaw l-impjiegi u l-investiment f 'pajjiżna. Matul is-sena li għaddiet, ħriġna 'il fuq minn 300 miljun ewro f 'għajnuna għall-kontijiet u uwils. Għal din is-sena qed nallokaw mal-€500 miljun għall-kontijiet. Fuq uwils biss, fl-ewwel kwart ta' din is-sena diġa għinna lin-nies bi €18-il miljun. Qed insemmi dawn il-figuri għax għalina dawn huma investiment biex huwa importanti li nimu kemm qed ninvestu fin-nies u fin-negozji. Li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, din l-għajnuna ma tingħatax. Il-Partit Laburista jemmen li għandna nsostnu lin-nies, lill- familji u lin-negozji jekk irridu li l-ekonomija ta' pajjiżna tibqa' ddur u tiġġenera x-xogħol, minn naħa l-oħra li l-Partit Nazzjonalista għamilha ċara li jrid jitfa l-piż fuq il-poplu. Dan mhux qed ngħidu jien imma l-ewwel qalha l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, imbagħad segweh l-esponenti tal- Partit Nazzjonalista li tkellmu fuq it-tneħħija ta' din l-għajnuna. Ifisser li kieku jkun hemm Gvern Nazzjonalista, kull familja għandha spiża addizzjonali ta' €2,000 fis- sena. Ikun hemm min ġenwinament jistaqsi jekk din l-għajnuna hix sostenibbli. Ir-risposta skejta hija iva, għax filwaqt li qed nsostnu lill-pajjiżna biex ħadd ma jaqa' lura, u biex in-negozji ma jsibux ostakli biex joperaw u jżommu l-kompetitivita tagħhom, qedgħin inħeġġu lill-industriji u l-familji jħaddnu l-prinċipji tas-sostenibilita u jżidu l-effiċjenza fl-użu tar- riżorsi. Qed nagħmlu dan permezz ta' skemi u miżuri differenti. Jekk għall- familji, saħħaħna l-feed-in-tariff garantita għal 20 sena biex inħeġġu l-użu tal-enerġija rinovabbli li ġejja mix-xemx u l-użu tal-batteriji biex jaħżnu l-enerġija; saħħaħna l-iskemi tas-solar water heaters, heat pump water heaters u l-air-to- water heat pump; biex ninċentivaw is-sostenibilita, saħħaħna l-iskema biex id-djar jinvestu f 'sistemi ta' purifikazzjoni tal-ilma u sistemi ta' reverse osmosis. Għall-industrija ħriġna sejħa għall-iżvilupp ta' sistemi ta' enerġija rinnovabbli ta' skala kbira, b'kapaċità totali li tista' tipprovdi enerġija nadifa għal 7,000 dar fis-snin li ġejjin. Permezz ta' din l-iskema, li għandha disponibbli kapaċità totali ta' 19-il megawatt u b'investiment ambjentali ta' €30 miljun fuq medda ta' 20 sena, kull sena se naraw tnaqqis sa 11,500 tunnellata ta' tniġġis tad-diossidu tal-karbonju. U hawnhekk tibda tara d-differenza. Minn pajjiż li kien jiffaċċja l-ogħla kontijiet u settur tal-enerġija li jopera bil-Heavy Fuel Oil, għal pajjiż bit-tielet l-orħos kontijiet fl-Unjoni Ewropea u użu ta' enerġija aktar nadifa. Minn pajjiż b'10MW ta' enerġija rinovabbli fl-2012 għal wieħed b'aktar minn 220MW. Diġa qbiżna l-miri li kellna għas- sena 2030, u m'aħniex kuntenti. Għalhekk li qed naħdmu fuq proġetti ta' offshore renewables, biex nindirizzaw il-potenzjal tal- baħar ta' madwarna. U għalhekk ukoll li għaddej ġmielu x-xogħol fuq it-tieni interconnector. Sa din il-ġimgħa stess, ħabbarna reviżjoni tal-iskema Smart & Sustainable Investment Grant għall-kumpaniji li jridu jinvestu f 'operat sostenibbli u li jwassal għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija. Se jfisser l-aħjar użu tal-enerġija, li jnaqqas il-ħela u li awtomatikament ifisser anqas użu tal-elettriku bla bżonn. Dawn huma it mill-eżempji biex nuri kif qed ninvestu fis- sostenibilità biex intejbu l-kwalita tal-ħajja tan-nies. Ċertifikat anke mill-Kummissjoni Ewropea li identifikat lil Malta bħala l-pajjiż li qed jagħmel passi kbar 'il quddiem fejn tidħol il-mixja lejn is-sostenibilità. Malta kklassifikat fis-sitt post, fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, u fid-disa' post globalment, li qed nieħdu t-tranżizzjoni lejn is-sostenibilità bis-serjetà. Din il-klassifika tinsab fit-Transitions Performance Index. Fl-immaniġġjar tal-iskart tellaqna rivoluzzjoni u qed nieħdu d-deċiżjonijiet li ħadd qabilna ma kellu l-kuraġġ jieħu. Qed naħdmu biex inbiddlu l-iskart f 'enerġija; aħna ċentri biex affarijiet tajba ma jintremewx imma jerġgħu jintużaw; għamilna bidliet li żiedu s-separazzjoni tal-iskart u se nkomplu ninċentivaw it-tnaqqis tal-plastik li jintuża darba. Din il-bidla mhux qed nwettquha waħedna imma s-suċċess tagħha jiddependi wkoll kemm il- pubbliku, in-negozji u l-industrija jkunu protagonisti fiha. Konvinta iżda li flimkien se naslu. Konvinta li bħalna, in-nies jafu li s-soluzzjoni għall-iskart mhux li niħu miżbla wara l-oħra, imma li l-iskart verament jitqies bħala riżorsa. L-istess kif qed nagħmlu fis-settur tal-ilma. Qed naħdmu biex intejbu l-kwalità u t-togħma tal-ilma ħalli anqas nies ikollhom għalfejn jixtru fliexken tal-plastik u qed ninstallaw water dispeners fl-isptarijiet u l-iskejjel tagħna. Qed nitkellmu fuq aktar minn 300 dispenser, jiġifieri żewġ miljun flixkun tal-plastik iffrankati fis-sena. Qed naraw li nirriċiklaw l-ilma biex illum f 'pajjiżna għandna 1,300 bidwi li qed jgawdu minn New Water. Qed ninvestu u se nkomplu ninvestu f 'oqsma oħra tal-ambjent, mhux biss permezz tax-xogħol li qed isir minn Project Green għal aktar spazji miuħa imma wkoll b'xogħol ieħor bħaż-żoni marittimi protetti, il-protezzjoni tal-ground water table u r-riserva naturali fil-Qawra. Irridu nibżgħu għall- ispazju li għandna. Madwarna jeżistu diversi sfidi imma naf li d-direzzjoni ta' dan il-Gvern, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, se tgħinna ngħelbu dawn l-isfidi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 April 2023